EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 52020M9698

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9698 — Platinum Equity Group/Biscuit International) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 4/08

PUB/2019/270

ĠU C 4, 8.1.2020, str. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9698 — Platinum Equity Group/Biscuit International)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 4/08)

1.   

Fl-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Platinum Equity Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Biscuit International SAS (Franza).

Platinum Equity Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Biscuit International SAS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Platinum Equity Group: il-fużjoni, l-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji li jipprovdu prodotti, servizzi u soluzzjonijiet lil diversi industriji, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni, it-telekomunikazzjoni, il-loġistika, il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-metalli u s-servizzi marbutin magħhom;

għal Biscuit International SAS: il-manifattura ta’ gallettini u kejkijiet, inkluż għal konsumaturi b’rekwiżiti djetetiċi speċifiċi, b’għarfien espert speċifiku dwar prodotti b’tikketta privata.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9698 — Platinum Equity Group/Biscuit International.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Na vrh