EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0497

Kawża C-497/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 10 ta’ Ottubru 2012 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja — Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi — Sigriet professjonali — Rata tal-korrezzjoni finanzjarja — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju)

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-497/11 P) (1)

(Appell - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja - Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi - Sigriet professjonali - Rata tal-korrezzjoni finanzjarja - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju)

2013/C 101/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti, assistiti minn G. Michailopoulos, Δικηγόρος)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-81/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inizjalment mogħtija favur programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 340, 19.11.2011


Top