EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0055

Kawża T-55/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – Certified Angus Beef vs UASI – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – Certified Angus Beef vs UASI – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)

(Kawża T-55/15)

(2015/C 107/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Certified Angus Beef, LLC (Wooster, Ohio, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Certified Australian Angus Beef Pty Ltd (Surrey Hills, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 095 394

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 662/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni kollha kemm hi;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top