EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0273

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/81/KE - Inkwinanti atmosferiċi - Livelli nazzjonali ta’ emissjonijiet - Nuqqas li jiġu kkomunikati programmi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u projetazzjonijiet annwali għas-sena 2010.
Kawża C-273/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:754





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu

(Kawża C‑273/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2001/81/KE – Inkwinanti atmosferiċi – Livelli nazzjonali ta’ emissjonijiet – Nuqqas li jiġu kkomunikati programmi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u projetazzjonijiet annwali għas-sena 2010”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 8)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jfassal u jikkomunika, fit-termini previsti, id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, p. 22).

Dispożittiv

1)

Billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fit-terminu previst, il-programmi, l-inventarji u l-projetazzjonijiet annwali għas-sena 2010 li jikkonċernaw it-tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet tiegħu tad-dijossidu tal-kubrit (SO2), tal-ossidi nitroġeni (NOx), ta’ komposti organiċi volatili (VOC) u tal-ammonja (NH3), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top