This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022AR1228
Opinion of the European Committee of the Regions — Guidelines for the development of the trans-European transport network (TEN-T)
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Linji gwida għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Linji gwida għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)
COR 2022/01228
ĠU C 498, 30.12.2022, p. 68–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 498/68 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Linji gwida għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)
(2022/C 498/12)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013
COM(2021) 812 final
Emenda 1
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-ebda reġjun tal-Unjoni Ewropea ma għandu jitħalla barra fl-isforzi ta’ tranżizzjoni.
Emenda 2
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti bis-sħiħ fl-ippjanar tal-proġetti. Għaldaqstant mhuwiex ġustifikat li jintuża l-kundizzjonal.
Emenda 3
Premessa 52
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tappoġġa lill-awtoritajiet lokali mingħajr esperjenza fl-iżvilupp tas-SUMPs, b’mod partikolari billi tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza.
Emenda 4
Premessa 66
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-istrutturi ta’ ġestjoni integrata, bħar-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali, urew li jistgħu jikkontribwixxu biex iwieġbu għall-isfidi li jiltaqgħu magħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera, b’mod partikolari fil-ħolqien ta’ sezzjonijiet transfruntieri tat-TEN-T. Ir-Regolament għandu jagħmel referenza għal dan.
Emenda 5
Artikolu 3, il-punt (f)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Raġuni
Żona urbana li tiffunzjona tirrifletti aħjar sistema integrata tat-trasport ta’ belt u ż-żona ta’ vvjaġġar tagħha u taqdi rwol ewlieni fl-ippjanar ta’ żoni urbani u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport. Iż-żieda ta’ “li tiffunzjona” fid-definizzjoni ta’ nodi urbani tirrifletti aħjar il-loġika tas-SUMPs fl-Artikolu 3(o).
Emenda 6
Artikolu 3, il-punt (l)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Din l-emenda tfisser li proġetti ta’ ċentri multimodali tal-passiġġieri bejn u fi ħdan in-nodi urbani jirċievu finanzjament.
Emenda 7
Artikolu 3, il-punt (o)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Din l-emenda tiżgura li s-SUMPs jistgħu jibnu fuq pjanijiet eżitanti u/jew usa’ fil-livell lokali u reġjonali.
Emenda 8
Artikolu 3, il-punt (z)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ir-Regolament għandu jiddefinixxi l-portijiet marittimi billi jelenka r-rwoli kollha tal-infrastruttura tagħhom, sabiex l-isfidi tagħhom jiġu indirizzati bl-aħjar mod.
Emenda 9
Artikolu 4(2), il-punt (c)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-network, kif ukoll it-tlestija tiegħu fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, huwa kruċjali li l-miżuri tekniċi jiġu adattati għall-isfidi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom f’ċerti reġjuni, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-Premessa 26 tar-Regolament: fir-reġjuni ultraperiferiċi u reġjuni oħra remoti, insulari, periferali u muntanjużi, f’żoni skarsament popolati, jew f’networks iżolati jew parzjalment iżolati.
Emenda 10
Artikolu 8(2), il-punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Raġuni
Fi Stati Membri bi traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija taħt il-medja, il-proġetti ferrovjarji ġeneralment ma jitqisux vijabbli meta eżaminati abbażi ta’ analiżi li tinkludi biss l-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Fl-interpretazzjoni tal-vijabbiltà għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi u l-impatt ekonomiku aktar ġenerali tal-proġetti.
Emenda 11
Artikolu 15(3), il-punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-implimentazzjoni tan-network fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi u li jiġi ffaċilitat l-għoti tad-derogi.
Il-progress fl-implimentazzjoni tan-network globali tat-TEN-T mhuwiex biżżejjed biex wieħed jipprevedi li r-rekwiżiti kollha mmirati jkunu jistgħu jintlaħqu fl-2050. Fil-fatt, dan ikun jeħtieġ livell eċċessiv ħafna ta’ mobilizzazzjoni baġitarja, hekk kif ċerti sezzjonijiet ukoll mhumiex adattati biex jissodisfaw ċerti rekwiżiti, bħal, per eżempju, l-elettrifikazzjoni tal-linji ferrovjarji kollha. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi promoss il-progress tan-network u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tas-sezzjonijiet fejn ikun aktar rilevanti li jiġu adattati r-rekwiżiti tar-Regolament.
Emenda 12
Artikolu 16(2), il-punt (c)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit tekniku, li jirriżulta li tiswa wisq flus, ma toffrix valur miżjud sinifikanti. Jidher aktar xieraq li jiġi promoss approċċ aktar realistiku u effiċjenti sabiex tiġi żgurata t-tlestija tan-network skont l-iskadenzi previsti u biex jiġu offruti konnessjonijiet effiċjenti u effettivi lill-utenti tan-network.
Emenda 13
Artikolu 16(5), il-punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-implimentazzjoni tan-network fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi u li jiġi ffaċilitat l-għoti tad-derogi.
Ħafna sezzjonijiet ferrovjarji tan-network ċentrali u tan-network ċentrali estiż mhumiex adattati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti. Il-ħolqien tagħhom se jkun impossibbli minħabba li hemm restrizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi jew restrizzjonijiet fiżiċi sinifikanti li jimpedixxu li dawn jiġu implimentati jew jiġġeneraw spejjeż addizzjonali li ma jistgħux jiġu ġġustifikati.
Emenda 14
Artikolu 17(6)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
6. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’każijiet debitament ġustifikati, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi soċjoekonomika tal-kostijiet u tal-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt fuq l-interoperabbiltà. Eżenzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li tiġi kkoordinata u miftiehma mal-Istat(i) Membru/i ġar/ġirien, fejn applikabbli. |
6. Fuq talba ta’ Stat Membru, awtorità reġjonali jew grupp ta’ awtoritajiet kompetenti, f’każijiet debitament ġustifikati, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi soċjoekonomika tal-kostijiet u tal-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt fuq l-interoperabbiltà. Eżenzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li tiġi kkoordinata u miftiehma mal-Istat(i) Membru/i ġar/ġirien, fejn applikabbli. |
Raġuni
Il-varar tal-ERTMS mhux se jkun possibbli skont l-iskadenzi previsti f’ċerti sezzjonijiet tan-network, b’mod partikolari minħabba l-iskala tal-investimenti li dan jeħtieġ. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-implimentazzjoni tan-network skont l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi u li jiġi ffaċilitat l-għoti tad-derogi, dment li dawn tal-aħħar ma jaffettwawx l-interoperabbiltà tan-network fil-livell Ewropew.
Emenda 15
Artikolu 19, il-punt (g)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Is-sezzjonijiet eżentati mill-obbligu tal-elettrifikazzjoni għandhom jitqiesu bħala spazji li jippermettu l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea għandha tadotta approċċ newtrali mil-lat teknoloġiku biex tiżgura l-effiċjenza klimatika u ekonomika tat-teknoloġiji żviluppati.
Emenda 16
Artikolu 28(1), il-punt (a)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
L-infrastruttura tat-toroq ta’ kwalità għolja għal vjaġġar fuq distanzi twal għandha tkun akkumpanjata mill-iżvilupp tal-infrastruttura għaċ-ċikliżmu u għall-mixi, speċjalment fin-nodi urbani.
Emenda 17
Artikolu 33(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
2. Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, f’każijiet debitament ġustifikati, tagħti eżenzjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (g) tal-paragrafu 1. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi soċjoekonomika tal-kostijiet u tal-benefiċċji jew tkun relatata mar-restrizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi jew fiżiċi sinifikanti, inkluż in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ sistema ferrovjarja fit-territorju. |
2. Fuq talba ta’ Stat Membru, awtorità reġjonali jew grupp ta’ awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tista’, f’każijiet debitament ġustifikati, tagħti eżenzjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (g) tal-paragrafu 1. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi soċjoekonomika tal-kostijiet u tal-benefiċċji jew tkun relatata mar-restrizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi jew fiżiċi sinifikanti, inkluż in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ sistema ferrovjarja fit-territorju. |
Raġuni
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-network kif ukoll it-tlestija tiegħu fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, huwa kruċjali li l-miżuri tekniċi jiġu adattati għall-isfidi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom f’ċerti reġjuni.
Emenda 18
Artikolu 35(3), l-aħħar paragrafu
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-ispedituri, mal-operaturi tat-trasport u mal-operaturi tal-loġistika li joperaw fit-territorju tagħhom. Huma għandhom iqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni fl-analiżi tagħhom. |
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tan-nodi urbani, mal-ispedituri, mal-operaturi tat-trasport u mal-operaturi tal-loġistika li joperaw fit-territorju tagħhom. Huma għandhom iqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni fl-analiżi tagħhom. |
Raġuni
L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà komprensiva fir-rigward ta’ terminals multimodali tal-merkanzija u r-rekwiżiti tagħhom tal-infrastruttura tat-trasport TEN-T (Artikolu 37). Għaldaqstant għandhom jiġu kkonsultati meta l-Istati Membri jkunu qed iħejju l-pjani ta’ azzjoni tagħhom għal network ta’ terminals multimodali tal-merkanzija.
Emenda 19
Artikolu 37(5)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
5. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’każijiet debitament ġustifikati, l-eżenzjonijiet mill-obbligi skont il-paragrafi minn 1 sa 4 jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fejn l-investiment fl-infrastruttura ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji soċjoekonomiċi, b’mod partikolari meta t-terminal ikun jinsab f’żona ristretta mil-lat ta’ spazju. |
5. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’każijiet debitament ġustifikati, l-eżenzjonijiet mill-obbligi skont il-paragrafi minn 1 sa 4 jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fejn l-investiment fl-infrastruttura ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji soċjoekonomiċi, b’mod partikolari meta t-terminal ikun jinsab f’żona ristretta mil-lat ta’ spazju , b’mod partikolari fin-nodi urbani . L-eżenzjonijiet għandhom ikunu possibbli wkoll f’nodi urbani fejn id-domanda tas-suq ma tippermettix li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-terminal speċifikati. |
Raġuni
Il-pjattaformi li jinsabu fin-nodi urbani (kif indikat fl-Artikolu 40) għandhom jiffaċċjaw pressjoni qawwija ħafna fir-rigward tal-pussess tal-art u fuq l-ispazju limitat. Is-sitwazzjoni tagħhom tikkomplika l-implimentazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti tekniċi previsti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Għaldaqstant, għandha tingħata prijorità lill-missjonijiet tal-loġistika urbana li l-implimentazzjoni tagħhom ma teħtieġx espansjoni wisq sinifikanti.
Emenda 20
Artikolu 40, il-punt (b)(ii) u l-aħħar paragrafu
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
il-ġbir u s-sottomissjoni lill-Kummissjoni ta’ data dwar il-mobbiltà urbana għal kull nodu urban li tkopri, bħala minimu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-konġestjoni, l-aċċidenti u l-korrimenti, is-sehem modali u l-aċċess għal servizz ta’ mobbiltà, kif ukoll id-data dwar it-tniġġis tal-arja u tal-istorbju. Minn hemm ’il quddiem, din id-data għandha tiġi sottomessa kull sena; (…) Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għad-data li għandha tinġabar mill-Istati Membri msemmija taħt il-punt (ii) tal-paragrafu (b). Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3). |
il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tas-SUMPs fuq bażi annwali; (…) |
Raġuni
Filwaqt li wieħed jifhem li l-Kummissjoni tixtieq tagħmel monitoraġġ aktar mill-qrib tal-implimentazzjoni tas-SUMPs, jidher li mhux xieraq li ssir operazzjoni annwali ta’ ġbir ta’ data ta’ dan id-daqs. Barra minn hekk, il-ġbir ta’ din id-data se jwassal għal inflazzjoni ta’ studji, li hija ta’ piż kbir wisq għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li t-tħejjija ta’ SUMPs u indikaturi relatati ma toħloqx piżijiet amministrattivi bla bżonn biex jintlaħqu l-objettivi tat-TEN-T. Għalhekk huwa ssuġġerit li tiġi ssemplifikata l-proċedura għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-SUMPs, filwaqt li jinżamm id-dmir li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-progress tagħhom.
Emenda 21
Artikolu 40, il-punt (d)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Jidher li huwa riskjuż li jitħabbar l-istabbiliment ta’ terminals multimodali tal-merkanzija mingħajr ma jitqiesu d-dinamiċi tal-flussi fil-livell reġjonali u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-kumpaniji bl-aħjar mod, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet fir-rigward tal-pussess tal-art u l-possibbiltajiet tekniċi tat-territorju Għaldaqstant, huwa ssuġġerit li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-loġistika urbana ta’ dawn il-pjattaformi.
Emenda 22
Artikolu 44, il-punt (a)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għandha tiġi mħeġġa l-innovazzjoni teknoloġika għall-mezzi kollha tat-trasport sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-innovazzjonijiet huma wkoll possibbli u mixtieqa fis-settur ferrovjarju, b’mod partikolari fis-sezzjonijiet eżentati mill-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi.
Emenda 23
Artikolu 44, il-punt (a)
(Punt ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
titħeġġeġ ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet alternattivi ekoloġiċi u innovattivi fit-territorji eżentati mill-miżuri tekniċi tat-TEN-T, bħall-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; |
Raġuni
Jekk l-eżenzjonijiet mogħtija lil ċerti territorji, skont ir-Regolament jew fuq talba, jippermettu li tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tat-TEN-T billi jiġu adattati għall-isfidi tat-territorji, għandu jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi jew enerġetiċi alternattivi billi dawn it-territorji jsiru laboratorji ta’ innovazzjoni.
Emenda 24
Artikolu 52(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
2. Il-“Forum tal-Kuritur” għandu jiġi stabbilit formalment u jkun ippresedut mill-Koordinatur Ewropew. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu fuq is-sħubija tal-Forum tal-Kuritur għall-parti tagħhom tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport u jiżguraw ir-rappreżentanza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. |
2. Il-“Forum tal-Kuritur” għandu jiġi stabbilit formalment u jkun ippresedut mill-Koordinatur Ewropew. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu fuq is-sħubija tal-Forum tal-Kuritur għall-parti tagħhom tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport u jiżguraw ir-rappreżentanza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija , kif ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tan-negozji u l-industrija, u tan-nodi urbani tat-TEN-T . |
Raġuni
L-awtoritajiet reġjonali jagħtu sehem sinifikanti mill-kofinanzjament tal-proġetti tat-TEN-T. Dawn għandhom ukoll ħiliet f’termini ta’ ppjanar tan-network u l-ġestjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku fil-livell reġjonali. Huma wkoll kanali indispensabbli tat-trażmissjoni għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà taċ-ċittadini. Għaldaqstant, dawn għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fil-governanza tal-kurituri tat-TEN-T.
Emenda 25
Artikolu 52(6)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
6. Il-Koordinatur Ewropew jista’ jikkonsulta mal- awtoritajiet reġjonali u lokali, mal- maniġers tal-infrastruttura, mal- operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, mal- industrija tal-provvista, mal- utenti tat-trasport u mar- rappreżentanti tas-soċjetà ċivili b’rabta mal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-Koordinatur Ewropew responsabbli għall-ERTMS għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u mal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, filwaqt li l-Koordinatur Ewropew għall-Ispazju Marittimu Ewropew għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. |
6. Il-Koordinatur Ewropew għandu jikkonsulta lill- awtoritajiet lokali, lill- maniġers tal-infrastruttura, lill- operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, lill- industrija tal-provvista, lill- utenti tat-trasport u lir- rappreżentanti tas-soċjetà ċivili b’rabta mal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-Koordinatur Ewropew responsabbli għall-ERTMS għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u mal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, filwaqt li l-Koordinatur Ewropew għall-Ispazju Marittimu Ewropew għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. |
Raġuni
Il-koordinaturi kollha stabbilew mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni għall-atturi rilevanti kollha fl-ambitu tagħhom. Dan għandu jittieħed kont tiegħu.
Emenda 26
Artikolu 53(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
2. Il-pjan ta’ ħidma għandu jitħejja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati u b’konsultazzjoni mal-Forum tal-Kuritur u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew ma’ forum konsultattiv tal-prijoritajiet orizzontali. Il-pjan ta’ ħidma tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport għandu jiġi approvat mill-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-pjan ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. |
2. Il-pjan ta’ ħidma għandu jitħejja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali kkonċernati u b’konsultazzjoni mal-Forum tal-Kuritur u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew ma’ forum konsultattiv tal-prijoritajiet orizzontali. Il-pjan ta’ ħidma tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport għandu jiġi approvat mill-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-pjan ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. |
Raġuni
Minħabba r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-impatt li għandu fuq it-territorji tagħhom, l-awtoritajiet reġjonali jeħtiġilhom ikunu involuti fl-iżvilupp tiegħu.
Emenda 27
Artikolu 56(1), il-punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Minħabba l-investimenti li tinvolvi l-integrazzjoni mat-TEN-T, kif ukoll il-proċessi tajbin li jirriżultaw minnha, b’mod partikolari f’termini tal-ekoloġizzazzjoni tal-infrastruttura, jitqies preferibbli li tiġi evitata l-esklużjoni tal-portijiet marittimi jew l-ajruporti min-network globali. Madankollu, peress li d-dinamika tal-fluss il-ħin kollu qed tinbidel, in-network għandu jibqa’ adattabbli. Għaldaqstant, minflok isiru esklużjonijiet, huwa rrakkomandat li tinbeda proċedura ta’ appoġġ li tippermetti valutazzjoni aktar dettaljata tad-dinamika fil-port marittimu jew fl-ajruport ikkonċernat, sabiex tittieħed deċiżjoni rigward l-esklużjoni tiegħu min-network.
Emenda 28
Artikolu 57
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 57 Involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati privati Il-proċeduri nazzjonali li jirrigwardjaw l-involviment u l-konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili kkonċernati minn proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu rrispettati , fejn xieraq, fil-fażi tal-ippjanar u tal-kostruzzjoni ta’ proġett. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba f’dan ir-rigward, notevolment fir-rigward tal-konsultazzjoni u l-inklużjoni ta’ persuni f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà. |
Artikolu 57 Involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati privati Il-proċeduri nazzjonali li jirrigwardjaw l-involviment u l-konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili kkonċernati minn proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu rrispettati fil-fażi tal-ippjanar u tal-kostruzzjoni ta’ proġett. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba f’dan ir-rigward, notevolment fir-rigward tal-konsultazzjoni u l-inklużjoni ta’ persuni f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà. |
Raġuni
L-awtoritajiet reġjonali u lokali jeħtiġilhom ikunu involuti meta jkunu kkonċernati bl-iżvilupp ta’ proġett ta’ interess komuni.
Emenda 29
Anness V, il-punt 4
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Raġuni
Il-mod kif il-flussi tat-traffiku lokali u reġjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija jinteraġġixxu mal-flussi tat-traffiku fil-kurituri internazzjonali tat-TEN-T huwa bidirezzjonali u l-impatt tal-miżuri għandu jitqies b’mod reċiproku sabiex tiġi żgurata sistema tat-traffiku bla xkiel u b’konnessjonijiet effiċjenti tal-ewwel u tal-aħħar mil.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
1. |
jappoġġja n-natura ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm regolament li jippermetti l-istabbiliment ta’ strateġija għall-ippjanar tal-infrastruttura tat-trasport fil-livell Ewropew. Dan biss jista’ jiżgura livell sodisfaċenti ta’ koeżjoni, koordinazzjoni u interoperabbiltà; |
2. |
jemmen li d-dimensjoni transnazzjonali tat-TEN-T iġġib magħha valur miżjud għoli Ewropew. L-awtoritajiet reġjonali u lokali huma xhieda tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw minn proġetti transfruntiera fit-territorji tagħhom; |
3. |
jinnota l-konsegwenzi ġeopolitiċi tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-vulnerabbiltà tas-sistema tat-trasport Ewropea, li issa hija parzjalment skonnettjata mis-suq globali, b’mod partikolari dak tal-ikel; jappoġġja s-sospensjoni tal-investimenti Ewropej fi ħdan in-network TEN-T għal proġetti li jinvolvu r-Russja u l-Belarussja, iżda jitlob li jiġu żviluppati konnessjonijiet ferrovjarji aħjar mal-Ukrajna, b’mod partikolari biex jiġi promoss it-trasport ta’ materja prima bażika. Għal dan l-għan, iż-żieda prevista fil-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa hija milqugħa tajjeb; |
4. |
jilqa’ l-objettivi assenjati lit-TEN-T; jinsisti fuq l-importanza tal-kontribut tar-Regolament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b’mod partikolari billi jappoġġja l-iżvilupp tal-aktar modi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-klima; fl-istess ħin, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-adattament tal-infrastruttura tat-trasport għall-effetti tat-tibdil fil-klima u għall-emerġenza ta’ riskji ġodda; |
Il-koeżjoni territorjali
5. |
jilqa’ l-affermazzjoni mill-ġdid tal-koeżjoni territorjali bħala objettiv ta’ prijorità tar-Regolament għan-network ċentrali, in-network ċentrali estiż u n-network komprensiv; jinnota f’dan ir-rigward li t-TEN-T isegwi r-rakkomandazzjoni stabbilita mit-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni li kull politika tal-UE għandha tikkontribwixxi għall-koeżjoni Ewropea; |
6. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni” li żviluppat fit-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni sabiex tkun tista’ tiġi monitorjata l-applikazzjoni tiegħu għat-TEN-T u b’mod partikolari għall-proġetti ta’ interess komuni; |
7. |
jemmen li t-TEN-T irid iqis id-diversità tal-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-Unjoni. Jilqa’, f’dan ir-rigward, l-attenzjoni mogħtija lir-reġjuni rurali, remoti, muntanjużi, skarsament popolati, periferiċi, insulari u ultraperiferiċi, u jirrimarka li r-reġjuni li mhumiex koperti minn dawn il-kategoriji jiffaċċjaw ukoll varjetà wiesgħa ta’ territorji u sfidi fi ħdanhom; |
8. |
ifakkar li l-ilħuq tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali jirrikjedi li n-network kollu kemm hu jistabbilixxi konnessjoni b’saħħitha u effiċjenti man-networks sekondarji tat-trasport, lil hinn mill-qafas tat-TEN-T; |
9. |
jirrikonoxxi r-rilevanza ta’ miżuri tekniċi komuni u ambizzjużi biex jiżguraw il-kontinwità u l-interoperabbiltà tan-network; ifakkar, madankollu, li d-diversità tar-reġjuni Ewropej tagħmilha diffiċli li tinżamm l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-istandards tekniċi previsti fil-proposta tal-Kummissjoni, b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ veloċità minima, elettrifikazzjoni jew saħansitra l-gauge għas-sezzjonijiet ferrovjarji li l-ħolqien tagħhom ikun jeħtieġ livell ta’ investimenti kbar wisq; |
10. |
jinnota li minbarra l-assi prinċipali tat-trasport Ewropew tan-network ewlieni u komprensiv, il-konnessjonijiet reġjonali neqsin jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti wkoll għall-espansjoni ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera. Permezz ta’ konnessjoni aħjar tar-reġjuni tal-fruntiera, l-Ewropa ser issir aktar integrata b’mod tanġibbli u toffri liċ-ċittadini l-opportunità li jgawdu minn mobilità transfruntiera u li ma tagħmilx ħsara lill-klima; |
Governanza
11. |
jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport fit-territorji tagħhom, li wħud minnhom huma parti mit-TEN-T. u jitlob, għaldaqstant, li dawn ikunu aktar involuti fl-iskema ta’ governanza tat-TEN-T, b’mod partikolari billi jkunu involuti bis-sħiħ fil-forum tal-kurituri lil hinn mis-sempliċi rwol ta’ osservaturi li attwalment għandhom; |
12. |
jirrikonoxxi, madankollu, li, minkejja dan it-titjib possibbli, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà: in-Network trans-Ewropew tat-trasport jipprovdi valur miżjud Ewropew inkontestabbli lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri billi jallinja l-isforzi tal-ippjanar tal-Istati, tar-reġjuni u tal-ibliet, b’mod partikolari permezz tar-rwol akbar assenjat lin-nodi urbani fl-abbozz ta’ regolament; |
13. |
jinnota ħafna eżempji ta’ sezzjonijiet transfruntiera fejn l-implimentazzjoni tbati ħafna minn nuqqas ta’ attenzjoni politika fil-livell nazzjonali, nuqqas ta’ koordinazzjoni u proċeduri amministrattivi ineffiċjenti u mhux koordinati; |
14. |
jitlob tisħiħ sostanzjali tal-governanza tat-TEN-T sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari għall-konnessjonijiet transfruntieri neqsin; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ ir-rwol tal-koordinaturi u biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-pjani nazzjonali mal-politiki Ewropej; |
15. |
jemmen li l-amalgamazzjoni tal-kurituri tan-network ewlieni u tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija fi ħdan il-kurituri tat-trasport Ewropej tejbet b’mod sinifikanti l-governanza tan-network u għandha twassal għal koordinazzjoni u implimentazzjoni aħjar. Huwa sorpriż li l-allinjament li sar mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha ma jikkonċernax il-portijiet marittimi li jinsabu fil-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija; |
Nodi urbani
16. |
ifakkar li s-sostenibbiltà tal-mobbiltà urbana, flimkien ma’ dik tal-ivjaġġar fuq distanza twila, hija element ewlieni biex jintlaħqu l-objettivi tat-TEN-T, u b’mod aktar wiesa’ dawk tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
17. |
jenfasizza li t-tielet rapport tal-IPCC jidentifika l-politiki tal-ippjanar urban, inkluża l-mobilità urbana, bħala opportunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Jirrimarka, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-mobilità attiva, li l-iżvilupp tagħha jeħtieġ infrastruttura koerenti fin-nodi urbani kollha; |
18. |
jinnota l-ħtieġa li jiġu stabbiliti Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs). Iqis li s-SUMPs jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta’ mudell ta’ governanza f’diversi livelli billi jintegraw l-istrateġiji tal-ippjanar tal-mobilità u tal-ippjanar spazjali fil-livell lokali u reġjonali fi ħdan it-TEN-T; |
19. |
jinnota li għandu jiġi adottat approċċ aktar adattat għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni u tal-gżejjer; |
20. |
jissuġġerixxi li l-flessibbiltà tiġi enfasizzata bħala kriterju għas-SUMPs sabiex dawn il-pjani ikunu jistgħu jiġu integrati b’suċċess fil-pjani eżistenti. In-nodi urbani m’għandhomx jitgħabbew b’forniment ta’ data fuq skala kbira u proċeduri relatati. Hekk kif in-numru ta’ nodi urbani jiżdied, il-finanzjament tal UE allokat għal dawn in-nodi jeħtieġ li jiżdied kif meħtieġ; |
Modi tat-trasport
21. |
jirrimarka li t-trasport fuq l-ilma u bil-ferrovija huma modi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-klima, u għalhekk jinkoraġġixxi l-iżvilupp tagħhom fi ħdan il-qafas tat-TEN-T; |
22. |
jilqa’ t-titjib sinifikanti fil-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja; iżda jenfasizza li għad fadal isiru aktar sforzi f’termini ta’ interoperabbiltà u kontinwità biex jinkiseb network ferrovjarju effiċjenti għall-merkanzija u l-passiġġieri fil-livell Ewropew; |
23. |
jilqa’ t-tisħiħ tal-pilastru marittimu tat-TEN-T u b’mod partikolari t-twessigħ tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-finanzjament tas-sezzjonijiet marittimi kollha bejn il-portijiet tat-TEN-T, li għandu jippermetti l-iżvilupp tal-kabotaġġ sabiex titħeġġeġ il-bidla modali mit-triq għall-baħar, kif ukoll il-konnettività tal-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; |
Finanzjament tat-TEN-T
24. |
ifakkar li t-tlestija tat-TEN-T skont l-iskadenzi stabbiliti hija prijorità għall-awtoritajiet reġjonali u lokali; jenfasizza, madankollu, li l-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għadu baxx ħafna meta mqabbel mal-ammonti kbar li għandhom jiġu mobilizzati, u jesprimi d-dispjaċir tiegħu li huwa impossibbli għal għadd ta’ reġjuni li jirrikorru għall-fondi strutturali biex ipattu għal dan in-nuqqas ta’ finanzjament. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti ta’ interess komuni għandha tqis, minbarra l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, iċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi u ġeografiċi differenti tal-Istati Membri, bħad-distanzi u l-volumi tat-traffiku, kif ukoll l-impatt ekonomiku aktar ġenerali tal-proġetti. Barra minn hekk, għandha titqies ukoll il-fattibbiltà tar-rekwiżiti ta’ żmien u finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri; |
25. |
jinnota li t-tielet rapport tal-IPCC jirrakkomanda li jiġu mħeġġa għażliet ta’ mobilità aktar effiċjenti fir-rigward tal-klima. Jiddispjaċih, għalhekk, dwar in-nuqqas ta’ mekkaniżmu li jinkoraġġixxi bidla modali lejn l-aktar modi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-klima; |
26. |
jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju huwa kruċjali għaż-żamma tat-TEN-T matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett, u jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi ggarantita s-sostenibbiltà tal-finanzjament għall-infrastruttura tat-trasport fuq terminu twil; |
Pjan ta’ azzjoni għall-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fuq distanzi twal u transfruntier
27. |
huwa kuntent li l-pjan ta’ azzjoni jħeġġeġ l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew uniformi u t-tneħħija tal-ostakoli għas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija transfruntier u fuq distanzi twal; |
28. |
jenfasizza r-rwol essenzjali tal-ferroviji ta’ billejl fl-ilħuq tal-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni; |
29. |
jemmen li l-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fuq distanzi twal u transfruntier teħtieġ l-iżvilupp ta’ għodod ta’ inċentiv u finanzjament fil-livell Ewropew kif ukoll li jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni mat-trasport bl-ajru; |
30. |
jenfasizza l-interess tal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Għaldaqstant, se jagħti l-attenzjoni tiegħu għall-proposta leġiżlattiva prevista mill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-użu tal-biljetti ferrovjarji mill-utenti. |
Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni