EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010BP0319

Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 5/2010: OLAF u analiżi tar-riżorsi proprji Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 21 ta’ Settembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 5/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni (13473/2010 – C7-0260/2010 – 2010/2091(BUD))

ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 50/58


It-Tlieta 21 ta’ Settembru 2010
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 5/2010: OLAF u analiżi tar-riżorsi proprji

P7_TA(2010)0319

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 5/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni (13473/2010 – C7-0260/2010 – 2010/2091(BUD))

2012/C 50 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod aħħari fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Ġunju 2010 (COM(2010)0320),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 mħejji mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2010 (13473/2010 – C7-0260/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0249/2010),

A.

billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 tkopri modifiki fl-organigramma tal-OLAF, mingħajr dispożizzjonijiet finanzjarji addizzjonali, kif ukoll ir-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT, i.e. dazji doganali u imposti tas-settur taz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u tad-DGN, l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll l-iffinanzjar tagħhom u r-reviżjoni tal-iffinanzjar tat-tnaqqis tad-DGN favur l-Olanda u l-Isvezja fl-2010, li jirriżulta f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tar-riżorsi proprji lill-baġit tal-UE,

B.

billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

C.

billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13 ta’ Settembru 2010,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010;

2.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 mhux emendat u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 ġie adottat b'mod definittiv u jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top