EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0071

Kawża F-71/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Lulju 2012 — BZ vs BĊE

ĠU C 319, 20.10.2012, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/17


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2012 — BZ vs BĊE

(Kawża F-71/12)

2012/C 319/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BZ (rappreżentant: N. Lhöest, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għar-rikonoxximent li l-marda tagħha ġiet ikkaġunata mix-xogħol.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-25 ta’ April 2012 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti tat-28 ta’ Ġunju 2011 kif ukoll dawk li jinsabu fl-ittri għal reviżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2011 u tal-20 ta’ Frar 2012;

konsegwentement, jilqa’ t-talbiet tagħha kif imniżżla fit-talba u fl-ittri għal reviżjoni tagħha, b’mod partikolari għandha titwettaq investigazzjoni xierqa u għandu jiġi abbozzatt rapport xieraq sabiex jitniżżlu l-fatti kollha relatati mas-sitwazzjoni tax-xogħol tagħha li huma utli sabiex issir evalwazzjoni minn tabib;

jordna lill-BĊE sabiex jikkomunika lir-rikorrenti d-data kollha miġbura u miżmuma mid-DG-H dwar il-qagħda tas-saħħa tagħha u fuq il-proċeduri mediċi. Dan jinkludi d-data miġbura sa issa (inkluża l-verżjoni mhux anonima tar-risposti għall-kwestjonarju, kif ukoll id-data l-oħra li setgħet inġabret (bħan-noti tal-intervisti organizzati mid-DG-H, fil-forma mhux anonima) kif ukoll kull data li tista’ tinġabar fil-futur fil-kuntest tal-proċedura l-ġdida. Jekk din id-data tkun tinkludi informazzjoni medika, din tista’ tintbagħat lit-tabib tar-rikorrenti);

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 50 000 għad-dewmien mhux raġonevoli biex tmexxiet il-proċedura;

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 5 000 għad-drittijiet legali sostnuti matul il-proċeduri mediċi illegali;

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 50 000 għad-danni morali kkawżati bl-aġir illegali tal-BĊE u għall-piż addizzjonali u mhux neċessarju subit mir-rikorrenti matul il-proċedura okkupazzjonali u l-proċedura ta’ diżabbiltà;

jikkundanna lil BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 25 000 għat-tentattiv ta’ ħsara għar-reputazzjoni u l-unur tagħha u għat-tentattiv illegali li jitterminaw il-kuntratt tagħha;

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn l-allowance tad-diżabbiltà u s-salarju sħiħ tagħha minn Jannar 2009;

jikkundanna lill-BĊE iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 100 000 għat-telf tal-prospettivi ta’ karriera tagħha;

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas it-telf taż-żieda fil-paga abbażi ta’ żieda ta’ seba’ skaliet tas-salarju kull sena (3.5 %) mill-2009;

jikkundanna lill-BĊE sabiex jagħti rimbors ta’ 100 % lir-rikorrenti għall-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-2006 relattivi għall-marda tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-BĊE sabiex iħallas lir-rikorrenti interessi moratorji ta’ 8 % tal-ammont mogħti;

jikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


Top