EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XG0505(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-entità u l-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU C 164, 5.5.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Avviż għall-attenzjoni tal-entità u l-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2016/C 164/02)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-entità u l-persuni inklużi fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/694 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/690 (4) li jimplimenta l-Artikolu 21(1) u 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) żied entità waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi u aġġorna xi informazzjoni dwar ċerti individwi soġġetti għal miżuri restrittivi.

L-entità u l-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations – Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

Wara d-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entità u l-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

L-entità u l-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet inklużi fil-lista, f’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/44.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2016, p. 12.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 120, 5.5.2016, p. 1.


Top