EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XG0917(04)

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill

ĠU C 250, 17.9.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/11


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill

2010/C 250/08

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1525/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 (2) , u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kien adottat definittivament fis-17 ta' Diċembru 2009 (3),

fit-13 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kienet adottata fit-13 ta' Settembru 2010.

It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq il-websajt tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 64, 12.3.2010.


Top