EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010BP0038

L-emendar tal-Estimi tal-Parlament għall-baġit 2010 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Frar 2010 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq għall-Baġit ta' Emenda 1/2010 (Taqsima I, Il-Parlament Ewropew) (2010/2014(BUD))

ĠU C 348E, 21.12.2010, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 348/50


Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2010
L-emendar tal-Estimi tal-Parlament għall-baġit 2010

P7_TA(2010)0038

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2010 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq għall-Baġit ta' Emenda 1/2010 (Taqsima I, Il-Parlament Ewropew) (2010/2014(BUD))

2010/C 348 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 314 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (3) (IIA), u b’mod partikulari l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) previst fil-Parti I tiegħu u stabbilit fl-Anness I tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar it-tfassil tal-abbozz preliminari tal-estimi għall-baġit ta' emenda 2010,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi għal baġit ta' emenda bħal dan imfassal mill-Bureau fl-14 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikoli 23(6) u 79(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mfassal mill-Kumitat tal-Baġits fis-27 ta' Jannar 2009 skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0017/2010),

A.

billi matul il-proċedura baġitarja 2010, kien hemm qbil, li kull nefqa marbuta speċifikament mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropew u t-Trattat li jistbabbilixxi l-Komunita Ewropea għandha tiġi indirizzata, jekk meħtieġ, permezz tal-istrumenti baġitarji eżistenti, bħall-baġit ta' emenda, wara l-adozzjoni tal-baġit oriġinali 2010,

B.

billi ġie enfasizzat li, f'każ bħal dan u fil-limiti massimi possibbli, jeħtieġ li tiġi eżaminata bis-sħiħ ir-riorganizzazzjoni tar-riżorsi eżistenti qabel ma ssir kwalunkwe talba għal riżorsi addizzjonali,

C.

billi ġie partikolarment enfasizzat li l-livell oriġinali adottat tal-baġit tiegħu li ammonta għal 19,87 % tan-nefqa awtorizzata taħt l-intestatura 5 (approprjazzjonijet amministrattivi) tal- Qafas Finanzjarju Plurijennali ma nkuda ebda adattazzjoni possibbli fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona, partikolarment fil-qasam leġiżlattiv,

D.

billi, fl-istess ħin, ġie rikonoxxut li, minħabba l-marġni limitati disponibbli, se jkun meħtieġ aktar iffrankar u użu mill-ġdid tal-flus biex ikun possibbli li jkunu ssodisfati ħtiġijiet addizzjonali,

1.

Jilqa’ l-proposta tal-Bureau għal baġit ta' emenda 2010 dwar il-baġit tal-Parlament Ewropew (taqsima 1 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni) u jfakkar li dan huwa konformi bis-sħiħ mal-ftehim li kull ħtieġa addizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona se tiġi indirizzata separatament permezz ta' strumenti baġitarji eżistenti;

2.

Jenfasizza l-eċċellenza leġiżlattiva bħala l-prijorità tal-Parlament u l-ħtieġa li l-Membri, il-kumitati u l-gruppi politiċi jiġu provduti bil-mezzi meħtieġa sabiex jilħquha; Jaqbel mad-direzzjoni ġenerali tal-proposta tal-Bureau u mal-prijoritajiet għat-tisħiħ propost; iqis, apparti dan, li l-kobor ġenerali tal-proposta huwa ġustifikat meta jitqiesu l-ġustifikazzjonijiet mogħtija u l-isfidi l-ġodda li ġejjin;

3.

Jitlob, fid-dawl tal-impatt finanzjarju multiannwali li huwa mistenni minn dawn il-proposti u minn proposti oħra possibbli relatati mat-Trattat ta' Lisbona, li ssir evalwazzjoni tal-użu tal-allokazzjoni għall-assistenza segretarjali;

4.

Jinnota li l-livell ġenerali tal-baġit kif propost mill-Burearu għandu jammonta għal EUR 1 620 760 399, li jirrappreżenta 20,04 % tal-intestatura 5 oriġinali; jinnota, meta jitqies il-kuntest ta' fuq u l-volum totali tal-baġit, li l-limitu awtoimpost ta' 20 % li ilu jeżisti inqabeż b’0,04 punti perċentwali jew EUR 3,2 miljun fil-proposta tal-Bureau;

5.

Iqis li r-refernza globali għall-baġit tiegħu għandha tkompli tibqa' l-ipprogrammar multiannwali oriġinali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex ikun żgurat li l-interessi tiegħu jkunu salvagwardjati filwaqt li fl-istess ħin tinżamm id-dixxiplina baġitarja;

6.

Iqis li l-bażi kurrenti ta' 20 % għall-intestatura 5 issa hija iktar restrittiva meta din titqabbel mas-sitwazzjoni preċedenti peress li din se jkollha tkopri l-infiq mhux previst fid-dikjarazzjoni awtoimposta tal-1988; ifakkar li mill-2006 l-Parlament daħħal l-infiq bħall-Istatut tal-Membri (li ġġenera ffrankar għall-Istati Membri), l-Istatut tal-Assistenti, infiq relatat mar-rwol il-ġdid tiegħu wara t-Trattat ta' Lisbona kif wkoll politika dwar l-estensjoni tal-bini ħalli dan ikun jista’jakkomoda l-ħtiġijiet globali tiegħu, inkluż it-tkabbir;

7.

Iqis li, fuq il-bażi tar-referenzi oriġinali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, li ġew innegozjati fl-2006 u li daħlu fis-seħħ fl-2007, l-infiq tiegħu għandu jibqa' fil-limitu tradizzjonali ta' 20 % bħala referenza indikattiva;

8.

Iqis li, minn volum totali ta' aktar minn EUR 1 600 000 000, għandu jkun possibbli li ma jinqabiżx l-20 % (i.e. sa 19,99 %) filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-bżonnijiet addizzjonali stipulati fil-proposta tal-Bureau; jinnota li dan għandu jfisser tnaqqis mill-baġit ġenerali ta' EUR 4 miljuni;

9.

Jiddeċiedi li jagħmel aġġustament, mingħajr ma jintmissu l-elementi li jinsabu fil-proposta tal-Bureau, billi jitnaqqsu r-riżervi tal-binjiet minn EUR 15-il miljun għal EUR 11-il miljun; jinnota li dan se jwassal il-livell ġenerali tal-baġit għal EUR 1 616 760 399 li jirrappreżenta 19,99 % tal-intestatura 5; jinsisti dwar il-ħtieġa ta' ppjanar fuq żmien fit-tul tal-politika tiegħu dwar il-binjiet;

10.

Jenfasizza li jridu jittieħdu azzjonijiet li jkollhom l-għan li tiġi żgurata s-sostenibilità baġitarja fis-snin li ġejjin; jafferma mill-ġdid l-importanza li titfassal politika baġitarja li jkollha bażi żero li tiżgura li jkun hemm aktar rigorożità u trasparenza; jitlob informazzjoni ċara, kemm jista’ jkun malajr, dwar l-ammont totali ta' nfiq fiss fil-baġit tal-Parlament, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (4);

11.

Jadotta l-abbozz tal-estimi għall-Baġit ta' Emenda Nru 1/2010;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2009)0052.


Top