EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0465

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta' Lulju 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Dritt ta' stabbiliment - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Nuqqs ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-465/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:424





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑465/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/36/KE – Dritt ta’ stabbiliment – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 11)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 225, p. 22), li tħassar id-Direttiva 89/48/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


Top