EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0203

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta' Mejju 2011.
Olymp Bezner GmbH & Co. KG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità - Trade mark Komunitarja verbali Olymp - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-203/09.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:195





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – Olymp Bezner vs UASI – Bellido (Olymp)

(Kawża T-203/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità – Trade mark Komunitarja verbali Olymp – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabblità ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l-punti 30, 60-62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2009 (Każ R 531/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Miguel Bellido, SA u Olymp Bezner GmbH & Co. KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali Olymp għal prodotti fil-klassi 25 – Reġistrazzjoni Nru 1158328

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Olymp Bezner GmbH & Co. KG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Miguel Bellido, SA

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva Spanjola OLIMPO għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Trade mark Komunitarja inkwistjoni ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż

Top