EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AT40127

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-17 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ Deċiżjoni fil-Każ AT.40127 - Ħxejjex fil-laned Relatur: L-Irlanda (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 412/03

C/2021/8259

ĠU C 412, 27.10.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-17 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ Deċiżjoni

fil-Każ AT.40127 - Ħxejjex fil-laned

Relatur: L-Irlanda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/03)

1.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ Deċiżjoni tikkostitwixxi fi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattika miftiehma kien li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

3.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm idum il-ksur.

4.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

5.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni għall-ksur li kienu involuti fih.

6.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

7.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membru) jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top