EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0340

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 ID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

/* COM/2012/0340 final */

52012DC0340

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 ID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni /* COM/2012/0340 final */


ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012

ID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat fl-1 ta’ Diċembru 2011[2],

– il-baġit emendatorju Nru 1/2012 adottat fl-20 ta’ April 2012,

– il-baġit emendatorju Nru 2/2012 adottat fit-12 ta’ Ġunju 2012,

– l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012, kif emendat wara l-baġit emendatorju Nru 2/2012

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 4 għall-baġit tal-2012.

TIBDILIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA

It-tibdiliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b’taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet għal din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

WERREJ

1.      Introduzzjoni 5

2.      Riżorsi Proprji 5

2.1.        Introduzzjoni 5

2.2.        Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG.. 6

2.3.        Korrezzjoni tar-Renju Unit 2008, 2010 u 2011. 8

2.3.1      Introduzzjoni 8

2.3.2      Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet.. 9

2.3.3      Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 u l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 fil-ABE 4/2012. 12

2.4        Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012  14

3.      Strument tal-kondiviżjoni tar-riskju.. 15

3.1        Introduzzjoni 15

3.2        Intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda.. 15

3.3        Intestatura tal-Baġit ta’ Dħul ġdida.. 16

4.      Modifika tal-Inttestatura tal-Baġit.. 16

1.           Introduzzjoni

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2012 ikopri l-elementi li ġejjin:

– Reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT, jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u tal-DNG, l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll il-finanzjament tagħhom u r-reviżjoni tal-finanzjament ta’ tnaqqis fid-DNG favur il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fl-2012, li tirriżulta f'bidla fit-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji lejn il-bagit tal-UE bejn l-Istati Membri.

– Il-ħolqien ta’ erba’ intestaturi tal-baġit ġodda għall-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni, kollha b’annotazzjoni pro memoria (p.m.),

– Il-modifika tal-intestatura tal-baġit 16 03 05 01 – Azzjoni Preparatorja – EuroGlobe biex tieħu post is-“sing” għal pagamenti fl-intestatura b’annotazzjoni pro memoria (p.m.) sabiex ikun jistgħu jsiru l-pagamenti finali.

2.           Riżorsi Proprji

2.1.        Introduzzjoni

It-tabella mqassra li jmiss turi d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri kif ibbaġitjati fi:

– Il-Baġit 2012,

– L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 3/2012 huwa maħsub biex jiġi bbaġitjat l-ammont żejjed li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2011 ta’ EUR 1 496 968 014, li huwa għalhekk imniżżel bħala dħul fil-baġit 2012.

– Il-ABE 4/2012 preżenti.

ammonti f'miljuni ta' euro

|| Baġit 2012 || ABE 3/2012 || ABE 4/2012 || || ABE 4/2012 vs. ABE 3/2012

|| (1) || (2) || (3) || f’% || (4) = (3) – (2)

BE || 5 232,9 || 5 188,9 || 5 215,9 || 4,14% || + 27,0

BG || 411,8 || 407,3 || 410,7 || 0,33% || + 3,4

CZ || 1 599,1 || 1 581,9 || 1 529,9 || 1,21% || - 52,0

DK || 2 595,9 || 2 566,9 || 2 631,9 || 2,09% || + 64,9

DE || 25 438,8 || 25 130,6 || 25 219,3 || 20,01% || + 88,6

EE || 164,5 || 162,7 || 171,3 || 0,14% || + 8,7

IE || 1 381,2 || 1 366,5 || 1 377,5 || 1,09% || + 11,0

EL || 2 205,8 || 2 180,7 || 1 965,2 || 1,56% || - 215,5

ES || 11 316,2 || 11 192,4 || 10 730,7 || 8,52% || - 461,7

FR || 20 880,9 || 20 639,8 || 20 924,1 || 16,60% || + 284,4

IT || 16 443,4 || 16 258,2 || 16 091,2 || 12,77% || - 166,9

CY || 200,6 || 198,5 || 181,3 || 0,14% || - 17,2

LV || 191,1 || 188,9 || 210,0 || 0,17% || + 21,1

LT || 323,9 || 320,3 || 329,4 || 0,26% || + 9,1

LU || 324,4 || 320,6 || 303,9 || 0,24% || - 16,7

HU || 1 101,4 || 1 088,9 || 896,7 || 0,71% || - 192,1

MT || 70,8 || 70,1 || 65,8 || 0,05% || - 4,2

NL || 6 359,0 || 6 286,4 || 6 101,5 || 4,84% || - 184,9

AT || 2 706,2 || 2 671,5 || 2 816,0 || 2,23% || + 144,5

PL || 4 060,9 || 4 015,5 || 3 643,5 || 2,89% || - 371,9

PT || 1 648,0 || 1 629,4 || 1 625,7 || 1,29% || - 3,7

RO || 1 359,7 || 1 343,6 || 1 349,0 || 1,07% || + 5,4

SI || 422,4 || 418,1 || 401,4 || 0,32% || - 16,7

SK || 755,5 || 747,1 || 752,4 || 0,60% || + 5,3

FI || 1 985,9 || 1 962,8 || 2 003,2 || 1,59% || + 40,4

SE || 3 534,2 || 3 487,3 || 3 537,2 || 2,81% || + 49,9

UK || 14 797,9 || 14 590,6 || 15 530,4 || 12,32% || + 939,8

EU || 127 512,3 || 126 015,4 || 126 015,4 || 100,00% || + 0

2.2.        Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG

Skont il-prassi stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-iffinanzjar tal-baġit abbażi tal-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, adottati waqt laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP).

Ir-reviżjoni tikkonċerna l-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2012 flimkien mal-previżjoni tal-bażijiet tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u d-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) tal-2012. Il-previżjoni fil-baġit tal-2012 (u fil-BE 1/2012 għall-ABE 3/2012) kienet stabbilita fil-151 laqgħa tal-KKRP fis-17 ta’ Mejju 2011. Il-previżjoni riveduta li ttieħdet f'kunsiderazzjoni fl-ABE 4/2012 preżenti kienet adottata fil-154 laqgħa tal-KKRP fil-21 ta' Mejju 2012. L-użu ta' previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji jżid il-preċiżjoni tal-ħlasijiet li l-Istati Membri huma mitluba li jagħmlu matul is-sena baġitarja u jnaqqas l-iżbalji inevitabbli fit-tbassir mis-sena ta' qabel.

Meta mqabbla mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f'Mejju 2011, il-previżjoni maqbula f'Mejju 2012 ġiet riveduta kif ġej:

– Il-previżjoni totali tal-2012 tal-imposti netti fuq is-settur taz-zokkor ma nbidlitx u tibqa EUR 123,4 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir).

– Id-dazji netti totali tad-dwana għall-2012 (inkluż id-dazji fuq prodotti agrikoli) issa huma previsti li jkunu ta' EUR 17 650,8 miljun (wara tnaqqis ta’ 25 % fi spejjeż ta’ ġbir), li jirrappreżentaw tnaqqis ta' – 7.9 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’ Mejju 2011 ta’ EUR 19 171,2 miljun. Ir-raġuni ewlenija ta’ dan it-tnaqqis hija tariffa medja stmata aktar baxxa (1,32% minflok 1,45%) Il-previżjoni saret fuq il-bażi ta’ Stat Membru, bl-użu tar-rati previsti ta' tkabbir għall-importazzjonijiet minn barra l-UE kif ippubblikati fil-previżjonijiet ekonomiċi tar-rebbiegħa 2012 fil-11 ta' Mejju 2012.

– Il-bażi totali mhux limitata tal-VAT tal-UE għall-2012 issa hija mbassra li tkun ta' EUR 5 779 304,1 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' + 0,4 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2011 ta' EUR 5 756 405,2 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata tal-UE għall-2012[3] issa hija prevista li tkun ta’ EUR 5 763 295,6 miljun, li tirrappreżenta żieda ta’ + 0,4 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2011 ta’ EUR 5 740 777,2 miljun.

– Il-bażi totali tad-DNG tal-UE għall-2012 hija mbassra li tkun ta’ EUR 12 878 244,7 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ – 1.9 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2010 ta’ EUR 13 130 916,3 miljun.

Intużaw ir-rati tal-kambju tat-30 ta' Diċembru 2011 biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DNG mill-munita nazzjonali għall-euro (għall-għaxar Stati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro). Dan jevita distorsjonijiet għaliex hija din ir-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-ħlasijiet tar-riżorsi proprji bbaġitjati minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000)

Il-previżjonijiet riveduti tar-RPT, bażijiet tal-VAT mhux limitati u bażijiet tad-DNG għall-2012, kif adottati fil-154 laqgħa tal-KKRP fil-21 ta’ Mejju 2012, huma ppreżentati fit-tabella li jmiss (ċifri mqarrba sal-eqreb żero):

Previżjonijiet Previżjonijiet riveduti tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG għall-2011 (f'miljuni ta' EUR)

|| Iz-Zokkor tariffi (75%) || Dazji tad-dwana (75%) || Bażijiet tal-VAT mhux limitati || bażijiet DNG || Limitu  bażijiet VAT[4]

BE || 6,6 || 1 709,0 || 164 200,6 || 384 015,9 || 164 200,60

BG || 0,4 || 54,2 || 17 944,9 || 38 430,5 || 17 944,90

CZ || 3,4 || 229,5 || 64 537,5 || 140 367,8 || 64 537,50

DK || 3,4 || 347,5 || 99 128,2 || 253 673,1 || 99 128,20

DE || 26,3 || 3 600,3 || 1 165 502,0 || 2 672 592,5 || 1 165 502,00

EE || 0,0 || 23,1 || 7 880,5 || 15 872,2 || 7 880,50

IE || 0,0 || 209,7 || 61 788,7 || 125 496,2 || 61 788,70

EL || 1,4 || 140,4 || 89 493,6 || 199 825,7 || 89 493,60

ES || 4,7 || 1 178,5 || 479 157,0 || 1 036 829,0 || 479 157,00

FR || 30,9 || 1 764,0 || 954 295,3 || 2 079 550,4 || 954 295,30

IT || 4,7 || 1 763,9 || 652 675,9 || 1 578 251,6 || 652 675,90

CY || 0,0 || 21,5 || 14 218,6 || 17 237,5 || 8 618,75

LV || 0,0 || 24,4 || 6 894,4 || 20 989,4 || 6 894,40

LT || 0,8 || 49,0 || 11 421,9 || 31 245,9 || 11 421,90

LU || 0,0 || 15,2 || 23 664,1 || 31 069,8 || 15 534,90

HU || 2,0 || 105,2 || 34 764,0 || 87 872,1 || 34 764,00

MT || 0,0 || 10,5 || 4 701,1 || 5 952,3 || 2 976,15

NL || 7,3 || 1 986,6 || 268 334,1 || 608 481,6 || 268 334,10

AT || 3,2 || 208,6 || 138 765,2 || 308 548,4 || 138 765,20

PL || 12,8 || 373,0 || 171 886,5 || 351 257,4 || 171 886,50

PT || 0,2 || 128,2 || 78 381,5 || 160 867,6 || 78 381,50

RO || 1,0 || 115,0 || 48 853,1 || 137 935,4 || 48 853,10

SI || 0,0 || 77,2 || 17 956,5 || 34 804,0 || 17 402,00

SK || 1,4 || 127,7 || 25 074,5 || 70 157,1 || 25 074,50

FI || 0,8 || 157,6 || 90 991,5 || 200 276,4 || 90 991,50

SE || 2,6 || 511,7 || 177 296,7 || 405 983,0 || 177 296,70

UK || 9,5 || 2 719,3 || 909 496,2 || 1 880 661,9 || 909 496,20

EU || 123,4 || 17 650,8 || 5 779 304,1 || 12 878 244,7 || 5 763 295,60

2.3.        Korrezzjoni tar-Renju Unit 2008, 2010 u 2011

2.3.1      Introduzzjoni

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit), li għandha tkun ibbaġittjata fl-ABE preżenti, tikkonċerna tliet snin: 2008, 2010 u 2011.

Il-korrezzjonijiet tar-Renju Unit għall-2008, l-2010 u l-2011 huma suġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2007/436 u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta' kalkolu tal-2007[5]. Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, il-“gwadanji mhux mistennija” tar-RPT netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda, sa mill-2001, fil-perċentwali tal-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir tagħhom huma newtralizzati u n-nefqa allokata hija aġġustata b'dan li ġej:

– in-nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (NQA) imħallsa taħt l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet relatati mas-sena preċedenti għat-tkabbir. L-istess aġġustament għall-NQA se jkun segwit fl-okkażjoni ta’ kull tkabbir tal-Unjoni li jsir fil-futur iżda ser jieqaf japplika mill-korrezzjoni li għandha tkun ibbaġitjata għall-ewwel darba fl-2014;

– għall-korrezzjoni tal-2008 20%, għall-korrezzjonijiet tar-Renju Unit tal-2010 u l-2011 100% tat-total tan-nefqa allokata fl-Istati Membri li jkunu ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti agrikoli diretti u ta' nfiq relatat mas-suq, kif ukoll dik il-parti tan-nefqa fuq l-iżvilupp rurali li toriġina mit-taqsima tal-garanzija tal-FAEGG. Dan it-tnaqqis għandu jiddaħħal b'mod progressiv (20 % għall-korrezzjoni tal-2008 fil-baġit għall-2009, 70 % għall-korrezzjoni tal-2009 fil-baġit għall-2010 u 100 % mill-korrezzjoni tal-2010 fil-baġit għall-2011 'l hemm).

Barra dan, is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit.

Id-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 u l-ammont preċedentement ibbaġitjat (it-tieni aġġornament fil-BE 4/2010) kif ukoll id-differenza bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tal-2010 u l-ammont preċedentement ibbaġittjat (l-ewwel aġġornament fil-BE 5/2011) huma annotati fil-kapitoli 35 u 36 tal-ABE 4/2012.

L-ammont tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 huwa mdaħħal taħt il-kapitolu 15 tal-ABE 4/2012, biex jieħu post l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit 2011 inkluża taħt il-kapitolu 15 tal-Baġit 2012.

2.3.2      Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet

Fl-ABE preżenti, huma mniżżla l-kalkolu u l-iffinanzjar tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni għall-2010 kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008.

Sa fejn tidħol il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009, il-Kummissjoni għandha (skont il-Metodu ta' Kalkolu tal-2007) tipproponi li tibbaġitja aġġorament jekk ikunu sostanzjalment differenti mill-kalkolu relevati baġittjat qabel. Skont il-kalokoli attwali tal-Kummissjoni, l-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 mhux differenti b'mod sinjifikanti mill-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 imdaħħla fil-BE 4/2010. Għaldaqstant, mhux propost aġġornament għall-ibbaġitjar f'dan l-ABE 4/2012.

2.3.2.1          Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011

It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 mdaħħal fil-Baġit tal-2012 u l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2011 li jrid jiddaħħal fl-ABE 4/2012.

|| Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 PROVIŻORJU Baġit 2012 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 L-ewwel aġġornament ABE 4/2012 || Differenza

(1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.0054% || 14.9462% || - 0.0592%

(2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.6164% || 7.3204% || - 0.2960%

(3) = (1) - (2) || 7.3890% || 7.6259% || + 0.2369%

(4) Nefqa totali allokata || 114 982 094 901 || 116 689 113 932 || + 1 707 019 031

(5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 29 243 025 286 || 26 918 339 726 || - 2 324 685 560

(5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 3 047 748 507 || 3 037 294 340 || - 10 454 167

(5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 26 195 276 779 || 23 881 045 386 || - 2 314 231 393

(6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 85 739 069 616 || 89 770 774 207 || + 4 031 704 591

(7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 4 181 273 373 || 4 518 220 698 || + 336 947 325

(8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 319 474 318 || 534 381 657 || + 214 907 339

(9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 3 861 799 055 || 3 983 839 040 || + 122 039 986

(10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || 61 357 780 || 8 838 069 || - 52 519 710

(11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 3 800 441 275 || 3 975 000 971 || + 174 559 696

L-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 huwa ta’ EUR 175 miljun iżjed meta mqabbel mal-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 mniżżla fil-Baġit tal-2012.

Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011, id-differenza fl-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 2 144,6 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 2 355,7 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

2.3.2.2   Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010

It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 mdaħħal fil-BE 4/2011 u it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2010 li għandha tiddaħħal fl-ABE 4/2012.

|| Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 L-1 aġġornament BE 4/2011 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 It-tieni aġġornament ABE 4/2012 || Differenza

(1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.0995% || 15.3613% || + 0.2617%

(2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.7390% || 7.7118% || - 0.0272%

(3) = (1) - (2) || 7.3605% || 7.6495% || + 0.2889%

(4) Nefqa totali allokata || 111 581 136 089 || 111 424 575 479 || - 156 560 609

(5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 23 885 731 392 || 23 860 842 743 || - 24 888 649

(5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 2 978 639 088 || 2 970 335 816 || - 8 303 272

(5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 20 907 092 304 || 20 890 506 927 || - 16 585 377

(6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 87 695 404 697 || 87 563 732 736 || - 131 671 960

(7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 4 260 193 166 || 4 420 776 873 || + 160 583 707

(8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 388 810 830 || 768 620 727 || + 379 809 897

(9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 3 871 382 336 || 3 652 156 146 || - 219 226 190

(10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || 29 810 676 || 21 614 060 || - 8 196 616

(11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 3 841 571 660 || 3 630 542 087 || - 211 029 573

It-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 huwa ta’ EUR 211 miljun anqas meta mqabbel mal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 imniżżel fil-BE 4/2009.

Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010, id-differenza fl-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 1,957 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 2,118 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

2.3.2.3   Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008

It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 fil-BE 4/2010 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 li għandha tiddaħħal fl-ABE 4/2012.

|| Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 It-tieni aġġornament BE 4/2010 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 Ammont definittiv ABE 4/2012 || Differenza

(1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.7045% || 15.7929% || + 0.0884%

(2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.3387% || 7.3458% || + 0.0071%

(3) = (1) - (2) || 8.3658% || 8.4471% || + 0.0813%

(4) Nefqa totali allokata || 105 538 033 501 || 105 436 390 802 || - 101 642 699

(5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 5 908 600 354 || 5 903 524 193 || - 5 076 161

(5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 3 014 323 610 || 3 009 247 449 || - 5 076 161

(5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 2 894 276 744 || 2 894 276 744 || + 0

(6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 99 629 433 147 || 99 532 866 610 || - 96 566 537

(7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 5 500 964 647 || 5 549 050 290 || + 48 085 644

(8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 289 477 443 || 371 343 380 || + 81 865 937

(9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 5 211 487 204 || 5 177 706 910 || - 33 780 294

(10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || -42 810 700 || -45 867 538 || - 3 056 839

(11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 5 254 297 904 || 5 223 574 449 || - 30 723 455

L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 huwa ta’ EUR 30,7 miljun anqas meta mqabbel mat-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 mniżżla fl-AB 4/2010.

Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008, id-differenza fl-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 280,6 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 301,7 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

2.3.2.4   Limitu ta' EUR 10,5 biljun

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2007/436, matul il-perjodu 2007-2013 il-kontribut addizzjonali tar-Renju Unit li jirriżulta mit-tnaqqis tan-nefqa allokata min-nefqa relatata mat-tkabbir kif imsemmi fil-paragrafu (1)(g) ta’ DRP 2007 ma għandux jaqbeż l-EUR 10,5 biljun, imkejla bil-prezzijiet tal-2004. L-effett kumulattiv mill-2007 sal-2012 hu ta’ EUR 5 657,5 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 6 125,2 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

Korrezzjonijiet għar-Renju Unit għall-2007-2012 Differenza fl-ammont oriġinali b’referenza għal-limitu ta’ EUR 10,5 biljun (DRP 2007 vs. DRP 2000), f’EUR || Differenza fil-prezzijiet attwali || Differenza fil-prezzijiet tal-2004 kostanti

(A) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 || 0 || 0

(B) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 || -301 679 647 || - 280 649 108

(C) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 || -1 349 840 247 || - 1 275 338 491

(D) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 || -2 117 969 550 || - 1 956 957 875

(E) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 || -2 355 745 675 || - 2 144 599 880

(F) Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2012 || mhux applikabbli || mhux applikabbli

(G) Is-somma tad-dfferenzi = (A) + (B) + (C) + (D) + (E) + (F) || -6 125 235 119 || 5 657 545 355

2.3.3      Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 u l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 fil-ABE 4/2012.

2.3.3.1   Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 (kapitolu 15)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 15 ta’ dan l-ABE 4/2012 huwa l-ammont tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 (jiġifieri EUR 3 975 000 971, minflok it-EUR 3 800 441 275 mdaħħla fil-Baġit tal-2012).

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet tad-DNG riveduti tal-2012 tal-ABE 4/2012 preżenti. L-ibbaġitjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 — Kapitolu 15

BE || 198 203 463 || LU || 16 036 164

BG || 19 835 268 || HU || 45 353 733

CZ || 72 448 521 || MT || 3 072 181

DK || 130 929 180 || NL || 54 982 877

DE || 241 497 563 || AT || 27 880 676

EE || 8 192 174 || PL || 181 295 704

IE || 64 772 790 || PT || 83 029 154

EL || 103 136 734 || RO || 71 193 078

ES || 535 142 160 || SI || 17 963 510

FR || 1 073 325 585 || SK || 36 210 428

IT || 814 588 491 || FI || 103 369 355

CY || 8 896 851 || SE || 36 684 944

LV || 10 833 332 || UK || 0

LT || 16 127 055 || L-ispiża || 3 975 000 971

2.3.3.2   Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 (kapitolu 36)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 36 ta' dan il-ABE 4/2012 huwa d-differenza bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 (jiġifieri EUR 3 630 542 087) u l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 (jiġifieri EUR 3 841 571 660 mdaħħla fil-BE 4/2011) li jammonta għal EUR 211 029 573.

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tad-DNG tal-2011 kif magħrufa fl-aħħar tal-2011. L-ibbaġitjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 36 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 — Kapitolu 36

BE || -7 206 164 || LU || -1 321 483

BG || -874 899 || HU || -4 025 268

CZ || -1 231 077 || MT || -289 108

DK || -5 756 244 || NL || -3 588 342

DE || -12 395 478 || AT || -764 191

EE || -159 399 || PL || -15 230 602

IE || -4 114 974 || PT || -4 186 172

EL || -10 261 013 || RO || 1 370 640

ES || -31 026 737 || SI || -1 504 459

FR || -53 804 546 || SK || -2 287 722

IT || -44 693 441 || FI || -4 814 952

CY || -988 357 || SE || -1 637 487

LV || 230 629 || UK || 211 029 573

LT || -468 727 || L-ispiża || 0

2.3.3.3   Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (kapitolu 35)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitolu 35 ta' dan il-ABE 4/2012 huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri EUR 5 223 574 449) u t-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri EUR 5 254 297 904 mdaħħla fil-BE 4/2010) li jammontaw għal EUR 30 723 455.

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tad-DNG tal-2009 kif magħrufa fl-aħħar tal-2011. L-ibbaġitjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 — Kapitolu 35

BE || -2 436 633 || LU || -714 690

BG || 1 220 806 || HU || -1 193 752

CZ || 1 690 027 || MT || -66 212

DK || -3 876 276 || NL || -305 503

DE || -4 774 265 || AT || -238 031

EE || 47 930 || PL || -2 645 902

IE || 492 015 || PT || 2 383 572

EL || -4 953 249 || RO || 1 233 079

ES || -5 638 762 || SI || 39 130

FR || -19 594 776 || SK || -868 292

IT || 8 439 585 || FI || 2 996 972

CY || -497 841 || SE || -1 526 708

LV || -254 104 || UK || 30 723 455

LT || 318 425 || L-ispiża || 0

2.4         Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012

It-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-2012 kien stabbilit fil-Baġit tal-2012. L-ammonti ġew aġġustati għall-prezzijiet kurrenti billi ġie applikat id-deflatur tal-PDG għall-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni fit-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa tal-2011, jiġifieri dawk li kienu disponibbli meta tħejja l-abbozz tal-baġit tal-2012. L-ammonti grossi huma EUR 678,8 miljun għall-Pajjiżi l-Baxxi u EUR 168,3 miljun għall-Isvezja u dawn la jinbidlu u lanqas m’ huma se jinbidlu[6].

It-tnaqqis għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha skont is-sehem fid-DNG. L-iffinanzjar huwa għalhekk immodifikat skont l-aġġornament tal-bażijiet tad-DNG għall-2012 kif maqbul waqt l-154 laqgħa dwar il-previżjonijiet tal-KKRP fit-21 ta’ Mejju 2012.

It-tabella li jmiss tipprovdi ħarsa ġenerali tal-iffinanzjament tat-tnaqqis gross għall-2012:

Tnaqqis fil-ħlasijiet tad-DNG għall-2012 għall-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja

BE ||  25 260 463  || LU ||  2 043 763 

BG ||  2 527 948  || HU ||  5 780 203 

CZ ||  9 233 356  || MT ||  391 541 

DK ||  16 686 549  || NL || - 638 798 259 

DE ||  175 802 420  || AT ||  20 296 231 

EE ||  1 044 069  || PL ||  23 105 618 

IE ||  8 255 106  || PT ||  10 581 828 

EL ||  13 144 481  || RO ||  9 073 354 

ES ||  68 202 334  || SI ||  2 289 398 

FR ||  136 792 269  || SK ||  4 614 915 

IT ||  103 816 968  || FI ||  13 174 128 

CY ||  1 133 878  || SE || - 141 598 022 

LV ||  1 380 677  || UK ||  123 709 437 

LT ||  2 055 347  || L-ispiża || 0

3.           Strument tal-kondiviżjoni tar-riskju

3.1         Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 423/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom.

L-għan tad-dispożizzjonijiet il-ġodda hu li jiġu indirizzati problemi ta’ likwidità li jaffettwaw il-parti ta’ proġett tal-politika ta’ koeżjoni li hija ffinanzjata privatament. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda joħolqu l-possibbiltà li jiġi sttabbilit, permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew entitajiet simili, strumenti ta’ qsim tar-riskji bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-investiment u t-tkabbir ekonomiku billi jiġu riallokati approprjazzjonijiet finanzjarji sa 10% tal-allokazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 lill-istrumenti ta’ qsim tar-riskji.

Sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet, qed isir il-proposta li jinħolqu tliet intestaturi tal-baġit ta’ nfiq u intestatura tal-baġit waħda għad-dħul. Il-ħolqien ta’ dawn l-intestaturi tal-baġit diġà ġie propost fl-Abbozz ta’ Baġit 2013.

3.2         Intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda

Sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet previsti, qed issir il-proposta li jinħolqu tliet intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda fil-Baġit 2012 fil-Kapitolu 13 – Politika Reġjonali:

– 13 03 40: Strumenti għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-pakkett ta' konverġenza tal-FEŻR

– 13 03 41: Strumenti għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-pakkett tal-kompetittività reġjonali u l-impjiegi tal-FEŻR

– 13 04 03: Strumenti għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-envelop tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Peress li l-azzjonijiet il-ġodda huma ffinanzjati mingħajr l-ebda żieda ġenerali fl-approprjazzjonijiet, f’dan l-istadju qed tiġi proposta annotazzjoni pro memoria (p.m.) dwar dawn l-intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-att legali rispettiv fit-23 ta' Mejju 2012[7], il-Kummissjoni se teżamina l-applikazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati. B’mod parallel, il-programmi operattivi milquta se jkollhom jiġu mmodifikati.

Fi tmiem dan l-eżerċizzju, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasformati lejn l-istrumenti ta' kondiviżjoni tar-riskji se jiġu diżimpenjati mill-programmi. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw li jsiru disponibbli fl-intestaturi tal-baġit risettivi tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni imbagħad jiġu trasfetiti lejn l-intestaturi tal-baġit maħluq ġodda. Dan jippermetti lill-Kummissjoni li  tidħol f’impenji legali mal-BEI jew ma’ korpi simili (il-firma tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni).

3.3         Intestatura tal-Baġit ta’ Dħul ġdida

Sabiex ikun jistgħu jiġu rreġistrati riflussi potenzjali u ammonti li jifdal mill-appoġġ tal-Unjoni lill-Istrumenti ta’ Qsim tar-Riskju, qed issir il-proposta wkoll li tinħoloq partita ta’ dħul fil-Baġit 2012 taħt l-Artikolu 6 1 4 – Rifużjoni ta' appoġġ tal-Unjoni lil proġetti u attivitajiet li jkollhom suċċess lil Strumenti ta’ Qsim tar-Riskju ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni:

– 6 1 4 4 – Rifużjoni ta’ appoġġ tal-Unjoni lil Strumenti ta’ Qsim tar-Riskju ffinanzjati mill-Programm Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni - Dħul assenjat.

Peress li r-riflussi potenzjali jew l-ammonti li jifdal ma jistgħux jiġu kkwantifikati f'dan l-istadju, qed jiġi propost li tiddaħħal annotazzjoni pro memoria (p.m.) dwar din l-intestatura tal-baġit ta' dħul ġdida.

4.           Modifika tal-Intestatura tal-Baġit

L-azzjoni preparatorja EuroGlobe inħolqot fl-2009. Skont l-artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn relevanti għall-azzjoni preparatorja tista’ tiddaħħal fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji wara xulxin. Madankollu, il-finalizzazzjoni ta’ pagamenti tista’ tkompli wara dan.

Kuntratt, li jkun ikopri l-organizzazzjoni ta’ kampanja ta’ komunikazzjoni u dibattiti pubbliċi dwar linji ta’ politika u attivitajiet tal-UE li jkunu ta’ relevanza diretta liċ-ċittadini bl-użu ta’ attivitajiet taċ-ċinema, ġie ffirmat fit-28 ta’ Diċembru 2009. Il-kuntratt ippreveda azzjonijiet li għandhom jitwettqu matul il-presidenza tal-Ungerija u dik tal-Polonja fl-2011, li jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

L-iffinanzjar minn qabel u żewġ pagamenti temporanji saru fl-2010 u fl-2011. F’Novembru 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li t-talba finali ta' pagament, flimkien mar-rapport finali, ikun ippreżentat biss fl-2012. It-talba għal pagament finali ġiet riċevuta fit-12 ta’ Marzu 2012.

Sabiex jiġi kopert dan il-pagament finali, il-Kummissjoni se tagħmel trasferiment intern. Madankollu, skont l-artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, trasferiment jista' jsir biss lil intestatura tal-baġit li għaliha jkun hemm approprjazzjonijiet awtorizzati, jew li jkollhom annotazzjoni pro memoria (p.m.). Fil-baġit 2012, l-intestatura kkonċernata, 16 03 05 01 – Azzjoni preparatorja – EuroGlobe, tipprevedi biss “sing” fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Għaldaqstant, qed issir il-proposta li minflokha tidħol annotazzjoni pro memoria (p.m.) biex ikun jista’ jsir it-trasferiment meħtieġ.

[1]               ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

[2]               OJ L 56, 29.2.2012, p. 1.

[3]               Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/436, jekk il-bażi tal-VAT ta' Stat Membru taqbeż il-50 % tad-DNG tiegħu hija tiġi limitata għal dawn il-50 %. Għall-ABE 4/2012, erba’ Stati Membri se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50 % tad-DNG: Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, u s-Slovenja.

[4]               L-ammonti li huma bl-isfond griż jirriżultaw mill-bażijiet VAT limitati, kif spjegat fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna ħawn fuq.

[5]               Deċiżjoni tal-Kunsill nru 2007/436 tad-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2007:163:0017:0021:EN:PDF u d-Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2007 "Kalkolu, finanzjament, ħlas u reġistrazzjoni fil-baġit tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [2007/436] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE” msejħa Metodu ta' Kalkolu 2007 u disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/financing/calc_own_res_2007_en.pdf.

[6]               Skont l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom l-ammonti huma aġġustati għall-prezzijiet kurrenti billi jiġi applikat id-deflatur l-aktar riċenti tal-PDG għall-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta l-abbozz preliminari tal-baġit ikun mħejji.

[7]               ĠU L 133, 23.5.2012, p.1.

Top