EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0565

Kawża T-565/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 – P. Krücken Organic vs Il-Kummissjoni

ĠU C 427, 26.11.2018, p. 91–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/91


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 – P. Krücken Organic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/18)

(2018/C 427/120)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: P. Krücken Organic GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti EUR 216 749,02 flimkien mal-interessi moratorji mid-data tan-notifika tar-rikors, bir-rata ta’ 8 punti perċentwali fis-sena ogħla mir-rata bażika ta’ interessi stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew;

tikkundanna lill-konvenuta tagħmel disponibbli lir-rikorrenti d-dokumenti prodotti matul l-attivitajiet ta’ ECOCERT SA ta’ spezzjoni ta’ dokumenti meta hija wettqet spezzjoni tal-prodotti li ġejjin minn produzzjoni organika ta’ Erenhot Jinguyuan Grain and Oil Co. Ltd., 2051 Youyi Road North, Ernehot City, Xilingol League, Inner Mongolia Autonomous Region, Peoples Republic of China, b’mod partikolari r-rapporti ta’ spezzjoni u l-ittri ta’ evalwazzjoni assoċjati magħhom tas-snin 2016, 2017 u 2018 li jirrigwardaw il-konstatazzjonijiet, l-evalwazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-ECOCERT SA li fformaw il-bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni bin-numru 22904CN1700w13 tad-19 ta’ Settembru 2017, maħruġ skont l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1[2]35/2008, għal 490 960 kilo ta’ ġunġlien organiku ppressat u tal-annullament sussegwenti ta’ dan iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni minn ECOCERT SA;

tikkundanna lill-konvenuta:

barra minn hekk sabiex teżiġi, min-naħa tagħha, li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal prodotti minn produzzjoni organika li lilhom il-konvenuta tafda l-kompiti assoċjati mas-superviżjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ produzzjoni organika f’pajjiżi terzi jibagħtu lill-importatur rilevanti msemmi fil-Kaxxa 11 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni maħruġ skont l-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2018 (1), b’mod partikolari lir-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet rigward l-annullament, ir-revoka jew id-dikjarazzjoni ta’ invalidità taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni maħruġ lill-importatur rilevanti, u b’mod partikolari lir-rikorrenti, u tirċievi kwalunkwe oġġezzjonijiet relatati u tieħu deċiżjoni dwarhom; u

barra minn hekk, titlob lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal prodotti minn produzzjoni organika awtorizzati mill-konvenuta f’pajjiżi terzi sabiex jagħmlu disponibbli għall-importaturi, u b’mod partikolari għar-rikorrenti, id-dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ spezzjoni organika li hija l-bażi ta’ tali deċiżjonijiet, u b’mod partikolari r-rapporti ta’ spezzjoni u l-ittri ta’ evalwazzjoni, madankollu bil-partijiet li huma suġġetti għall-protezzjoni tad-data favur terzi moħbija.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, inter alia, li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tissorvelja permezz ta’ miżuri xierqa l-attivitajiet ta’ ECOCERT SA, bħala awtorità ta’ superviżjoni rrikonoxxuta għal prodotti minn produzzjoni organika sabiex tiġi żgurata l-ekwivalenza fiċ-Ċina, u b’hekk tiġi żgurata konformità sodisfaċenti mal-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2).


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, p. 25).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, p. 1; rettifika fil-ĠU L 68, p. 61).


Top