EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0601

Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))
P6_TC1-COD(2008)0122 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
ANNESS DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 111–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/111


Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I

P6_TA(2008)0601

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))

(2010/C 45 E/35)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0380),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 61(c) u 67(5), it-tieni inċiż tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0248/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(d) u 66 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0457/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta annessa miegħu;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

4.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0122

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tistaqsi lir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-livell u bil-mod li l-Qorti tqis adatt, biex jattendu l-laqgħat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fuq materji ċivili u kummerċjali.


Top