EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0621

Kawża C-621/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG, li kienet New Yorker SHK Jeans GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vallis K.-Vallis A. & Co. OE (Appell — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja FISHBONE — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FISHBONE BEACHWEAR — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali mhux prodotti fit-terminu stabbilit — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 42(2) u (3) u 76(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 22(2))

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 9–9 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG, li kienet New Yorker SHK Jeans GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vallis K.-Vallis A. & Co. OE

(Kawża C-621/11 P) (1)

(Appell - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja FISHBONE - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FISHBONE BEACHWEAR - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali mhux prodotti fit-terminu stabbilit - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 42(2) u (3) u 76(2) - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 22(2))

2013/C 260/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG, li kienet New Yorker SHK Jeans GmbH (rappreżentant: V. Spitz, avukat)

Partijiet) oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent), Vallis K.-Vallis A. & Co. OE

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tad-29 ta’ Settembru 2001, New Yorker SHK Jeans vs UASI (T-415/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “FISHBONE”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25, kontra d-Deċiżjoni R 1051/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Lulju 2009, li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni ppreżentata kontra l-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali “FISHBONE BEACHWEAR”, għal prodotti fil-klassi 25, kif ukoll tas-sinjal nazzjonali “Fishbone” użat fil-kummerċ — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012


Top