EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/107/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 107, 27.4.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 107/07

1.

Fid-19 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Elanco Animal Health Ireland Limited (UE), li hi kkontrollata minn Eli Lilly & Co (l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE l-kontroll ta' parti tal-impriża Pfizer Inc (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Eli Lilly and Co: kumpanija farmaċewtika globali, bbażata fuq ir-riċerka, li tieħu sehem fis-sejba, żvilupp, manifattura u bejgħ ta' firxa ta' prodotti farmaċewtiċi għall-bniedem u l-annimali,

Pfizer Assets: drittijiet għal prodotti tas-saħħa tal-annimali fl-oqsma ta' vaċċini monovalenti għall-felini, vaċċini għall-influenza u tetnu tal-ekwina, vaċċini mycoplasma hyopneumoniae tal-majjali, parasitiċidji għal annimali li jitqiesu ta' kumpannija għall-bniedem u annimali tal-produzzjoni, u mluħ orali ta' re-idrazzjoni u għal sprej abbażi ta' tetraċiklina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top