EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TO0018(01)

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-21 ta' Mejju 2008.
Hans Kronberger vs il-Parlament Ewropew.
Rikors għal annullament - Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà.
Kawża T-18/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:162





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 – Kronberger vs Il-Parlament

(Kawża T-18/07)

“Rikors għal annullament – Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà”

1.                     Il-Parlament – Verifika tas-setgħat tal-Membri – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kontestazzjoni dwar l-elezzjoni ta’ deputat fil-Parlament Ewropew (Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett, Artikolu 12) (ara l-punti 43-44)

2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Motivi bbażati fuq l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mad-dritt Komunitarju (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 45)

3.                     Dritt Komunitarju – Effett dirett – Drittijiet individwali – Protezzjoni mill-qrati nazzjonali (Artikolu 10 KE) (ara l-punt 49)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2005 li tiċħad bħala infondata l-kontestazzjoni tar-rikorrent dwar l-elezzjoni ta’ Andreas Mölzer bħala deputat fil-Parlament Ewropew, ippreżentata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hans Kronberger huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Top