EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2004/180A/01

Pubblikazzjoni ta’ post battal għal Konsulent Ewlieni — COM/163/04

ĠU C 180A, 13.7.2004, p. 1–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

13.7.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 180/1


DĠ AMBJENT

Pubblikazzjoni ta' post battal għal Konsulent Ewlieni

(Artikolu 29 (1a) u 29 (2) tar-Regolamenti tal-Personal)

COM/163/04

1.   Deskrizzjoni Ġenerali

Id-DĠ Ambjent qiegħed ifittex konsulent prinċipali biex jipprovdi pariri ta' livell għoli għall- politika fl-oqsma li ġejjin:

Ir-rabta flimkien ta' politika fuq kwistjonijiet differenti ambjentali biex jinbnew strateġiji tematiċi

L-integrazzjoni tad-dimensjonijiet ambjentali f'politika oħra Komunitarja

Il-promozzjoni ta'effiċjenza ambjentali

Il-Konsulent Prinċipali jkun meħtieġ ukoll li jagħmel preżentazzjonijiet fuq il-politika ambjentali lil-udjenzi speċjalizzati u lill-pubbliku in ġenerali.

Għal aktar dettalji ara l-websajt tad-DĠ Ambjent :

http://europa.eu.int/comm/environment/index_en.htm

2.   Ħidmiet speċifiċi u dmirijiet

Il-konsulent prinċipali jrid jaħdem fl-oqsma varji tal-politika li jaqgħu taħt if-DĠ u jġib flimkien l-analiżi u l-konklużjonijiet fuq firxa vasta ta'kwistjonijiet u mistoqsijiet inter-relatati.

B'mod partikolari, il-ħidmiet tal-Konsulent Prinċipali jridu jiffokaw fuq kwistjonijiet li jolqtu l-politika ambjentali u politika oħra Komunitarja, per eżempju:

ambjent u trasport, mobilità sostenibbli, ir-rabtiet mal-bdil tal-klima, etc

ambjent u enerġija, li tinkludi enerġija li terġa tiġġedded, użu aktar effiċjenti ta' fossil fuels, etc.

ambjent u kompetittivita' , per eżempju ħarsa lejn l-effiċjenza ta' l-eco, il-prezz tal-ħsara ambjentali, u t-tqabbil(trade-off) bejn il-benefiċċji ekonomiċi u dawk ambjentali, etc.

l-impatt tal-ħsara ambjentali fuq is-saħħa umana.

3.   Bżonnijiet speċifiċi għall-impjieg

Il-kandidat għandu jkollu għarfien sod u estensiv u esperjenza fuq kwistjonijiet ta' politika ambjentali, preferibbilment kemm fil-livell tal-Komunità u kemm ta' l-Istati Membri. Esperjenza preċedenti fl-integrazzjoni tal-politika ambjentali f'politika oħra hija mixtieqa.

Il-kandidat irid juri:

ħiliet ippruvati fl-innegozjar,

ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni bil-kitba w verbali, u

Jifhem sew id-dinja ekonomika u tan-negozju

Esperjenza fuq il-politika ta' l-Iżvilupp hija mixtieqa.

Il-lingwa ta' ħidma tad-DĠ hija l-Ingliż. Lingwi oħra tal-Komunità huma wkoll użati.

Kundizzjonijiet ġenerali

L-applikanti għandhom ikollhom għarfien fil-fond ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-UE.

L-applikanti għandhom:

1.

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-UE.

2.

ikollhom grad universitarju fil-qasam ekonomiku, legali jew ta' xjenzji soċjali li jista' jwassal għal studji għal dottorat;

3.

ikollhom għallinqas 15-il sena esperjenza professionali post-grad f'livell li l-kwalifiċi msemmija jagħtu aċċess għalih. Għallinqas ħames snin minn din l-esperjenza professjonali għandhom jinkludu konsulenza, analiżi u/jew ħidmiet kunċettwali interdixxiplinari f'livell superjuri. Prova ta' esperjenza internazzjonali hija wkoll meħtieġa;

4.

ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-UE, u għarfien adegwat ta' oħra minn dawn il-lingwi

Indipendenza u dikjarazzjoni ta' l-interessi

Il-kandidati huma meħtieġa jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-impenn tagħhom biex jaħdmu indipendentement fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' l-interessi kollha tagħhom li għandhom mnejn jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom.

Ħatra u kundizzjonijiet ta' l-impjieg

Il-Konsulent Ewlieni se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Lista ta' kandidati ser tisejjaħ għall-intervista mill-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet tal-Kummissjoni.

Is-salarji u l-kundizzjonijiet huma dawk stipulati għall-uffiċjali li jokkupaw kariga li tikkorispondi għall-post bażiku ta' Direttur tal-Komunitajiet Ewropej.

L-applikanti għandhom ikunu jafu li, taħt ir-Regolamenti tal-Personal il-ġodda, hemm il-ħtieġa għall-impjegati l-ġodda kollha li jgħaddu b'suċċess minn perjodu ta' prova ta' disa' xhur.

Il-ħatra ssir fi Brussel.

Opportunitajiet indaqs

L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Proċedura ta' l-applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom ikollhom id-dokumenti li ġejjin biss. Dokumenti ta' appoġġ (eż. kopji ċċertifkati ta' gradi/diplomi, referenzi, prova ta' esperjenza eċċ.) m'għandhomx jintbagħtu f'dan il-waqt iżda għandhom jiġu iktar 'il quddiem fil-proċedura, jekk mitluba :

1.

curriculum vitae li ma jaqbiżx erba' paġni li għandu jiġi sottomess bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. L-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fl-ewwel paġna tal-curriculum vitae :

Isem sħiħ (titlu, isem, kunjom)

Indirizz postali sħiħ

Indirizz ta' l-email

Numri tat-telefon (id-dar, l-uffiċju u n-numru tat-telefon ċellulari)

Data tat-twelid

Sess

Nazzjonalità

Għarfien tal-lingwi (indika l-ilsien tat-twelid, għarfien sħiħ jew għarfien sodisfaċenti)

Titlu tal-grad li jagħti l-aċċess għal din il-proċedura ta' għażla u l-istituzzjoni minn fejn ingħata l-grad

Data ta' l-għoti tal-grad li jagħti aċċess għal din il-proċedura ta' għażla (jum, xahar u sena)

2.

ittra ta' motivazzjoni bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

L-applikazzjonijiet ma jitqiesux jekk ma jkunux kompluti (eż. nuqqas ta' ittra ta' motivazzjoni jew curriculum vitae jew it-tnejn).

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bl-email.

L-indirizz ta' l-email għall-applikazzjonijiet huwa ADMIN-JOB-VACANCIES-MANAGEMENT@cec.eu.int. L-applikanti għandhom issemmu b'mod ċar in-numru tal-post battal COM/163/04 fis-suġġett ta' l-email tagħhom.

Huma biss l-applikanti li ma jistgħux jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bl-email li jistgħu jibagħtuha bil-posta reġistrata jew b'servizz ta' express courier lil:

European Commission

Directorate-General “Personnel and Administration”

“Organisation Chart and Management Staff” Unit

COM/163/04

MO-34 5/105

B-1049 Brussels.

Data ta' l-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fi jew qabel 6 Awissu 2004 (data ta' l-e-mail jew data tat-timbru għall-posta rreġistrata).

L-applikazzjonijiet mibgħuta b'servizz ta' l-express courier għandhom jaslu f'dan l-indirizz qabel il-17.00 tat-6 Awissu 2004.


Top