EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TO0043

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015.
CRM Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta – ‘piadina romagnola/piada romagnola’ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza.
Kawża T-43/15 R.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2015:228

Partijiet
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża T‑43/15 R,

CRM Srl, stabbilita f’Modena (l-Italja), irrappreżentata minn G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, avukati,

rikorrenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn D. Bianchi u J. Guillem Carrau, bħala aġenti,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [piadina romagnola/piada romagnola (IĠP)] (ĠU L 316, p. 3),

IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

jagħti l-preżenti

Digriet (1)

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1. Ir-rikorrenti, CRM Srl hija impriża Taljana li, sa mill-1974, tiżvolġi bħala attività l-manifattura ta’ prodotti derivati mill-ħobż, b’mod partikolari diversi tipi ta’ piadina romagnola. Din hija speċjalità kulinari Taljana magħmula minn folja b’bażi ta’ dqiq tal-qamħ, ta’ xaħam jew żejt taż-żebbuġa, ta’ melħ u ta’ ilma, tradizzjonalment imsajra fuq platt tal-fuħħar jew fuq pjanċa tal-metall jew tal-ġebel. Il-folja tal-għaġina tintewa u tista’ timtela’ b’ingredjenti ħelwin jew melħin. Ir-rikorrenti tiddeskrivi lilha nnifisha bħala impriża mexxejja fis-settur tal-produzzjoni tal-ikel, magħrufa bħala l-ikbar produttriċi ta’ piadina fl-Italja. Hija tikkummerċjalizza l-prodotti tagħha taħt it-trade mark tagħha stess jew taħt trade marks ta’ distributuri oħra u l-klijenti tagħha jinkludu l-gruppi l-iktar kbar ta’ distribuzzjoni fl-Italja.

2. Ir-rikorrenti hija mħassba li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [piadina romagnola/piada romagnola (IGP)] (ĠU L 316, p 3, iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), billi jillimita l-użu tal-isem “Romagnole” għall-piadine/piade mmanifatturati fiż-żona ġeografika protetta, jipprekludi l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika ordinarja tagħha, minħabba l-fatt li l-post tal-produzzjoni tagħha jinsab barra ta’ din iż-żona.

3. Fir-rigward tal-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta (iktar ’il quddiem “IGP”), hija tikkonsisti f’żewġ fażijiet u hija rregolata, f’dak li jirrigwarda l-perijodu rilevanti f’dan il-każ, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, p. 12) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar sistemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 343, p. 1). L-ewwel fażi tikkonċerna speċifikament l-Istat Membru tal-oriġini tal-prodott tal-ikel inkwistjoni. Dan l-Istat għandu jibda l-proċedura, permezz ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-preparazzjoni tad-dokumentazzjoni neċessarja li tistabbilixxi r-rabta bejn il-prodott ikkonċernat u ż-żona ta’ protezzjoni. Issegwi t-tieni fażi, ta’ monitoraġġ u verifika tal-kriterji tal-applikazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. Dan jinkludi eżami tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha, għall-finijiet ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni eventwali. Il-proċedura amministrattiva tingħalaq bil-pubblikazzjoni tal-IGP f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew bir-rifjut li ssir din il-pubblikazzjoni.

4. Fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IĠP “piadina romagnola/piada romagnola” (iktar ’il quddiem il-“piadina romagnola”) din tressqet quddiem l-awtoritajiet Taljani, fl-2011, minn grupp għall-promozzjoni ta’ dan il-prodott, u dan skont ir-regolament Nru 510/2006. L-awtoritajiet Taljani, wara li organizzaw laqgħa pubblika mmirata biex tivverifika li l-ispeċifikazzjonijiet proposti kienu konformi mal-metodi tajba tal-kisba tal-prodott inkwistjoni, ippubblikaw il-proposta għar-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ufficiale della Repubblica italiana (GURI, il-ġurnal uffiċjali tar-Repubblika Taljana) fit-28 ta’ Jannar 2012.

5. Din il-pubblikazzjoni ġġenerat diversi oġġezzjonijiet mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi artiġjanali tal-piadine li jinbiegħu fil-posta tas-suq. Dawn l-organizzazzjonijiet ikkontestaw l-assimilazzjoni, għall-finijiet tal-IGP prevista, ta’ piadine prodotti industrijalment ma piadine magħmula b’mod artiġjanali u mibjugħa fil-posta tas-suq. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani, fil-11 ta’ Diċembru 2012, ippreżentaw lill-Kummissjoni d-dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestata, flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet.

6. Permezz ta’ rikors tad-29 ta’ Marzu 2013, ir-rikorrenti talbet lit-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (tribunal amministrattiv reġjonali tal-Lazio, l-Italia, iktar ’il quddiem it-“TAR”), sabiex tikseb l-annullament tal-atti ta’ proċedura għar-reġistrazzjoni Taljani, b’mod partikolari tal-ispeċifikazzjonijiet tal-piadina romagnola, fuq il-bażi tal-ksur tar-Regolament Nru 510/2006, fid-dawl tal-assenza ta’ rabta, minn naħa, bejn iż-żona protetta u l-prodott industrijali piadina romagnola u, min-naħa l-oħra, bejn dan il-prodott industrijali u l-prodott artiġjanali. Matul il-proċedura quddiem it-TAR, l-awtoritajiet Taljani ssostitwixxew l-ispeċifikazzjonijiet b’verżjoni ġdida tagħhom.

[ omissis ]

8. Permezz ta’ sentenza tal-15 ta’ Mejju 2014, it-TAR laqa’ r-rikors imressaq mir-rikorrenti u annulla, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet u impona fuq l-awtoritajiet Taljani l-obbligu li jirriformulaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Tabilħaqq, skont it-TAR, reputazzjoni denja ta’ protezzjoni tista’ biss tiġi attribwita lill-produzzjoni artiġjanali, bl-esklużjoni ta’ kull produzzjoni industrijali tal-prodott tal-ikel inkwistjoni. Konformement mal-liġi Taljana fis-seħħ, din is-sentenza saret eżekuttiva immedjatament.

9. Ftit jiem wara l-għoti tal-imsemmija sentenza, il-Kummissjoni ppubblikat, fil-21 ta’ Mejju 2014 (ĠU C 153, p. 9), b’applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestat, filwaqt li indikat li din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li wieħed jopponi din l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 51 tal-istess regolament. Permezz ta’ messaġġ bil-posta elettronika tat-22 ta’ Mejju 2014, ir-rikorrenti informat lill-Kummissjoni li, fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Mejju 2014, it-TAR kien annulla l-ispeċifikazzjonijiet prodotti mill-awtoritajiet Taljani, b’tali mod li l-awtoritajiet Taljani kellhom jirriformulaw l-ispeċifikazzjonijiet billi jillimitaw il-portata tal-IGP ikkontestata għall-piadina romagnola prodotta artiġjanalment. Konsegwentement, skont ir-rikorrenti, kellha tiġi kkanċellata l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni tal-21 ta’ Mejju 2014. Bi tweġiba għal dan il-messaġġ elettroniku, il-Kummissjoni indikat, fl-10 ta’ Ġunju 2014, li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet ġiet ippubblikata għall-fini ta’ kull oppożizzjoni eventwali u l-implikazzjonijiet possibbli tad-deċiżjoni tal-qorti Taljana kellhom jiġu evalwati mill-awtoritajiet Taljani kompetenti.

10. Fil-kuntest ta’ skambju sussegwenti ta’ korrispondenza bejn ir-rikorrenti, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani dwar, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tas-sentenza tat-TAR tal-15 ta’ Mejju 2014 għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestata, l-imsemmija awtoritajiet ikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jkomplu jsegwu din il-proċedura filwaqt li ddikjaraw li huma kienu ressqu, quddiem il-Consiglio di Stato (kunsill tal-Istat, l-Italja) appell mis-sentenza tat-TAR kif ukoll rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza. Matul il-proċedura ta’ appell, il-Consiglio di Stato għaqqad mal-mertu l-kwistjoni tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-TAR u spjega li ma kienx laqa’ t-talba tar-rikorrenti li ssir domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq din il-kwistjoni.

11. Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni adottat, fl-24 ta’ Ottubru 2014, ir-regolament ikkontestat li għandu bħala konsegwenza li r-rikorrenti ma hijiex iktar intitolata li tuża d-denominazzjoni “piadine romagnole” għall-prodotti tagħha mmanifatturati f’Modena (l-Italja), minħabba l-fatt li din il-belt tinsab ‘il barra miż-żona ġeografika protetta. Ir-regolament ikkontestat ġie ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 2014.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

[omissis]

13. Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-20 ta’ Frar 2015, ir-rikorrenti ressqet din it-talba għal miżuri provviżorji, li fiha hija titlob, essenzjalment, li l-President tal-Qorti Ġenerali jogħġbu:

– jissospendi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 105(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-eżekuzzjoni tar-regolament ikkontestat sa l-aħħar tal-proċedura sommarja preżenti u, fi kwalunkwe każ, sakemm il-Qorti Ġenerali tkun iddeċidiet fuq ir-rikors prinċipali.

[ omissis ]

Id-dritt

[ omissis ]

21. Ir-rikorrenti ssostni li hija tbati dannu gravi u irreparabbli jekk it-talba tagħha għal miżuri provviżorji ma tintlaqax. Fil-fatt, minħabba n-natura eżekuttiva tar-regolament ikkontestat, hija tkun ipprojbita li tipproduċi u tqassam piadine li jkollhom l-indikazzjoni “romagnole”. Ir-rikorrenti tqis li d-dannu li jirriżulta ma jkunx biss ta’ natura esklużivament pekunjarja, peress li r-regolament ikkontestat ikun ta’ detriment ukoll għall-immaġini tagħha u għad-dritt għall-protezzjoni tal-isem tagħha, kif ukoll għall-possibbiltajiet li tikkonkludi kuntratti, li tissarraf f’telf irrimedjabbli ta’ klijenti u ta’ partijiet mis-suq. F’dan ir-rigward, hija tistima li dan jolqot madwar 40% tad-dħul mill-bejgħ tagħha.

[ omissis ]

29. Hija ġurisprudenza stabbilita sew li, fil-każ ta’ talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att tal-Unjoni, l-għoti ta’ miżura provviżorja huwa ġġustifikat biss jekk l-att inkwistjoni jikkostitwixxi l-kawża determinanti tad-dannu gravi u irreparabbli allegat [ara d-digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, EDF vs Il-Kummissjoni, C‑551/12 P (R), Ġabra EU:C:2013:157, punt 41 u ġurisprudenza ċċitata] F’dan il-kuntest, ġie deċiż li l-imsemmi dannu għandu jirriżulta mill-effetti prodotti biss mill-att ikkontestat u mhux minħabba nuqqas ta’ diliġenza mill-parti li tkun talbet il-miżura provviżorja (digriet tal-15 ta’ Lulju 2008, CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni, T-202/08 R, EU:T:2008:293, punt 73; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digrieti tat-28 ta’ Mejju 1975, Konecke vs Il-Kummissjoni, 44/75 R, Ġabra, EU:C:1975:72, punt 3, u tat-22 ta’ April 1994, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-87/94 R, Ġabra, EU:C:1994:166, punti 38 u 42). Skont din l-istess ġurisprudenza, fin-nuqqas li wieħed jipprova li uża d-diliġenza kollha li għandha turi impriża prudenti u avżata, il-parti li titlob il-miżuri provviżorji trid turi wkoll id-danni li hija tallega li jistgħu jipperikolaw l-eżistenza tagħha jew li jbiddlu b’mod irreparabbli l-pożizzjoni tagħha fis-suq (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-1 ta’ Frar 2001, Free Trade Foods vs Il‑Kummissjoni, T-350/00 R, Ġabra, EU:T:2001:37, punti 50, 51 u 59, u CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74).

30. F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li l-okkorrenza tad-dannu gravi u irreparabbli allegat, ta’ natura kemm finanzjarja kif ukoll morali, hija bbażata fuq il-premessa li r-regolament ikkontestat jipprojbixxi lir-rikorrenti milli tuża d-denominazzjoni “romagnole” għall-bejgħ tal-piadine tagħha, li b’hekk ipoġġiha fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħha li, peress li jinsabu fiż-żona ġeografika protetta permezz tal-imsemmi regolament, jistgħu jkomplu jużaw din id-denominazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-piadine tagħhom stess.

31. Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ preżenti, ir-rikorrenti ma pproduċietx il-prova li eżerċitat id-diliġenza raġonevoli li wieħed jistenna minn operatur ekonomiku prudenti u avżat. Fil-fatt, hija naqset milli tieħu l-opportunità, għalkemm prevista fir-regolament applikabbli, li tikseb il-permess li tkompli tuża, matul perijodu tranżitorju, id-denominazzjoni “romagnole” għall-kummerċjalizzazzjoni tal-piadine tagħha.

32. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li – kif enfasizzat fis-sentenza tat-TAR tal-15 ta’ Mejju 2014 (ara l-punt 8 hawn fuq) invokat ripetutament mir-rikorrenti – il-proċedura għar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-IGP inkwistjoni nfetħet quddiem l-awtoritajiet Taljani fl-2011 u ngħalqet minn dawn tal-aħħar fil-11 ta’ Diċembru 2012, meta huma bagħtu l-fajl lill-Kummissjoni (ara l-punti 4 u 5 hawn fuq). Din il-proċedura nazzjonali kienet irregolata, ratione temporis , permezz tar-Regolament 510/2006. Skont l-artikolu 5(5) u (6), ir-Repubblika Taljana, li kienet obbligata tibda proċedura ta’ oppożizzjoni – li barra minn hekk, fil-fatt hekk seħħ – li fil-kuntest tagħha kull persuna li kellha interess leġittimu setgħet tiddikjara l-oppożizzjoni tagħha għat-talba għar-reġistrazzjoni, kienet ġiet awtorizzata tagħti, b’mod provviżorju u fuq livell nazzjonali, protezzjoni għall-użu, minn-naħa tar-rikorrenti, tad-denominazzjoni “romagnole” kif ukoll perijodu ta’ aġġustament korrispondenti, bil-kundizzjoni li r-rikorrenti tkun legalment ikkummerċjalizzat il-piadine tagħha fuq l-imsemmija denominazzjoni matul il-ħames snin preċedenti u tkun “qajmet din il-kwistjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali”.

33. Issa, it-TAR espressament ikkonstata, fis-sentenza tiegħu tal-15 ta’ Mejju 2014, li r-rikorrenti, bil-kontra ta’ operaturi oħra, ma kinitx ipparteċipat fil-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni li u din l-ommissjoni rrendiet impossibbli kull possibbiltà ta’ għoti ta’ perijodu ta’ aġġustament, peress illi ma kinitx invokat l-eżiġenzi partikolari tagħha fil-kuntest tal-proċedura prevista għal dan il-għan. Konsegwentement, ir-rikorrenti li, filwaqt li kienet tgħid li kienet tipproduċi għal diversi deċenni kull tip ta’ piadine romagnole, u għalhekk kienet manifestament issodisfat il-kundizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 5(5) u (6), ħalliet għaddejja l-possibbiltà li tevita, bil-mezzi tagħha stess, l-okkorrenza tad-dannu li qed tibża li ser issofri. Fil-fatt, wara t-tressiq tal-fajl lill-Kummissjoni inkwistjoni, il-proċedura mmexxija minnha kienet regolata, ratione temporis , bir-Regolament Nru 1151/2012, li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Fil-kuntest tal-kuntatti tagħha mal-Kummissjoni, ir-rikorrenti setgħet titlob lilha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 15(1) u (2) u tal-Artikolu 49(3) tal-imsemmi regolament, l-għoti ta’ perijodu tranżitorju, li jista’ jmur sa 15-il sena, sabiex tibbenefika minn proronga de facto tal-perijodu ta’ aġġustament mogħti mill-awtoritajiet Taljani wara l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni hawn fuq imsemmija. Issa, peress illi r-rikorrenti naqset milli tipparteċipa fil-proċedura nazzjonali. hija tilfet l-opportunità li tkun tista’ tkompli tikkummerċjalizza l-piadine tagħha taħt id-denominazzjoni “romagnole”. Barra minn hekk, anki jekk il-parteċipazzjoni fil-proċeduri nazzjonali ma hijiex prerekwiżit neċessarju għall-għoti ta’ protezzjoni tranżitorja mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, ma jirriżultax mill-fajl li r-rikorrenti għamlitilha talba f’dan is-sens jew li tali talba ġiet miċħuda.

34. Minn dan isegwi li, fin-nuqqas ta’ prova ta’ eżerċizzju tad-diliġenza kollha dovuta li hija mistennija minn impriża prudenti u avżata, ir-rikorrenti għandha tbati d-dannu hija nnifisha, kemm finanzjarju kif ukoll morali, li qed tibża’ li ser tbati f’dan il-każ.

[ omissis ]

44. Għandu jingħad ukoll li, fit-talba għal miżuri provviżorji, ir-rikorrenti semmiet hija stess l-eżistenza ta’ sussidjajra, jiġifieri l-kumpannija Commerciale Europa, li hija kienet tikkontrolla permezz tal-kumpannija finanzjarja tagħha Finrec u li kienet tappartjeni għalhekk “għall-istess grupp”. L-Imħallef għal proċeduri sommarji ma jistax ħlief jikkonkludi li r-rikorrenti hija membru ta’ grupp ta’ kumpanniji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-oneru kien fuq ir-rikorrenti, jekk riedet tinvoka b’mod validu r-riskju li tbati dannu gravi u irreparabbli, li tesponi d-daqs, id-dħul mill-bejgħ globali u l-karatteristiċi tal-imsemmi grupp li tifforma parti minnu.

45. Fil-fatt, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja speċifika tar-rikorrenti tiddependi fuq jekk oġġettivament għandhiex il-mezzi finanzjarji addizzjonali li ġejjin b’mod partikolari mir-riżorsi finanzjarji tal-grupp li għalih tappartjeni. Il-modalitajiet ta’ appartenenza tar-rikorrenti mal-grupp tagħha huma għalhekk elementi essenzjali għall-eżami tal-urġenza tat-talba għal miżuri provviżorji (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-10 ta’ Ġunju 2014, Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni, T‑172/14 R, EU:T:2014:558, punt 21) Issa, ir-rikorrenti ma semmiet, fit-talba għal miżuri provviżorji, la l-kapaċità finanzjarja tal-grupp tagħha, la l-istruttura kapitali tiegħu jew tal-azzjonarjat tiegħu, filwaqt li din l-informazzjoni kienet tkun neċessarja, jekk ser ikun hemm bżonn ta’ dettalji f’dan ir-rigward, peress illi skont informazzjoni disponibbli fuq l-internet jirriżulta li kumpannija Finrec SpA, stabbilita f’Modena fl-istess indirizz bħal dak tar-rikorrenti, tidher li effettivament teżisti u li eżerċita attivitajiet fis-suq.

[ omissis ]

47. Għalhekk, peress illi ma kellu l-ebda element biex jagħmel paragun validu, l-imħallef għal proċeduri sommarji ma setax jiddetermina jekk l-allegat tnaqqis ta’ 40 % fid-dħul mill-bejgħ kienx tali li jhedded il-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti jew li jikkawża telf sinjifikattiv tas-sehem tagħha fis-suq, meta mqabbel mal-qawwa finanzjarja tal-grupp ta’ kumpanniji li għalih tappartjeni.

[ omissis ]

51. Fi kwalunkwe każ, jekk ir-rikorrenti tista’ tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet sabiex tkejjel b’mod preċiż id-dannu finanzjarju, hija ma tesponix ir-raġunijiet li bihom ikun impossibbli għaliha li tidentifika, li tagħti dettalji u li tipprova, b’dokumenti ta’ sostenn, id-dħul mill-bejgħ li hija kisbet, matul perijodu ta’ referenza xieraq, bil-bejgħ tal-piadine romagnole u li tqabbel dan mad-dħul mill-bejgħ globali miksub mill-grupp ta’ kumpanniji matul dan l-istess perijodu, bil-prodotti u l-attivitajiet ekonomiċi kollha flimkien, sabiex tiddetermina l-perċentwali li jirrifletti d-dannu li tista’ tbati fil-każ ta’ telf totali tas-suq inkwistjoni.

52. Barra minn hekk, f’kawża għad-danni sussegwenti, il-Qorti Ġenerali tkun intitolata li tikkalkola, permezz ta’ stima (astratta), id-dannu kkawżat lir-rikorrent, billi tibbaża ruħha fuq l-evoluzzjoni probabbli, skont il-kors normali tal-affarijiet, tal-ishma tagħha tas-suq u tal-profitti tagħha (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-5 ta’ Ġunju 2013, Rubinum vs Il-Kummissjoni, T-201/13 R, EU:T:2013:296, punt 50). Fil-fatt, fir-rigward tal-kwantifikazzjoni ta’ dannu, il-Qorti Ġenerali tista’ tevalwa l-fatti b’mod sovran u għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-metodu li għandu jintuża biex tiġi ddeterminata l-portata tal-kumpens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Frar 2008, Il-Kummissjoni vs Girardot, C-348/06 P, Ġabra, EU:C:2008:107, punti 72, 74 u 76) F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tkun sempliċement tista’ toqgħod fuq l-istimi bbażati fuq valuri statistiċi medji, peress li r-rikorrenti jkollha tipprova l-informazzjoni li fuqha dawn l-estimi jkunu bbażati(ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ April 2010, BST vs Il-Kummissjoni, T-452/05, Ġabra, EU:T:2010:167, punt 168 u l-ġurisprudenza ċċitata).

[ omissis ]

(1) .

(1) Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ dan id-digriet li l-Qorti Ġenerali tqis li l-ppublikazzjoni tagħhom hija utli.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi,

IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

jordna:

1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) L-ispejjeż huma rriżervati.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ April 2015.

Top

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

24 ta’ April 2015 ( *1 )

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta — ‘piadina romagnola/piada romagnola’ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

Fil-Kawża T‑43/15 R,

CRM Srl, stabbilita f’Modena (l-Italja), irrappreżentata minn G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, avukati,

rikorrenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn D. Bianchi u J. Guillem Carrau, bħala aġenti,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [piadina romagnola/piada romagnola (IĠP)] (ĠU L 316, p. 3),

IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

jagħti l-preżenti

Digriet ( 1 )

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1

Ir-rikorrenti, CRM Srl hija impriża Taljana li, sa mill-1974, tiżvolġi bħala attività l-manifattura ta’ prodotti derivati mill-ħobż, b’mod partikolari diversi tipi ta’ piadina romagnola. Din hija speċjalità kulinari Taljana magħmula minn folja b’bażi ta’ dqiq tal-qamħ, ta’ xaħam jew żejt taż-żebbuġa, ta’ melħ u ta’ ilma, tradizzjonalment imsajra fuq platt tal-fuħħar jew fuq pjanċa tal-metall jew tal-ġebel. Il-folja tal-għaġina tintewa u tista’ timtela’ b’ingredjenti ħelwin jew melħin. Ir-rikorrenti tiddeskrivi lilha nnifisha bħala impriża mexxejja fis-settur tal-produzzjoni tal-ikel, magħrufa bħala l-ikbar produttriċi ta’ piadina fl-Italja. Hija tikkummerċjalizza l-prodotti tagħha taħt it-trade mark tagħha stess jew taħt trade marks ta’ distributuri oħra u l-klijenti tagħha jinkludu l-gruppi l-iktar kbar ta’ distribuzzjoni fl-Italja.

2

Ir-rikorrenti hija mħassba li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [piadina romagnola/piada romagnola (IGP)] (ĠU L 316, p 3, iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), billi jillimita l-użu tal-isem “Romagnole” għall-piadine/piade mmanifatturati fiż-żona ġeografika protetta, jipprekludi l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika ordinarja tagħha, minħabba l-fatt li l-post tal-produzzjoni tagħha jinsab barra ta’ din iż-żona.

3

Fir-rigward tal-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta (iktar ’il quddiem “IGP”), hija tikkonsisti f’żewġ fażijiet u hija rregolata, f’dak li jirrigwarda l-perijodu rilevanti f’dan il-każ, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, p. 12) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar sistemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 343, p. 1). L-ewwel fażi tikkonċerna speċifikament l-Istat Membru tal-oriġini tal-prodott tal-ikel inkwistjoni. Dan l-Istat għandu jibda l-proċedura, permezz ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-preparazzjoni tad-dokumentazzjoni neċessarja li tistabbilixxi r-rabta bejn il-prodott ikkonċernat u ż-żona ta’ protezzjoni. Issegwi t-tieni fażi, ta’ monitoraġġ u verifika tal-kriterji tal-applikazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. Dan jinkludi eżami tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha, għall-finijiet ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni eventwali. Il-proċedura amministrattiva tingħalaq bil-pubblikazzjoni tal-IGP f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew bir-rifjut li ssir din il-pubblikazzjoni.

4

Fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IĠP “piadina romagnola/piada romagnola” (iktar ’il quddiem il-“piadina romagnola”) din tressqet quddiem l-awtoritajiet Taljani, fl-2011, minn grupp għall-promozzjoni ta’ dan il-prodott, u dan skont ir-regolament Nru 510/2006. L-awtoritajiet Taljani, wara li organizzaw laqgħa pubblika mmirata biex tivverifika li l-ispeċifikazzjonijiet proposti kienu konformi mal-metodi tajba tal-kisba tal-prodott inkwistjoni, ippubblikaw il-proposta għar-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ufficiale della Repubblica italiana (GURI, il-ġurnal uffiċjali tar-Repubblika Taljana) fit-28 ta’ Jannar 2012.

5

Din il-pubblikazzjoni ġġenerat diversi oġġezzjonijiet mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi artiġjanali tal-piadine li jinbiegħu fil-posta tas-suq. Dawn l-organizzazzjonijiet ikkontestaw l-assimilazzjoni, għall-finijiet tal-IGP prevista, ta’ piadine prodotti industrijalment ma piadine magħmula b’mod artiġjanali u mibjugħa fil-posta tas-suq. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani, fil-11 ta’ Diċembru 2012, ippreżentaw lill-Kummissjoni d-dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestata, flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet.

6

Permezz ta’ rikors tad-29 ta’ Marzu 2013, ir-rikorrenti talbet lit-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (tribunal amministrattiv reġjonali tal-Lazio, l-Italia, iktar ’il quddiem it-“TAR”), sabiex tikseb l-annullament tal-atti ta’ proċedura għar-reġistrazzjoni Taljani, b’mod partikolari tal-ispeċifikazzjonijiet tal-piadina romagnola, fuq il-bażi tal-ksur tar-Regolament Nru 510/2006, fid-dawl tal-assenza ta’ rabta, minn naħa, bejn iż-żona protetta u l-prodott industrijali piadina romagnola u, min-naħa l-oħra, bejn dan il-prodott industrijali u l-prodott artiġjanali. Matul il-proċedura quddiem it-TAR, l-awtoritajiet Taljani ssostitwixxew l-ispeċifikazzjonijiet b’verżjoni ġdida tagħhom.

[omissis]

8

Permezz ta’ sentenza tal-15 ta’ Mejju 2014, it-TAR laqa’ r-rikors imressaq mir-rikorrenti u annulla, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet u impona fuq l-awtoritajiet Taljani l-obbligu li jirriformulaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Tabilħaqq, skont it-TAR, reputazzjoni denja ta’ protezzjoni tista’ biss tiġi attribwita lill-produzzjoni artiġjanali, bl-esklużjoni ta’ kull produzzjoni industrijali tal-prodott tal-ikel inkwistjoni. Konformement mal-liġi Taljana fis-seħħ, din is-sentenza saret eżekuttiva immedjatament.

9

Ftit jiem wara l-għoti tal-imsemmija sentenza, il-Kummissjoni ppubblikat, fil-21 ta’ Mejju 2014 (ĠU C 153, p. 9), b’applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestat, filwaqt li indikat li din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li wieħed jopponi din l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 51 tal-istess regolament. Permezz ta’ messaġġ bil-posta elettronika tat-22 ta’ Mejju 2014, ir-rikorrenti informat lill-Kummissjoni li, fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Mejju 2014, it-TAR kien annulla l-ispeċifikazzjonijiet prodotti mill-awtoritajiet Taljani, b’tali mod li l-awtoritajiet Taljani kellhom jirriformulaw l-ispeċifikazzjonijiet billi jillimitaw il-portata tal-IGP ikkontestata għall-piadina romagnola prodotta artiġjanalment. Konsegwentement, skont ir-rikorrenti, kellha tiġi kkanċellata l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni tal-21 ta’ Mejju 2014. Bi tweġiba għal dan il-messaġġ elettroniku, il-Kummissjoni indikat, fl-10 ta’ Ġunju 2014, li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet ġiet ippubblikata għall-fini ta’ kull oppożizzjoni eventwali u l-implikazzjonijiet possibbli tad-deċiżjoni tal-qorti Taljana kellhom jiġu evalwati mill-awtoritajiet Taljani kompetenti.

10

Fil-kuntest ta’ skambju sussegwenti ta’ korrispondenza bejn ir-rikorrenti, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani dwar, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tas-sentenza tat-TAR tal-15 ta’ Mejju 2014 għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-IGP ikkontestata, l-imsemmija awtoritajiet ikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jkomplu jsegwu din il-proċedura filwaqt li ddikjaraw li huma kienu ressqu, quddiem il-Consiglio di Stato (kunsill tal-Istat, l-Italja) appell mis-sentenza tat-TAR kif ukoll rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza. Matul il-proċedura ta’ appell, il-Consiglio di Stato għaqqad mal-mertu l-kwistjoni tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-TAR u spjega li ma kienx laqa’ t-talba tar-rikorrenti li ssir domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq din il-kwistjoni.

11

Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni adottat, fl-24 ta’ Ottubru 2014, ir-regolament ikkontestat li għandu bħala konsegwenza li r-rikorrenti ma hijiex iktar intitolata li tuża d-denominazzjoni “piadine romagnole” għall-prodotti tagħha mmanifatturati f’Modena (l-Italja), minħabba l-fatt li din il-belt tinsab ’il barra miż-żona ġeografika protetta. Ir-regolament ikkontestat ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 2014.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

[omissis]

13

Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-20 ta’ Frar 2015, ir-rikorrenti ressqet din it-talba għal miżuri provviżorji, li fiha hija titlob, essenzjalment, li l-President tal-Qorti Ġenerali jogħġbu:

jissospendi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 105(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-eżekuzzjoni tar-regolament ikkontestat sa l-aħħar tal-proċedura sommarja preżenti u, fi kwalunkwe każ, sakemm il-Qorti Ġenerali tkun iddeċidiet fuq ir-rikors prinċipali.

[omissis]

Id-dritt

[omissis]

21

Ir-rikorrenti ssostni li hija tbati dannu gravi u irreparabbli jekk it-talba tagħha għal miżuri provviżorji ma tintlaqax. Fil-fatt, minħabba n-natura eżekuttiva tar-regolament ikkontestat, hija tkun ipprojbita li tipproduċi u tqassam piadine li jkollhom l-indikazzjoni “romagnole”. Ir-rikorrenti tqis li d-dannu li jirriżulta ma jkunx biss ta’ natura esklużivament pekunjarja, peress li r-regolament ikkontestat ikun ta’ detriment ukoll għall-immaġini tagħha u għad-dritt għall-protezzjoni tal-isem tagħha, kif ukoll għall-possibbiltajiet li tikkonkludi kuntratti, li tissarraf f’telf irrimedjabbli ta’ klijenti u ta’ partijiet mis-suq. F’dan ir-rigward, hija tistima li dan jolqot madwar 40% tad-dħul mill-bejgħ tagħha.

[omissis]

29

Hija ġurisprudenza stabbilita sew li, fil-każ ta’ talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att tal-Unjoni, l-għoti ta’ miżura provviżorja huwa ġġustifikat biss jekk l-att inkwistjoni jikkostitwixxi l-kawża determinanti tad-dannu gravi u irreparabbli allegat [ara d-digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, EDF vs Il-Kummissjoni, C‑551/12 P (R), Ġabra EU:C:2013:157, punt 41 u ġurisprudenza ċċitata] F’dan il-kuntest, ġie deċiż li l-imsemmi dannu għandu jirriżulta mill-effetti prodotti biss mill-att ikkontestat u mhux minħabba nuqqas ta’ diliġenza mill-parti li tkun talbet il-miżura provviżorja (digriet tal-15 ta’ Lulju 2008, CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni, T-202/08 R, EU:T:2008:293, punt 73; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digrieti tat-28 ta’ Mejju 1975, Konecke vs Il-Kummissjoni, 44/75 R, Ġabra, EU:C:1975:72, punt 3, u tat-22 ta’ April 1994, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-87/94 R, Ġabra, EU:C:1994:166, punti 38 u 42). Skont din l-istess ġurisprudenza, fin-nuqqas li wieħed jipprova li uża d-diliġenza kollha li għandha turi impriża prudenti u avżata, il-parti li titlob il-miżuri provviżorji trid turi wkoll id-danni li hija tallega li jistgħu jipperikolaw l-eżistenza tagħha jew li jbiddlu b’mod irreparabbli l-pożizzjoni tagħha fis-suq (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-1 ta’ Frar 2001, Free Trade Foods vs Il‑Kummissjoni, T-350/00 R, Ġabra, EU:T:2001:37, punti 50, 51 u 59, u CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74).

30

F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li l-okkorrenza tad-dannu gravi u irreparabbli allegat, ta’ natura kemm finanzjarja kif ukoll morali, hija bbażata fuq il-premessa li r-regolament ikkontestat jipprojbixxi lir-rikorrenti milli tuża d-denominazzjoni “romagnole” għall-bejgħ tal-piadine tagħha, li b’hekk ipoġġiha fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħha li, peress li jinsabu fiż-żona ġeografika protetta permezz tal-imsemmi regolament, jistgħu jkomplu jużaw din id-denominazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-piadine tagħhom stess.

31

Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ preżenti, ir-rikorrenti ma pproduċietx il-prova li eżerċitat id-diliġenza raġonevoli li wieħed jistenna minn operatur ekonomiku prudenti u avżat. Fil-fatt, hija naqset milli tieħu l-opportunità, għalkemm prevista fir-regolament applikabbli, li tikseb il-permess li tkompli tuża, matul perijodu tranżitorju, id-denominazzjoni “romagnole” għall-kummerċjalizzazzjoni tal-piadine tagħha.

32

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li – kif enfasizzat fis-sentenza tat-TAR tal-15 ta’ Mejju 2014 (ara l-punt 8 hawn fuq) invokat ripetutament mir-rikorrenti – il-proċedura għar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-IGP inkwistjoni nfetħet quddiem l-awtoritajiet Taljani fl-2011 u ngħalqet minn dawn tal-aħħar fil-11 ta’ Diċembru 2012, meta huma bagħtu l-fajl lill-Kummissjoni (ara l-punti 4 u 5 hawn fuq). Din il-proċedura nazzjonali kienet irregolata, ratione temporis, permezz tar-Regolament 510/2006. Skont l-artikolu 5(5) u (6), ir-Repubblika Taljana, li kienet obbligata tibda proċedura ta’ oppożizzjoni – li barra minn hekk, fil-fatt hekk seħħ – li fil-kuntest tagħha kull persuna li kellha interess leġittimu setgħet tiddikjara l-oppożizzjoni tagħha għat-talba għar-reġistrazzjoni, kienet ġiet awtorizzata tagħti, b’mod provviżorju u fuq livell nazzjonali, protezzjoni għall-użu, minn-naħa tar-rikorrenti, tad-denominazzjoni “romagnole” kif ukoll perijodu ta’ aġġustament korrispondenti, bil-kundizzjoni li r-rikorrenti tkun legalment ikkummerċjalizzat il-piadine tagħha fuq l-imsemmija denominazzjoni matul il-ħames snin preċedenti u tkun “qajmet din il-kwistjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali”.

33

Issa, it-TAR espressament ikkonstata, fis-sentenza tiegħu tal-15 ta’ Mejju 2014, li r-rikorrenti, bil-kontra ta’ operaturi oħra, ma kinitx ipparteċipat fil-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni li u din l-ommissjoni rrendiet impossibbli kull possibbiltà ta’ għoti ta’ perijodu ta’ aġġustament, peress illi ma kinitx invokat l-eżiġenzi partikolari tagħha fil-kuntest tal-proċedura prevista għal dan il-għan. Konsegwentement, ir-rikorrenti li, filwaqt li kienet tgħid li kienet tipproduċi għal diversi deċenni kull tip ta’ piadine romagnole, u għalhekk kienet manifestament issodisfat il-kundizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 5(5) u (6), ħalliet għaddejja l-possibbiltà li tevita, bil-mezzi tagħha stess, l-okkorrenza tad-dannu li qed tibża li ser issofri. Fil-fatt, wara t-tressiq tal-fajl lill-Kummissjoni inkwistjoni, il-proċedura mmexxija minnha kienet regolata, ratione temporis, bir-Regolament Nru 1151/2012, li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Fil-kuntest tal-kuntatti tagħha mal-Kummissjoni, ir-rikorrenti setgħet titlob lilha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 15(1) u (2) u tal-Artikolu 49(3) tal-imsemmi regolament, l-għoti ta’ perijodu tranżitorju, li jista’ jmur sa 15-il sena, sabiex tibbenefika minn proronga de facto tal-perijodu ta’ aġġustament mogħti mill-awtoritajiet Taljani wara l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni hawn fuq imsemmija. Issa, peress illi r-rikorrenti naqset milli tipparteċipa fil-proċedura nazzjonali. hija tilfet l-opportunità li tkun tista’ tkompli tikkummerċjalizza l-piadine tagħha taħt id-denominazzjoni “romagnole”. Barra minn hekk, anki jekk il-parteċipazzjoni fil-proċeduri nazzjonali ma hijiex prerekwiżit neċessarju għall-għoti ta’ protezzjoni tranżitorja mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, ma jirriżultax mill-fajl li r-rikorrenti għamlitilha talba f’dan is-sens jew li tali talba ġiet miċħuda.

34

Minn dan isegwi li, fin-nuqqas ta’ prova ta’ eżerċizzju tad-diliġenza kollha dovuta li hija mistennija minn impriża prudenti u avżata, ir-rikorrenti għandha tbati d-dannu hija nnifisha, kemm finanzjarju kif ukoll morali, li qed tibża’ li ser tbati f’dan il-każ.

[omissis]

44

Għandu jingħad ukoll li, fit-talba għal miżuri provviżorji, ir-rikorrenti semmiet hija stess l-eżistenza ta’ sussidjajra, jiġifieri l-kumpannija Commerciale Europa, li hija kienet tikkontrolla permezz tal-kumpannija finanzjarja tagħha Finrec u li kienet tappartjeni għalhekk “għall-istess grupp”. L-Imħallef għal proċeduri sommarji ma jistax ħlief jikkonkludi li r-rikorrenti hija membru ta’ grupp ta’ kumpanniji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-oneru kien fuq ir-rikorrenti, jekk riedet tinvoka b’mod validu r-riskju li tbati dannu gravi u irreparabbli, li tesponi d-daqs, id-dħul mill-bejgħ globali u l-karatteristiċi tal-imsemmi grupp li tifforma parti minnu.

45

Fil-fatt, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja speċifika tar-rikorrenti tiddependi fuq jekk oġġettivament għandhiex il-mezzi finanzjarji addizzjonali li ġejjin b’mod partikolari mir-riżorsi finanzjarji tal-grupp li għalih tappartjeni. Il-modalitajiet ta’ appartenenza tar-rikorrenti mal-grupp tagħha huma għalhekk elementi essenzjali għall-eżami tal-urġenza tat-talba għal miżuri provviżorji (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-10 ta’ Ġunju 2014, Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni, T‑172/14 R, EU:T:2014:558, punt 21) Issa, ir-rikorrenti ma semmiet, fit-talba għal miżuri provviżorji, la l-kapaċità finanzjarja tal-grupp tagħha, la l-istruttura kapitali tiegħu jew tal-azzjonarjat tiegħu, filwaqt li din l-informazzjoni kienet tkun neċessarja, jekk ser ikun hemm bżonn ta’ dettalji f’dan ir-rigward, peress illi skont informazzjoni disponibbli fuq l-internet jirriżulta li kumpannija Finrec SpA, stabbilita f’Modena fl-istess indirizz bħal dak tar-rikorrenti, tidher li effettivament teżisti u li eżerċita attivitajiet fis-suq.

[omissis]

47

Għalhekk, peress illi ma kellu l-ebda element biex jagħmel paragun validu, l-imħallef għal proċeduri sommarji ma setax jiddetermina jekk l-allegat tnaqqis ta’ 40 % fid-dħul mill-bejgħ kienx tali li jhedded il-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti jew li jikkawża telf sinjifikattiv tas-sehem tagħha fis-suq, meta mqabbel mal-qawwa finanzjarja tal-grupp ta’ kumpanniji li għalih tappartjeni.

[omissis]

51

Fi kwalunkwe każ, jekk ir-rikorrenti tista’ tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet sabiex tkejjel b’mod preċiż id-dannu finanzjarju, hija ma tesponix ir-raġunijiet li bihom ikun impossibbli għaliha li tidentifika, li tagħti dettalji u li tipprova, b’dokumenti ta’ sostenn, id-dħul mill-bejgħ li hija kisbet, matul perijodu ta’ referenza xieraq, bil-bejgħ tal-piadine romagnole u li tqabbel dan mad-dħul mill-bejgħ globali miksub mill-grupp ta’ kumpanniji matul dan l-istess perijodu, bil-prodotti u l-attivitajiet ekonomiċi kollha flimkien, sabiex tiddetermina l-perċentwali li jirrifletti d-dannu li tista’ tbati fil-każ ta’ telf totali tas-suq inkwistjoni.

52

Barra minn hekk, f’kawża għad-danni sussegwenti, il-Qorti Ġenerali tkun intitolata li tikkalkola, permezz ta’ stima (astratta), id-dannu kkawżat lir-rikorrent, billi tibbaża ruħha fuq l-evoluzzjoni probabbli, skont il-kors normali tal-affarijiet, tal-ishma tagħha tas-suq u tal-profitti tagħha (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-5 ta’ Ġunju 2013, Rubinum vs Il-Kummissjoni, T-201/13 R, EU:T:2013:296, punt 50). Fil-fatt, fir-rigward tal-kwantifikazzjoni ta’ dannu, il-Qorti Ġenerali tista’ tevalwa l-fatti b’mod sovran u għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-metodu li għandu jintuża biex tiġi ddeterminata l-portata tal-kumpens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Frar 2008, Il-Kummissjoni vs Girardot, C-348/06 P, Ġabra, EU:C:2008:107, punti 72, 74 u 76) F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tkun sempliċement tista’ toqgħod fuq l-istimi bbażati fuq valuri statistiċi medji, peress li r-rikorrenti jkollha tipprova l-informazzjoni li fuqha dawn l-estimi jkunu bbażati(ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ April 2010, BST vs Il-Kummissjoni, T-452/05, Ġabra, EU:T:2010:167, punt 168 u l-ġurisprudenza ċċitata).

[omissis]

 

Għal dawn il-motivi,

IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

jordna:

 

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

 

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

 

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ April 2015.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.

( 1 ) Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ dan id-digriet li l-Qorti Ġenerali tqis li l-ppublikazzjoni tagħhom hija utli.

Top