EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0117

Kawża F-117/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Van Soest vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni — Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni — Diploma mitluba — Kunċett ta’ diploma mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni sekondarja u li tagħti aċċess għal edukazzjoni ogħla — Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla — Natura tal-kontroll eżerċitat mill-Awtorità tal-Ħatra)

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 — Van Soest vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-117/10) (1)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni - Diploma mitluba - Kunċett ta’ diploma mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni sekondarja u li tagħti aċċess għal edukazzjoni ogħla - Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla - Natura tal-kontroll eżerċitat mill-Awtorità tal-Ħatra)

2011/C 340/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Barry Van Soest (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kommissjoni li temmet il-proċedura ta’ reklutaġġ tar-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni u li huwa mniżżel fil-lista ta’ riżerva, minħabba l-fatt li ma għandhux diploma ta’ edukazzjoni sekondarja li tagħtih aċċess għal edukazzjoni ogħla.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn B. Van Soest.


(1)  ĠU C 30, 29.01.11, p. 66.


Top