EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0419(03)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 99, 19.4.2008, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/9


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/05)

Numru XA: XA 351/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Ivančna Gorica

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Sofinanciranje programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 172 760

 

2008: EUR 176 000

 

2009: EUR 178 000

 

2010: EUR 182 000

 

2011: EUR 186 000

 

2012: EUR 192 000

 

2013: EUR 198 000

Intensità massima ta' għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għal produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-appoġġ jingħata għal investiment fir-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, titjib ta' l-art agrikola u ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:

għal investiment tal-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba;

għall-investimenti f'assi produttivi tal-farms, sa 60 % jew — fiż-żoni żvantaġġati — 75 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba jekk it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi fiż-żoni żvantaġġati għallinqas 50 % u f'żoni oħrajn għallinqas 60 % taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew fiż-żoni żvantaġġati 45 %;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' l-anqas 60 % jew — fiż-żoni żvantaġġati — 50 % ta' l-ispejjeż marbuta maż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew fiż-żoni żvantaġġati 45 %.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

il-livell ta' kofinanzjament mill-muniċipalità huwa d-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u somma sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi attwali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

fil-forma ta' servizzi sussidjati, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' implimentazzjoni: Novembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-kofinanzjament tal-programmi għall-konservazzjoni, promozzjoni u l-iżvilupp taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Ivančna Gorica (Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica) jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' stabbilimenti agrikoli fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) kkonċernat/i: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ivančna Gorica

Sokolska 8

SLO-1295 Ivančna Gorica

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200774&dhid=91290

Tagħrif ieħor: L-għotja għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Jernej LAMPRET

Numru XA: XA 353/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Občina Ribnica na Pohorju

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Dodeljevanje državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Ribnica na Pohorju

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Ribnica na Pohorju za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 3 100,00

 

2008: EUR 10 000,00

 

2009: EUR 10 210,00

 

2010: EUR 10 424,41

 

2011: EUR 10 643,33

 

2012: EUR 10 866,84

 

2013: EUR 11 095,05

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati (LFAs);

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' investimenti f'elementi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew sa 75 % fil-każ ta' żoni żvantaġġati, fir-rigward ta' l-investiment f'assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % f'żoni żvantaġġati;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-bidwi għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % f'żoni żvantaġġati.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u websajts, u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Ribnica na Pohorju għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358,16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ribnica na Pohorju

Ribnica na Pohorju 1

SLO-2364 Ribnica na Pohorju

Indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=422

Št. predpisa: 477, stran 929

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Marija SGERM

Sindku tal-muniċipalità ta' Ribnica na Prohorju

Numru XA: XA 354/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Muta

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Muta za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Muta za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 19 110,50

 

2008: EUR 19 683,82

 

2009: EUR 20 077,50

 

2010: EUR 20 479,05

 

2011: EUR 20 888,64

 

2012: EUR 21 306,24

 

2013: EUR 21 732,55

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati (LFAs);

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fil-każ ta' elementi mhux produttivi;

sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż reali fil-każ ta' assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm dan ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-bidwi għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u siti ta' l-internet, u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Muta għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Muta

Glavni trg 17

SLO-2366 Muta

Sit ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=422

Številka predpisa: 465, stran 891

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Boris KRALJ

Sindku

Numru XA: XA 355/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Cerknica

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cerknica

Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cerknica (III. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 41 729

 

2008: EUR 41 729

 

2009: EUR 41 729

 

2010: EUR 41 729

 

2011: EUR 43 000

 

2012: EUR 45 000

 

2013: EUR 45 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' investimenti f'elementi mhux produttivi;

sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż reali, fir-rigward ta' l-investimenti f'assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm dan l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' konsulenza li jingħataw minn partijiet terzi u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u websajts. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Artikoli rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Cerknica jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358,16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur ta' l-agrikultura

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Cerknica

Cesta 4. maja 53

SLO-1380 Cerknica

Indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200798&dhid=92213

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Miroslav LEVAR

Sindku

Numru XA: XA 357/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Poljčane

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Poljčane

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Poljčane

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 15 100

 

2008: EUR 15 100

 

2009: EUR 15 100

 

2010: EUR 15 100

 

2011: EUR 15 100

 

2012: EUR 15 100

 

2013: EUR 15 100

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'LFAs;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'LFAs (żoni żvantaġġati), u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żagħżagħ sa ħames snin mid-dħul fix-xogħol.

L-appoġġ għandu jingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u fir-rigward ta' l-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fil-każ ta' karatteristiċi mhux produttivi, u sa 60 %, jew 75 % f'LFAs, fil-każ ta' assi produttivi fejn l-investiment ma jinvolvi ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda imġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-prodotti, kif ukoll assigurazzjoni kontra l-mard tal-bhejjem.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

5.   Għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (L-ebda għajnuna ma tingħata qabel ma tiġi pubblikata is-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħra għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Poljčane li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Poljčane

Bistriška cest 65

SLO-2319 Poljčane

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007100&dhid=92355

Tagħrif ieħor: Il-livell tal-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi dawn il-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Stanislav KOVAČIČ


Top