EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0352

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2011.
ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew - Frott u ħaxix - Tabakk mhux ipproċessat - Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-ħlas - Proporzjonalità - Żieda fir-rata ta’ korrezzjoni b’rata fissa fil-każ ta’ rikorrenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
Kawża T-352/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:540





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 – Il‑Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/05)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew – Frott u ħaxix – Tabakk mhux ipproċessat – Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-ħlas – Proporzjonalità – Żieda fir-rata ta’ korrezzjoni b’rata fissa fil-każ ta’ rikorrenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”

1.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999 u Nru 3508/92) (ara l-punti 91-93)

2.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 94-97, 110, 111, 168)

3.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Forza maġġuri - Kunċett (ara l-punti 122-124, 199)

4.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/99, Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 296/96, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 129-131, 167)

5.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/99; Regolament tal-Kummissjoni Nru 296/96, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 144-148, 203)

6.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post (Regolament tal-Kunsill Nru 3508/92, Artikoli 9a(1) u 13(1)(d); Regolament tal-Kumissjoni Nru 2848/98, Artikolu 45(1)(a)) (ara l-punti 231, 234-238)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ - Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri (ara l-punt 241)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ‘Garanzija’ tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew u fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix, tat-tabakk mhux ipproċessat u tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top