EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0151

Kawża C-151/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Dai Cugini NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 97/811/KE — Trattament ugwali bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time — Diskriminazzjoni — Ostakolu amministrattiv ta’ natura li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time — Pubbliċità u konservazzjoni obbligatorji tal-kuntratti u tal-ħinijiet tax-xogħol)

ĠU C 211, 16.7.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Dai Cugini NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

(Kawża C-151/10) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 97/811/KE - Trattament ugwali bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time - Diskriminazzjoni - Ostakolu amministrattiv ta’ natura li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time - Pubbliċità u konservazzjoni obbligatorji tal-kuntratti u tal-ħinijiet tax-xogħol)

2011/C 211/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dai Cugini NV

Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen (Afdeling Hasselt) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal sistema ta’ pubbliċità u ta’ kontroll tal-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu part-time, li tikkonsisti fil-formulazzjoni u l-konservazzjoni obbligatorji, taħt piena ta’ sanzjoni kriminali jew amministrattiva, ta’ dokumenti li jindikaw il-ħin tax-xogħol eżatt ta’ kull ħaddiem

Dispożittiv

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq min iħaddem obbligi ta’ konservazzjoni u ta’ pubbliċità tal-kuntratti u tal-ħinijiet tal-ħaddiema part-time jekk jiġi stabbilit li din il-leġiżlazzjoni ma twassalx sabiex dawn tal-aħħar jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time li jinsabu f’sitwazzjoni kumparabbli jew, jekk tali differenza ta’ trattament teżisti, jekk jiġi stabbilit li din hija ġġustifikata b’raġunijiet oġġettivi u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki fattwali u ġuridiċi neċessarji, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt nazzjonali applikabbli, sabiex tevalwa jekk tali huwiex il-każ fil-kawża li għandha quddiemha.

Fl-ipoteżi fejn il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time anness mad-Direttiva 97/81, ikun hemm lok li l-klawżola 5(1) tiegħu tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi wkoll tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


Top