EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0099

Kawża C-99/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fl- 24 ta’ Frar 2012 — Eurofit SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Frar 2012 — Eurofit SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

(Kawża C-99/12)

(2012/C 138/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurofit SA

Konvenut: Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

Domanda preliminari

Meta l-awtoritajiet kompetenti jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba, jew deliberatament jikkomunikaw informazzjoni żbaljata lil operatur ekonomiku, filwaqt li jaffettwaw l-evalwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-affidabbiltà ta’ kokontraenti li jkun issuspettat bi frodi, jista’ jingħad li jkun hemm każ ta’ forza maġġuri fis-sens tar-Regolament Nru 3665/87 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (1)?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1)


Top