EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0340

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

/* COM/2013/0340 final - 2013/0178 (NLE) */

52013PC0340

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet /* COM/2013/0340 final - 2013/0178 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa u l-omoġeneità tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE fil-Ftehim ŻEE malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tagħha u għandu jippermetti wkoll il-parteċipazzjoni tal-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fl-azzjonijiet jew fil-programmi tal-UE li jkunu rilevanti għaż-ŻEE.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Ftehim Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-għan li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet sabiex jippermetti li jkun hemm parteċipazzjoni kontinwa min-naħa tal-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fl-azzjonijiet tal-UE ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn.

Il-Kummissjoni tressaq l-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

2013/0178 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[2] ("il-Ftehim ŻEE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)       Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li fost l-oħrajn, jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)       Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)       Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiiet tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(5)       Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-estensjoni ta' din il-kooperazzjoni tkompli għaddejja anke wara l-31 ta’ Diċembru 2012.

4.         Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta' dak il-Kumitat, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Abbozz

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta’

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(2) Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja anke wara l-31 ta’ Diċembru 2012,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.           Il-kliem "is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 6 jiġu sostitwiti mill-kliem "is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

2.           Il-kliem "is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem "is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

3.           Il-kliem "is-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 8 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem "is-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,.

            Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

            Il-President                                                 Is-Segretarji             tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[1]               ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[2]               ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

*               [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

Top