EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC1118(02)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-perjodu tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas komunitarju għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 337, 18.11.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/2


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-perjodu tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas komunitarju għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 337/02

I.   Introduzzjoni

Il-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi (“il-Qafas”) ġie adottat fl-2005 u kellu japplika għal perjodu ta' sitt snin mid-29 ta' Novembru 2005. Għalhekk, il-qafas mistenni li jagħlaqlu żmienu fid-29 ta' Novembru 2011.

Bħalissa l-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tipprepara reviżjoni komprensiva tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-kumpens ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Abbozzi ta’ testi dwar il-pakkett il-ġdid inkluż abbozz għar-reviżjoni tal-Qafas, ġew pubblikati f’Settembru 2011.

Sabiex jitħalla ħin biżżejjed għall-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda, u sabiex tiġi evitata inċertezza legali għall-perjodu tranżitorju bejn l-iskadenza tal-Qafas u d-dħul fis-seħħ tal-ippakkjar il-ġdid il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-perjodu għall-applikazzjoni tal-Qafas sad-dħul fis-seħħ tal-qafas il-ġdid.

II.   Emenda għall-Qafas 2005

L-emenda li ġejja għall-Komunikazzjoni mill-Kumissjoni – il-Qafas komunitarju għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi tapplika mid-29 ta’ Novembru 2011:

Il-Paragrafu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan il-qafas japplika sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ qafas ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi kif imħabbar fil-Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2011.”


Top