EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0741

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA' KOEŻJONI (2010)

/* KUMM/2011/0741 finali */

52011DC0741

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA' KOEŻJONI (2010) /* KUMM/2011/0741 finali */


WERREJ

1. L-eżekuzzjoni finanzjarja tal-perjodu 2000-2006 fl-2010 u l-għeluq tal-proġetti 2

2. L-ambjent ekonomiku u l-kundizzjonalità 6

3. Il-verifiki u l-korrezzjonijiet finanzjarji 7

4. L-irregolaritajiet notifikati mill-Istati Membri 10

5. Evalwazzjoni 11

6. Tagħrif u pubbliċità 12

Dan ir-rapport huwa ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1164/1994 u jkopri l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fl-2010, li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 kif ukoll il-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-Istati Membri konċernati, inklużi l-Bulgarija u r-Rumanija. It-tagħrif provdut huwa limitat għall-perjodu 2000-2006 billi r-Regolament (KE) Nru 1084/2006 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/1994 ma jirrikjedix il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013.

Bħala konsegwenza ta’ dan, dan ir-rapport ikopri l-operazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-15-il Stat Membru benefiċjarju – 13-il Stat Membru kif kien il-każ fl-aħħar tal-2006, jiġifieri l-Greċja, Spanja, il-Portugall, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, kif ukoll proġetti li qabel kienu taħt l-ISPA li kienu ġew addottati fil-perjodu 2000-2006 fil-Bulgarija u r-Rumanija li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007. Għandu jitfakkar li b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku, l-Irlanda ma baqgħetx eliġibbli sa mill-1 ta' Jannar 2004. Minkejja dan, għadhom iridu jingħalqu xi proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni.

Dettalji dwar l-implimentazzjoni fl-2010 tal-proġetti li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 għal kull Stat Membru huma ppreżentati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-r-rapport.

1. L-EżEKUZZJONI FINANZJARJA TAL-PERJODU 2000-2006 FL-2010 U L-GħELUQ TAL-PROġETTI

L-Istati Membri eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jinqasmu fi tliet gruppi: grupp ta’ erba’ Stati Membri eliġibbli mill-bidu tal-perjodu tal-progamm 2000-2006 (il-Greċja, Spanja, l-Irlanda u l-Portugall), it-tieni grupp ta’ 10 Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea f’Mejju 2004 (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja), u l-grupp taż-żewġ Stati Membri (ir-Rumanija u l-Bulgarija) li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea f’Jannar 2007.

1.1 L-ESTENSJONI TAD-DATA FINALI TAL-ELIġIBBILTÀ TAN-NEFQA

Il-"Linji Gwida dwar l-Għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA 2000-2006"[1] jirreferu għall-perjodu tal-eliġibbiltà tan-nefqa li hija stabbilita f’kull deċiżjoni individwali li tagħti l-għajnuna finanzjarja. Bi qbil mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u l-gwida li ntbagħtet fid-9 ta’ Marzu 2005 mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali lill-Istati Membri, għall-proġetti kollha tal-Fond ta' Koeżjoni, il-Kummissjoni kienet stabbilixxiet li d-data finali tal-eliġibbiltà, bħala regola ġenerali, ma għandhiex taqbeż il-31 ta’ Diċembru 2010.

F’April 2010, il-Kummissjoni addottat bħala waħda mill-miżuri b’appoġġ għall-Pjan ta’ Rkupru Ekonomiku Ewropew, l-"Linji Gwida (riveduti) għall-emenda ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni 2000-2006"[2]. Din l-emenda ddikjarat li l-Kummissjoni tista’ f’ċirkostanzi ġustifikati tiddeċiedi li testendi d-data finali tal-eliġibbiltà. Il-Kummissjoni tat kas tal-proġetti li kienu l-ewwel approvati mill-2004 ’l quddiem setgħu kienu affettati b’mod partikolari minn kwistjonijiet li jolqtu l-għoti tal-ko-finanzjament pubbliku nazzjonali jew privat meħtieġ, jew mill-kapaċità tal-benefiċjarji li jirrispettaw l-iskeda oriġinali tax-xogħlijiet. Il-Kummissjoni rriflettiet li proġetti bħal dawn kienu f’nofs jew saħansitra anki fil-bidu tal-implimentazzjoni tagħhom meta faqqgħet il-kriżi.

Għall-proġetti li l-ewwel kienu approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni wara l-1 ta’ Jannar 2004, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ talba ġustifikata sew, li testendi d-data finali tal-eliġibbiltà sal-31 ta’ Diċembru 2011. Barra minn hekk, jekk dan ikun jikkonċerna proġett b’kontribuzzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni ta’ mill-inqas EUR 100 miljun, id-data finali tal-eliġibbiltà tista’ tkun estiża sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Eċċezzjoni għall-estensjoni tad-data finali tal-eliġibbiltà lil hinn mid-dati ta’ hawn fuq tkun possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati sew (jiġifieri proċeduri amministrattivi jew legali li jkollhom effetti sospensorji, każijiet ta’ force majeure li jkollhom riperkussjonijiet serji għall-implimentazzjoni tal-proġett appoġġat mill-Fond ta' Koeżjoni, jew żbalji ċari attribwiti għall-Kummissjoni).

L-emenda tal-linji gwida dwar l-għeluq kienet intlaqgħet tajjeb mill-Istati Membri rispettivi u l-Kummissjoni temmen li din kienet se tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aktar effiċjenti u effettiva tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni tal-2000-2006. Bħala konsegwenza, numru ta’ Stati Membri talbu estensjonijiet tad-data finali tal-eliġibbiltà għal diversi għexieren ta’ proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fl-2010 li se jkun ifisser li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti se tkompli sal-aħħar tal-2011 jew l-2012.

1.2 IL-ħLASIJIET LI SARU FL-2010 GħAL PROġETTI ADOTTATI FIL-PERJODU 2000-2006

B’mod ġenerali, kien hemm inqas ħlasijiet finali għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni (u dawk li kienu tal-ISPA) għall-perjodu 2000-2006 milli kien mistenni inizjalment. Talbiet għall-ħlasijiet tal-għeluq jeħtieġu analiżi sħiħa tad-dokumenti tal-għeluq u, skont il-kompletezza u l-kwalità tagħhom, jista’ jwassal li l-ħlasijiet finali jsiru fi stadju aktar tard milli kien previst inizjalment. Il-baġit inizjali tal-2010 għall-ħlasijiet għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni 2000-2006 ammonta għal EUR 2 500 miljun. It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet wasslu għal baġit finali ta’ EUR 2 321 miljun. Biex titnaqqas id-differenza bejn ir-riżorsi disponibbli u d-domanda għall-ħlasijiet, saru trasferimenti lejn il-linja tal-baġit relatata mal-programmi tal-Fond ta' Koeżjoni tal-2007-2013. Għall-perjodu 2000-2006, l-approprjazzjonijiet disponibbli ta’ EUR 2 321 miljun kienu implimentati kollha sal-aħħar tal-2010. Din hija eżekuzzjoni aktar baxxa mis-sena 2009 (EUR 2 777 miljun) li turi li ċ-ċiklu ta’ implimentazzjoni ta’ proġett tal-Fond ta' Koeżjoni qed jasal fl-istadju finali.

Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-linji tal-baġit ta’ dik li kienet l-ISPA, il-baġit previst inizjalment għall-2010 ammonta għal EUR 560 miljun. F’Settembru (waqt il-pproċedura tat-Trasferiment Globali), l-approprjazzjonijiet tnaqqsu b’ammont ta’ EUR 184 miljun. Wara aktar trasferimenti f’Diċembru 2010, l-approprjazzjonijiet finali ammontaw għal madwar EUR 368 miljun. L-approprjazzjonijiet disponibbli kienu implimentati fl-intier tagħhom.

It-Tabella 1 tippreżenta l-eżekuzzjoni globali tal-ħlasijiet fl-2010 (inkluża l-għajnuna teknika) għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni u dawk li kienu tal-ISPA.

Tabella 1: L-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni u ħlasijiet li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-2010 (f'EUR)

L-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet | Inizjalment | Movimenti | Riżorsi finali | Eżitu |

Il-Fond ta' Koeżjoni | 2 500 000 000 | -179 383 717 | 2 320 616 283 | 2 320 616 283 |

Qabel kienu ISPA | 560 000 000 | -191 878 478 | 368 121 522 | 368 121 522 |

TOTAL | 3 060 000 000 | -371 262 195 | 2 688 737 805 | 2 688 737 805 |

It-Tabella 2 turi l-livell ta' ħlasijiet fl-2010 għal kull Stat Membru u għal kull settur. Il-pajjiżi benefiċjarji ewlenin huma Spanja mill-grupp UE-4, il-Polonja mill-grupp UE-10 u r-Rumanija mill-grupp UE-2. Fl-2010, il-ħlasijiet kienu ogħla meta mqabbla mal-ħlasijiet li saru fl-2009 għall-pajjiżi li ġejjin: il-Polonja (+ EUR 108 miljun jew 13 % żieda tal-ħlasijiet li saru fl-2009), is-Slovakkja (+ EUR 14-il miljun jew 29 % żieda tal-ħlasijiet tal-2009).

Tabella 2: Il-ħlasijiet magħmula fl-2010 għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA għal kull Stat Membru u għal kull settur

Spanja | 12 884 382 648 | 11 128 639 199 | 86,4 % | 1 755 743 450 | 13,6 % |

L-Irlanda | 625 755 407 | 580 710 223 | 92,8 % | 45 045 184 | 7,2 % |

Il-Portugall | 3 482 652 576 | 2 979 319 277 | 85,5 % | 503 333 299 | 14,5 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 1 226 218 717 | 1 061 982 697 | 86,6 % | 164 236 020 | 13,4 % |

L-Estonja | 425 431 731 | 368 686 651 | 86,7 % | 56 745 080 | 13,3 % |

L-Ungerija | 1 481 998 333 | 1 075 837 677 | 72,6 % | 406 160 656 | 27,4 % |

Il-Latvja | 713 737 155 | 578 052 034 | 81,0 % | 135 685 121 | 19,0 % |

Il-Litwanja | 825 210 750,63 | 691 544 300 | 83,8 % | 133 666 450 | 16,2 % |

Malta | 21 966 289 | 17 573 031 | 80,0 % | 4 393 258 | 20,0 % |

Il-Polonja | 5 634 539 614 | 4 652 759 522 | 82,6 % | 981 780 092 | 17,4 % |

Is-Slovakkja | 765 689 903 | 646 665 528 | 84,5 % | 119 024 375 | 15,5 % |

Is-Slovenja | 254 129 012 | 214 745 183 | 84,5 % | 39 383 829 | 15,5 % |

Ir-Rumanija | 2 035 838 573 | 1 550 268 645 | 76,1 % | 485 569 928 | 23,9 % |

L-Estonja | 37 | 21 | 1 | 129 290 305 | 16 |

Il-Greċja | 124 | 58 | 8 | 1 298 010 305 | 66 |

Spanja | 407 | 164 | 57 | 4 272 630 917 | 243 |

L-Irlanda | 10 | 4 | 0 | 357 368 796 | 6 |

Ċipru | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 |

Il-Latvja | 46 | 19 | 9 | 143 251 895 | 27 |

Il-Litwanja | 51 | 16 | 1 | 171 791 687 | 35 |

L-Ungerija | 47 | 12 | 1 | 34 389 692 | 35 |

Malta | 3 | 0 | 0 | 0 | 3 |

Il-Polonja | 130 | 6 | 0 | 68 915 348 | 124 |

Il-Portugall | 109 | 36 | 6 | 825 206 357 | 73 |

Is-Slovenja | 28 | 13 | 3 | 81 180 871 | 15 |

Is-Slovakkja | 39 | 11 | 3 | 145 781 900 | 28 |

Ir-Rumanija | 63 | 6 | 4 | 15 776 582 | 57 |

Ċipru | LE | LE |

Ir-Repubblika Ċeka | LE | 6 814 711 | 6 814 711 | LE |

L-Estonja | LE | LE |

Il-Greċja | LE | 31 141 | -157 142 | -126 001 | LE |

Spanja | LE | 115 666 | 21 006 031 | 21 121 697 | LE |

L-Ungerija | LE | IVA – is-settur tat-trasport |

L-Irlanda | LE | 627 640 | 627 640 | LE |

Il-Latvja | LE | 506 270 | 506 270 | LE |

Il-Litwanja | LE | 30 177 | 30 177 | LE |

Malta | LE | LE |

Il-Polonja | LE | 111 246 392 | 111 246 392 | LE |

Il-Portugall | LE | 12 925 561 | 12 925 561 | LE |

Ir-Rumanija | LE | 1 728 070 | 1 728 070 | LE |

Is-Slovenja | LE | LE |

Is-Slovakkja | LE | 1 668 163 | 1 668 163 | LE |

Ċipru | 0 |

Ir-Repubblika Ċeka | 10 | 5 900 612 | 17,07 % | 467 210 | 5,14 % |

L-Estonja | 0 |

Il-Greċja | 16 | 8 011 028 | 23,18 % | 18 046 | 0,2 % |

Spanja | 8 | 6 661 294 | 19,27 % | 5 779 950 | 63,59 % |

L-Ungerija | 3 | 1 748 494 | 5,06 % | 1 748 494 | 19,24% |

L-Irlanda | 3 | 1 627 701 | 4.71 % | 0 |

Il-Latvja | 2 | 120 155 | 0,35 % | 0 |

Il-Litwanja | 7 | 5 055 374 | 14,63 % | 626 036 | 6,89 % |

Malta | 0 |

Il-Polonja | 15 | 939 617 | 2,72 % | 0 |

Il-Portugall | 11 | 4 372 226 | 12,65 % | 321 775 | 3,54 % |

Ir-Rumanija | 0 |

Is-Slovenja | 0 |

Is-Slovakkja | 1 | 127 985 | 0,37 % | 127 985 | 1,41 % |

TOTAL |76 |34 564 486 |100 |9 089 496 |100 | |

5. EVALWAZZJONI

Il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tagħmel evalwazzjoni ex-post. L-aktar evalwazzjoni ex-post riċenti tal-Fond ta' Koeżjoni tnediet fl-2009 u eżaminat il-proġetti kollha tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li kienu jaqgħu taħt l-ISPA implimentati matul is-snin 2000-2006, u r-rapport finali huwa mistenni f’Jannar 2012. L-evalwazzjoni tanalizza l-kontribuzzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-ISPA (i) lejn l-iżvilupp tas-sistema tat-trasport tal-UE, (ii) biex jinkiseb l- acquis tal-UE fil-qasam tal-ambjent u (iii) lejn l-impatt tal-ISPA bħala tħejjija għall-programmi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Bħala parti mill-evalwazzjoni ex-post globali tal-Fond ta' Koeżjoni, saru analiżijiet ex-post tal-benefiċċji/kostijiet għal kampjun ta’ proġetti tat-trasport u l-ambjent, biex ikunu identifikati lezzjonijiet għal perjodi tal-ipprogrammar fil-futur.

L-ewwel riżultati mill-evalwazzjoni ex-post għall-infrastruttura tat-trasport juru li l-Fond ta' Koeżjoni kkofinanzja 1 281 km ta’ toroq ġodda u 3 176 km ta’ toroq li nbnew mill-ġdid (b’total ta’ 4 457 km ta’ toroq). Fir-rigward tas-settur tal-ferroviji, kienu kofinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni 2 010 km ta’ linji ġodda tal-ferroviji u 3 840 km ta' linji tal-ferroviji mibnija mill-ġdid (b’kollox, 5 350 km ta’ linji tal-ferroviji).

6. TAGħRIF U PUBBLIċITÀ

Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-kwistjonijiet kollha rigward il-Fond ta' Koeżjoni ġew ittrattati fil-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF, stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

Diversi kwistjonijiet għall-Fond ta' Koeżjoni ġew ippreżentati u/jew diskussi waqt il-laqgħat tal-COCOF. Dawn jinkludu:

- Id-DĠ Politika Reġjonali informa dwar proposta għal data finali aktar flessibbli tal-eliġibbiltà (it-33 u l-34 laqgħa tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi, Brussell, fit-28 ta’ Jannar 2010 u fl-10 ta’ Marzu 2010);

- Id-DĠ Politika Reġjonali informa lill-Istati Membri dwar l-adozzjoni tal-Emenda tal-Linji Gwida dwar l-għeluq tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni u dawk li kienu taħt l-ISPA 2000-2006 (f’April 2010);

- Id-DĠ Politika Reġjonali organizza dibattitu dwar in-nota ta’ Gwida Riveduta fuq l-emenda tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1164/1994 kif emendat (it-38 laqgħa tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi, Brussell, it-22 ta’ Settembru 2010);

- Id-DĠ Politika Reġjonali ppreżenta l-verżjoni finali tan-nota tal-COCOF 08/0007/03 " Revised guidance note on the amendment of decisions taken by the Commission for Cohesion Fund projects on the basis of Regulation (EC) No 1164/1994 as amended " tal-24 ta’ Settembru 2010 li saret disponibbli fit-tliet lingwi ta’ ħidma (id-39 laqgħa tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi, Brussell u Mons, fl-20 u l-21 ta’ Ottubru 2010).

Fl-2010, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali kompla jirrapporta b’dettall kbir dwar il-Fond ta' Koeżjoni fir-Rapport tal-Attività Annwali tiegħu[4] u ppubblika dettalji dwar proġetti kbar, fosthom dawn finanzjarti mill-Fond ta' Koeżjoni, għaż-żewġ perjodi, 2000-2006 u 2007-2013. Id-dettalji ta’ bosta minn dawn il-proġetti huma disponibbli fil-bażi ta' dejta ta’ tfittxija fil-websajt INFOREGIO. Il-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni kienu wkoll inklużi f’pubblikazzjoni speċifika li wriet 150 eżempju ta’ proġetti kofinanzjati mill-politika reġjonali Ewropea.

[1] "Linji Gwida dwar l-Għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA 2000-2006", SEC(2008) 415 tal-4 ta’ April 2008

[2] "Linji Gwida (riveduti) għall-emenda ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni 2000-2006", SEC(2010) 0405 tad-19 ta’ April 2010

[3] Ir-Regolament (KE) Nru 2185/1996, ĠU L 292, 15 ta’ Ottubru 1996, p. 2

[4] Ippubblikat fuq http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/index_en.htm

Top