EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0355

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta' Mejju 2009.
WWF-UK Ltd vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Appell - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd - Regolament (KE) Nru 41/2007 - Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz - Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti minoritarja fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn il-qabdiet totali ammissibbli - Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn dan il-membru - Inammissibbiltà - Appell manifestament infondat.
Kawża C-355/08 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:286





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009 – WWF‑UK vs Il-Kunsill

(Kawża C‑355/08 P)

“Appell – Regolament (KE) Nru 2371/2002 – Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd – Regolament (KE) Nru 41/2007 – Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz – Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti minoritarja fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn il-qabdiet totali ammissibbli – Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn dan il-membru – Inammissibbiltà – Appell manifestament infondat”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi għall-2007 l-qabdiet totali ammissibbli għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti mir-Regolament li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2004 u Nru 41/2007) (ara l-punti 41-45, 48)

2.                     Proċedura – Intervent – Dritt tal-partijiet li jirrispondu għall-argumenti tal-intervenjent – Dritt li jirriżulta mis-setgħa diskrezzjonali tal-president (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 116(5)) (ara l-punt 55)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-2 ta’ Ġunju 2008, WWF-UK vs Il-Kunsill (T-91/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikkjarat inammissibbli talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi, għall-2007, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (ĠU L 15, p. 1), sa fejn jiffissa l-“qabdiet totali permissibbli” (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 70, p. 8) – Rekwiżit li persuna tkun individwalment ikkonċernata mill-att ikkontestat.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

WWF-UK hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top