EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0097

Kawża F-97/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2012 — Vienna vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Skema ta’ ħlas — Allowances tal-familji — Allowance tad-dar — Tmiem tad-dritt tal-allowance tad-dar — Xoljiment taż-żwieġ)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Vienna vs Il-Parlament

(Kawża F-97/11) (1)

(Servizz pubbliku - Skema ta’ ħlas - Allowances tal-familji - Allowance tad-dar - Tmiem tad-dritt tal-allowance tad-dar - Xoljiment taż-żwieġ)

2013/C 46/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Vienne (Moutfort, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

P. Vienne għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 347, 26.11.11, p. 47.


Top