EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0335

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta' Lulju 2011.
Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu u Administraţia Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Curtea de Apel Craiova - ir-Rumanija.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imħallsa waqt l-ewwel reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur.
Kawża C-335/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:477





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 – Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu u Administraţia Fondului pentru Mediu vs Vijulan

(Kawża C-335/10)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Taxxi interni – Artikolu 110 TFUE – Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur”

Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali - Taxxa applikabbli għal vetturi użati importati u li ma għandha ebda ekwivalenti rigward vetturi li jinsabu fis-suq nazzjonali, tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 110 TFUE) (ara l-punti 20, 21, 23 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Craiova - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru speċifiku - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi.

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jdaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.

Top