EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0056

Kawża F-56/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Settembru 2011 — Strobl vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kandidati inklużi f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli — Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età)

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/21


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Strobl vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati inklużi f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età)

(2012/C 138/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Strobl (Greifenberg-Beuern, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u H. Krämer, aġenti, sussegwentement J. Currall, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent, inkluż f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, skont dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 229, 17.09.2005, p. 28 (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-260/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz ta’ digriet tal-15.12.2005)


Top