EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1022(03)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 286, 22.10.2010, p. 5–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/5


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 286/05

Għajnuna Nru: XA 127/10

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Kipros

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Σχέδιο εθελοντικού προγράμματος ελέγχου της Προϊούσας Πνευμονίας του Προβάτου και της Αρθρίτιδας/Εγκεφαλίτιδας των Αιγών.

Bażi legali:

1.

Νόμος που προνοεί για την Υγεία των Ζώων [Ν. 109(Ι)2001].

2.

Απόφαση του Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων για το Μέτρο: Ε.Ε.Κ.Ε. 25.06.002.320 (790.2.1.23.1.1.12).

3.

Καθορισμός Γνωστοποιητέων Νόσων σύμφωνα με το άρθρο 8 του περί Υγείας των Ζώων Νόμου (Νόμος Αρ. 109 του 2001) που δημοσιεύθηκε στην Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με Ανακοίνωση του Διευθυντή των Κτηνιατρικών Υπηρεσιών (Επίσημη Εφημερίδα της 23ης Απριλίου 2010 με Αρ. 1332, σελ. 1655) όπου περιλαμβάνονται οι ως άνω ασθένειες. Σύμφωνα με το άρθρο 4 (1) του Ν. 109(Ι)/2001, η Αρμόδια Αρχή έχει εξουσία και αρμοδιότητα να εκπονεί και εφαρμόζει ειδικά προγράμματα και να καταρτίζει ειδικά σχέδια αντιμετώπισης ζωικών ασθενειών. Οι ενισχύσεις εντάσσονται στο πλαίσιο προγράμματος που έχει εκδοθεί δυνάμει του άρθρου αυτού.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata għall-2010 tammonta għal EUR 50 000. Huwa stmat li għall-2011 se jkun meħtieġ l-istess ammont.

Intensità massima tal-għajnuna: 100

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jiġi implimentat biss wara li jkun ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: Li jiġi evitat u jinqered il-vajrus tal-Maedi/Visna fost il-mogħoż u l-artrite/enċefallite fost in-ngħaġ, billi jiġu identifikati uffiċjalment l-azjendi li mhumiex ikkontaminati bil-mard. L-iskema tikkonċerna t-teħid b'xejn ta' testijiet li jaqgħu taħt l-għajnuna awtorizzata skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din l-iskema huma r-raħħala li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru.

L-għajnuna li tingħata taħt il-programm ta' kotroll volontarju tal-vajrus Maedi/Visna fost il-mogħoż u l-artrite/enċefallite fost in-ngħaġ hi mmirata għal dawk ir-raħħala li volontarjament iressqu talba biex jiddaħħlu fl-iskema, billi jiġi stabbilit uffiċjalment li l-azjendi tagħhom mhumiex ikkontaminati bil-vajrus Maedi/Visna fost il-mogħoż u l-artrite/enċefallite fost in-ngħaġ.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Κτηνιατρικές Υπηρεσίες (Ktiniatrikes Ipiresies)

Υπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος (Ipouryio Yeoryias, Fisikon Poron ke Perivallondos)

Αθαλάσσας (Athalassas)

1417 Λευκωσία/Nicosia

ΚYΠΡΟΣ/CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/All/CBAF102A4E13772442257754003E328F/$file/εεκε%20κειμενο%20μετρου%202010%20προϊούσα%20πνευμονία%2026072010%201.pdf

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/37B88CBE9E4F02F9C225775800219FB3/$file/ΑΠΟΦΑΣΗ%20320.pdf

Informazzjoni oħra:

1.

Il-mard hu elenkat fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

2.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt l-iskema huma r-raħħala li jrabbu n-ngħaġ u l-mogħoż fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru li volontarjament jissieħbu fl-iskema billi jressqu dikjarazzjoni vinkolanti u magħmula kif xieraq, kif stipulat fl-iskema.

3.

L-iskema tapplika għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif imfisser fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Intrapriżi kbar huma esklużi mill-ambitu tal-iskema. L-għajnuna mill-Istat kontra l-mard tal-annimali tista' tingħata lil impriżi kbar jekk tkun innotifikata bil-quddiem għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont il-Kapitlu V.B.4 tal-Linji Gwida Komunitarji tal-2007 sal-2013 għall-għajnuna mill-Istat fis-Settur tal-Agrikoltura u l-Forestrija

4.

L-iskema tapplika esklussivament għall-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli. Għalhekk, l-impriżi involuti fil-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (eż. negozjanti tal-annimali, biċċiera) ma jaqgħux fl-ambitu tal-iskema. Id-definizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli huma stipulati fl-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

5.

L-għajnuna għandha tingħata biss għall-attivitajiet jew għas-servizzi li jkunu ngħataw wara li l-iskema tkun ġiet stabbilita u ppubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Għandha titressaq applikazzjoni lill-awtorità kompetenti u l-għajnuna stess tingħata għal attivitajiet u servizzi li jkunu ngħataw biss fil-każ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin. a) l-iskema tal-għajnuna ġiet stabbilita u ppubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, b) tressqet kif dovut applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità kompetenti, c) l-applikazzjoni ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti konċernata b'tali mod li l-awtorità tkun obbligata tagħti l-għajnuna, filwaqt li tindika b'mod ċar l-ammont tal-għajnuna li għandha tingħata jew kif dan l-ammont se jiġi kkalkulat; l-awtorità kompetenti għandha taċċetta dan biss jekk il-baġit disponibbli għall-għajnuna jew għall-iskema tal-għajnuna ma jkunx eżawrit.

6.

Dan il-mard hu mdaħħal fid-dispożizzjonijiet legali u l-ħlas tal-għajnuna jsir parti minn programm pubbliku f'livell nazzjonali kif imsemmi hawn fuq skont il-paragrafu intitolat Bażi Legali, b'applikazzjoni tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

7.

L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma' xi mard li dwarhom il-leġiżlazzjoni Komunitarja tistipula imposti speċifiċi għal miżuri ta' kontroll.

8.

L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata mal-miżuri li fir-rigward tagħhom il-leġiżlazzjoni Komunitarja tistipula li l-azjenda agrikola għandha tagħmel tajjeb għall-kost tagħhom.

Għajnuna Nru: XA 128/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Savoie

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides pour indemniser les arboriculteurs du secteur d’Albertville (Savoie) ayant subi une perte de récoltes à la suite d’orages de grêle le 24 août 2009

Bażi legali: Article 1511-1 et suivants du Code général des collectivités territoriales

Arrêté du 31 mars 2009 du ministère de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche fixant la liste des risques assurables exclus du régime d’indemnisation du FNGCA

Délibération du Conseil général de la Savoie du 28 septembre 2009

Arrêté préfectoral du 2 avril 2010 portant déclaration de sinistre suite aux orages de grêle du 24 août 2009

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont globali massimu ta' EUR 90 000.

Intensità massima tal-għajnuna: It-total ta' għajnuniet se jitla’ għal massimu ta' 25 % tat-total ta' telf ikkalkulat għal kull produttur eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: Minn meta jasal l-avviż tal-wasla bin-numru ta' identifikazzjoni tal-miżura u minn meta jiġi ppubblikat is-sommarju tal-miżura fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema ta' għajnuna tintemm fil-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Minħabba li l-“Fonds national de garantie des calamités agricoles” (il-Fondi nazzjonali ta' garanzija għad-diżastri agrikoli) ma jagħti l-ebda għajnuna għal ħsara kkawżata minħabba s-silġ lil dawk li jkabbru l-frott u minħabba li, dan is-settur huwa magħmul biss minn intrapriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju, huma ftit dawk li jkabbru l-frott u li huma assigurati għas-sena 2009, il-Conseil général de la Savoie (il-Kunsill Ġenerali ta' Savoie) jixtieq, fil-limitu tal-kreditu disponibbli, jagħti appoġġ lil dawk li jkabbru l-frott fir-reġjun ta' Albertville u li l-għelejjel tagħhom kienu milquta serjament mis-silġ u li ġarrbu mill-inqas 30 % telf.

L-għajnuna maħsuba għal dawk li jkabbru l-frott se tingħata lil dawk il-vittmi tal-fenomeni klimatiċi eċċezzjonali, jiġifieri tal-maltempati qawwija tas-silġ flimkien ma' rjiħat ta' 90 km fis-siegħa, li seħħew fil-lejl tal-24 ta' Awwissu 2009, u li affettwaw b'mod sinifikanti l-produzzjoni tat-tuffieħ u l-lanġas fir-reġjun ta' Albertville.

Skont l-Artikolu 11(3) tar-regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, kull bidwi li kien jibbenifika minn kuntratt ta' assigurazzjoni qabel ma seħħ id-diżastru, se jkollu t-total massimu ta' telf ammissibbli għall-benefiċċju mill-għajnuna mnaqqas mill-ammont ta' kumpens riċevut skont l-assigurazzjoni tiegħu.

Il-mod tal-kalkolu tal-kumpens se jkunu l-istess bħal dawk adottati għall-għajnuna mill-FNGCA skont l-iskema XA 37/10 tal-kumitat ta' esperti tad-dipartiment għat-telf tal-ħsad fl-għelejjel ikkonċernati (http://ec.europa.eu/competition/state_aid/register/ii/doc/XA%20037-10-FR.pdf).

Fi kwalunkwe każ, il-livell ta' telf għal kull produzzjoni għandu jilħaq mill-inqas 30 % tal-produzzjoni medja annwali tul it-tliet snin preċedenti. It-telf se jkun ikkalkulat fil-livell ta' intrapriża individwali u l-għajnuna se tingħata direttament lil kull bidwi kkonċernat.

Settur jew setturi benefiċjarji: Din l-għajnuna se tkun riservata għal dawk l-azjendi agrikoli li għandhom produzzjoni ta' tuffieħ u/jew ta' lanġas fil-muniċipalitajiet milquta mid-diżastru rikonoxxuti minn digriet prefetturali tat-2 ta' April 2010 dwar it-telf tal-ħsad wara l-maltempati tal-24 ta' Awwissu 2009:

Albertville, Allondaz, Cléry, Frontenex, Gilly-sur-Isère, Grignon, Marthod, Mercury, Montailleur, Monthion, Notre-Dame-des-Millières, Pallud, Plancherine, Saint-Vital, Thénésol, Tournon et Verrens-Arvey, u:

għal dawk li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) kif definit fil-Liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

dawk attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1.10.2004).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général de la Savoie

Hôtel du Département

Service des affaires agricoles et européennes

BP 1802

73018 Chambery Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://cg73.fr/index.php?id=2758&id_aide=267

It-test sħiħ dwar l-iskema hekk kif kien reġistrat qabel mill-Kummissjoni fuq is-sit tal-Internet tagħha (EUROPA) jinsab fuq is-sit tal-Internet tal-Conseil général de la Savoie (Kunsill Ġenerali ta' Savoie): http://cg73.fr Titolu “Aménagement et économie”, sottotitolu “Economie et Territoires”; fajl “Agriculture et Forêt” (fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna web).

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 129/10

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Baden-Württemberg

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Hagelversicherungsbeihilfe

Bażi legali: Verwaltungsvorschrift des Ministeriums für Ländlichen Raum, Ernährung und Verbraucherschutz für die Gewährung von Zuwendungen für Hagelversicherungsprämien in der Landwirtschaft (VwV Hagelbeihilfe)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa annwali ppjanata hija EUR 1 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: Il-kontribuzzjoni tista' tilħaq sa 50 % tal-primjums fuq l-assikurazzjoni kontra s-silġ li jkunu tħallsu.

Data tal-implimentazzjoni: Is-16 ta' Awwissu 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Dispożizzjoni applikabbli: L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

L-għanijiet tal-għajnuna huma:

appoġġ għal bdiewa f'Baden-Württemberg u sabiex tgħinhom biex ikunu jistgħu jkopru lilhom infushom biżżejjed kontra r-riskju tas-silġ bi prezzijiet li jkun jifilħu għalihom ekonomikament;

prevenzjoni ta' telf ekonomiku għal produzzjoni agrikola primarja kkawżat minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena li jistgħu jiġu assimilati f'diżastri naturali u telf ieħor ikkawżat minn kundizzjonijiet tat-temp;

stimolu biex tinbeda tittieħed assikurazzjoni kontra r-riskji ta' silġ fl-agrikoltura.

Huma eliġibbli l-primjums fuq l-assikurazzjoni kontra s-silġ għall-użu tar-raba’ agrikolu, inklużi l-għelejjel speċjalizzati kollha, minn rata ta' primjum tal-anqas ta' 10,01 %.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' prodotti agrikoli inklużi għelejjel speċjalizzati.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regierungspräsidium Stuttgart

Postf. 800709

70507 Stuttgart

DEUTSCHLAND

Regierungspräsidium Karlsruhe

Postf.

76247 Karlsruhe

DEUTSCHLAND

Regierungspräsidium Freiburg

Postf.

79083 Freiburg

DEUTSCHLAND

Regierungspräsidium Tübingen

Postf. 2666

72016 Tübingen

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.landwirtschaft-bw.info/servlet/PB/show/1309672/index.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 130/10

Stati Membri: Renju Unit

Reġjun: L-Iskozja

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Technical Assistance for Scottish Producers Scheme

Bażi legali: Agriculture Holdings Scotland Act 1911

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: GBP 1 000 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-2 ta' Awwissu 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema se tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Gruppi ta' produtturi (l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Appoġġ tekniku (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: L-iskema tapplika għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Saughton House

B1 Spur

Broomhouse Drive

Edinburgh

EH11 3XD

UNITED KINGDOM

Indirizz tal-Internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/Business-Industry/Food-Industry/granttimetable/TechnicalAssistance

Informazzjoni oħra: Din l-iskema se tipprovdi appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Skoċċiżi sabiex tippermetti lill-prodotturi li jipparteċipaw b'mod aktar effettiv fis-swieq rispettivi tagħhom f'konformità mal-Artikoli 9, 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Għajnuna Nru: XA 132/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Asociación de Criadores de cordero del Maestrat.

Bażi legali: Resolución de de de 2010, de la Consellera de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se concede una subvención nominativa a la Asociación de criadores de cordero del Maestrat.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 12 000 matul l-2010.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: matul l-2010, u sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għoti tas-servizzi lill-produtturi tal-bhejjem ovini ta' azjendi tat-trobbija tal-bhejjem fiż-żona magħrufa bħala Maestrat, fil-qasam tal-assistenza teknika tas-settur agrikolu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006):

(i)

tixrid ta' għarfien xjentifiku,

(ii)

tagħrif fattwali dwar sistemi ta' kwalità li huma miftuħin għall-prodotti ta' pajjiżi oħra, dwar prodotti ġeneriċi u dwar il-benefiċċji nutrizzjonali u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-użu ta' dawn il-prodotti ġeneriċi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-ħaruf fiż-żona tal-Maestrazgo, is-sidien tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem li jinsabu fiż-żona magħrufa bħala “El Maestrat”

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal- Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/accm2010.pdf

Informazzjoni oħra: —


Top