EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2005/218A/02

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal direttur — (Grad A*14) (L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff) — COM/2005/10005

ĠU C 218A, 6.9.2005, p. 2–2 (CS, ET, EL, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

6.9.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/2


Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal

DIRETTUR

(Grad A*14)

(L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)

COM/2005/10005

(2005/C 218 A/02)

Il-Kummissjoni qed tfittex li taħtar Direttur fid-Direttorat C — “Saħħa Pubblika u Evalwazzjoni tar-Riskji” tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur (DĠ SANCO).

Id-deskrizzjonijiet ta' l-impjieg, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji dwar l-applikazzjoni jistgħu jinsabu fi

http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

L-uffiċjal għoli jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' l-għażla u r-reklutaġġ tagħha. Il-pagi u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolament ta' l-Istaff għal uffiċjali bil-grad A*14 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Sabiex ikunu eliġibbli l-kanditati għandhom: ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija); - ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji dottorali; - ikollhom għallinqas 12-il sena esperjenza professjonali post-grad f'livell li ppermettew il-kwalifiki msemmija hawn fuq, inklużi għallinqas sitt snin f'livell għoli ta' tmexxija; - ikollhom għarfien totali ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali

Jekk tixtieq tapplika, għandek tirreġistra permezz ta' l-Internet billi tmur fil-websajt

http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

u ssegwi l-istruzzjonijiet dwar l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok kun af li teħtieġ indirizz ta' l-e-mail; dan jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi s-06/10/2005. Mhux se jkun possibbli li ssir reġistrazzjoni on-lajn wara 12:00 nofsinhar, ħin ta' Brussell.


Top