EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0925(01)

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talbiet għall-permessi esklussivi għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass hekk imsejħa Permis du Languedoc u Permis des Plaines du Languedoc ) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 244, 25.9.2008, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 244/19


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talbiet għall-permessi esklussivi għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass hekk imsejħa “Permis du Languedoc” u “Permis des Plaines du Languedoc”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 244/06)

Fuq talba tad-19 ta' April 2007, emendata fis-16 ta' Mejju 2008, il-kumpanija Languedoc Petroleum Development Ltd, li għandha s-sede tagħha f'Wembley Point, 1 Harrow Road, Wembley, Middlesex, HA9 6DE, ir-Renju Unit, talbet li, għal perjodu ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis du Languedoc”, fuq medda ta' madwar 2 348 kilometru kwadru, f'parti mid-Dipartimenti ta' Aude u Hérault.

Fuq talba tat-28 ta' Jannar 2008, il-kumpanija Lundin International SA, li għandha s-sede tagħha f' Maclaunay, F-51210 Montmirail, talbet li, għal perjodu ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis des Plaines du Languedoc”, fuq l-istess medda bħal dik tat-talba għall-“Permis du Languedoc”.

Il-perimetru ta' dawn il-permessi huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali li huwa dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni gradi Lvant

Latitudni gradi Tramuntana

A

1,30

48,40

B

0,90

48,40

C

0,90

48,30

D

0,60

48,30

E

0,60

48,20

F

0,40

48,20

G

0,40

47,90

Punt H: l-intersezzjoni tal-parallel 47,90 grad Tramuntana mal-kosta Mediterranja.

Punt I: l-intersezzjoni tal-meridjan 1,30 grad Lvant mal-kosta Mediterranja.

Punti H sa I: il-kosta Mediterranja.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tat-titlu

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu evidenza li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji tal-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-Liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-Ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2009.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u tat-twaqqif tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward ix-xogħlijiet minerarji, dawk tal-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Użu tal-Artijiet u l-Iżvilupp Sostenibbli (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-klima, Direttorat tal-enerġija, bureau tal-esplorazzjoni u tal-produzzjoni tal-idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, F-75703 Paris Cedex 13 (tel. (33) 144 97 23 02, feks (33) 144 97 05 70).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:

Légifrance http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top