EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0386

Kawża T-386/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BADTORO — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti u trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża T-386/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BADTORO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti u trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 374/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2015 (Każ R 2570/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Jordi Nogues.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas 17 ta’ April 2015 (Każ R 2570/2013-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Jordi Nogues, SL.

3)

Grupo Osborne, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


Top