EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0219

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2011 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA&
xD;&
xA;Taqsima III – Il-Kummissjoni

/* COM/2011/0219 final */

52011DC0219

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2011 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* COM/2011/0219 final */


MT

|| IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussel 15.4.2011

KUMM(2011) 219 finali

 ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2011

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2011

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottat fil-15 ta' Diċembru 2010[2],

– il-baġit emendatorju Nru 1/2011 adottat fis-6 ta' April 2011,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2011[3], adottat fil-25 ta' Marzu 2011.

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 3 għall-baġit tal-2011.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm). Verżjoni Ingliża tal-bidliet fid-dikjrazzjoni hija mehmuża mal-informazzjoni bħala anness baġitarju.

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

L-Abbozz preżenti tal-Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3/2011 huwa maħsub sabiex iqassam il-bilanċ favorevoli li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2010. Kif inhu pprovdut fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4], skont l-Artikolu 15 § 3, huwa l-uniku objettiv ta’ dan l-Abbozz (l-ABE) u għandu jitressaq fi żmien 15-il jum wara s-sottomissjoni tal-kontijiet proviżorji, li seħħet fil-31 ta’ Marzu 2011.

1. L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2010 turi bilanċ favorevoli ta' EUR 4 539 394 283 (li ma jinkludix il-kontribuzzjonijiet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)), li għalhekk iddaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2011.

Ir-reġistrar tal-bilanċ favorevoli jista' jiġi analizzat kif ġej:

2010 || EFTA-ŻEE || Unjoni Ewropea || Total

Dħul għas-sena finanzjarja || 229 689 661,00 || (*) 127 565 636 967,52 || 127 795 326 628,52

Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti || - 216 638 639,87 || (**) – 120 996 050 692,69 || – 121 212 689 332,56

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mgħoddija għas-sena N+1 || - 4 518 811,01 || - 1 508 002 468,17 || - 1 512 521 279,18

Kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet mhux użati miġjuba mis-sena N-1 || 776 730,02 || 740 068 183,78 || 740 844 913,80

Differenza bejn dħul assenjat trasferit mis-snin N-1 għal N u minn N għal N+1 || || - 1 284 589 650,14 || - 1 284 589 650,14

Differenzi tal-kambju għas-sena || || 22 331 942,47 || 22 331 942,47

Outturn baġit 2010 || 9 308 940,14 || 4 539 394 282,77 || 4 548 703 222,91

(*) Tinkludi dħul assenjat ta' EUR 3 025 463 386,67

(**) Tinkludi pagamenti kontra approprjazzjonijiet ta' dħul assenjati ta' EUR 1 740 873 736,53

2. L-ibbaġġitjar tal-bilanċ favorevoli se jnaqqas għaldaqstant il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-Baġit tal-UE. Dan it-tnaqqis globali skont l-Istat Membru se jkun ukoll influwenzat mill-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji (Riżorsi Proprji Tradizzjonali (TOR), Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u d-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) inkluż l-ammont aġġornat tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. F'Ġunju, il-Kummissjoni se tippreżenta, f'Abbozz tal-Baġit Emendatorju separat, previżjonijiet aġġornati, li mistennija jkomplu jbiddlu l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet skont il-pajjiż.

3.

[1]               ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

[2]               ĠU L 68, 15.3.2011, p. 1.

[3]               COM(2011) 154 finali

[4]               ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

Top