EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0715

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2007 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom [SEG(2007) 1503]

/* KUMM/2007/0715 finali */

52007PC0715




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.11.2007

KUMM(2007) 715 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2007 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

(preżentata mill-Kummissjoni) [SEG(2007) 1503]

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Bħal kull sena u b’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet proposti mill-Kummissjoni abbażi tar-rapport tal-Eurostat, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

120 | Kuntest ġenerali B’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet li jirriżultaw direttament mill-bidliet fis-saħħa ta' l-akkwist tal-pagi pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali) u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizzi pubbliku nazzjonali ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. Il-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) ta’ l-Anness XI. L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjoni jistabbilixxu l-ekwivalenzi tas-saħħa ta' l-akkwist tar-remunerazzjoni bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. |

130 | Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu adattati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. |

141 | Il-koerenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skond il-proċeduri fis-seħħ. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Valutazzjoni ta’ l-Impatt - L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi ta' l-azzjoni proposta F'konformità ma’ l-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fis-saħħa ta' l-akkwist fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu kkalkulati ż-żidiet fil-pagi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fis-saħħa ta' l-akkwist tar-remunerazzjoni tal-funzjonarji nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal -0.4%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat hija ta’ 1.4%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur ta’ l-aġġustament hu ugwali għall-prodott ta’ l-indikatur speċifiku u ta’ l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell iddeterminati mill-Eurostat. L-aġġustament propost fir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 1.0%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness XI, ebda piż differenzjat m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tal-pagi u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni ta' l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu u tal-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Iż-żidiet applikabbli għar-rimunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-rimunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: - Piżijiet differenzjati għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu fl-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tas-saħħa ta' l-akkwist tar-rimunerazzjoni bejn Brussell u l-postijiet l-oħra tax-xogħol jew missjonijiet. Il-piżijiet differenzjati applikabbli għar-remunerazzjoni mħallsa lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra li jkunu qed jagħtu servizz fi Stati Membri esteri għall-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skond ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Piżijiet differenzjati għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-piżijiet differenzjati għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenzi tas-saħħa ta' l-akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Il-piżijiet differenzjati kkalkulati għall-pensjonijiet ta’ persuni li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussuburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tar-rapporti bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati huma direttament applikabbli għat-trasferimenti ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2, ta’ dan l-Artikolu, il-piżijiet differenzjati applikabbli għall-pensjonijiet huma riżultat ta’ medja bil-piż differenzjat bejn il-koeffiċjenti applikabbli għall-funzjonarji u l-koeffiċjenti kkalkulati għall-pensjonijiet. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-piżijiet differenzjati: Id-data ta’ dħul fis-seħħ hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-piż differenzjat jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6% Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu, hu mkejjel bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell ikun immultiplikat bil-bidla fil-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. |

310 | Bażi legali Il-bażi legali hija r-Regolamenti tal-Persunal u notevolment l-Anness XI tagħhom. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

341 | Strument propost: regolament. |

342 | Atti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

IMPATT BAġITARJU |

401 | L-impatt fuq l-ispejjeż amministrattvi u fuq id-dħul minn taxxi ta’ l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet hu ddettaljat fir-rendikont finanzjarju mehmuż hawnhekk. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2007 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Sabiex jiggarantixxi li s-saħħa ta' l-akkwist ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunità tikber b'mod parallel għal dik ta' l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali ta' l-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati skond il-verifika annwali tas-sena 2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, id-data ta' l-“1 ta' Lulju 2006” li tidher fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data ta' l-“1 ta' Lulju 2007”.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 20(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella ta' hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 20(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella ta' hawn taħt.

[pic]

Artikolu 4

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont ta' l- allowance għal- leave tal-ġenituri imsemmija fl-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 849.38 u EUR 1132.49 għal familji b'ġenitur wieħed.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont bażiku għall- allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 158.86.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għat-tfal dipendenti imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 347.13.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-edukazzjoni imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 235.53.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-edukazzjoni imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 84.80.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont minimu ta' l- allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 470.83.

Artikolu 6

B'effett mill-1 ta' Jannar 2008, l- allowance għall-kilometraġġ imniżżla fl-Artikolu 8 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hija mibdula għal li ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0.3531 għal kull kilometru bejn 201 u 1,000 km

EUR 0.5884 għal kull kilometru bejn 1,001 u 2,000 km

EUR 0.3531 għal kull kilometru bejn 2,001 u 3,000 km

EUR 0.1177 għal kull kilometru bejn 3,001 u 4,000 km

EUR 0.0567 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.

Ma' din l- allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

- EUR 176.52 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impieg u l-post ta' l-oriġini hija bejn 725 km u 1,450 km,

- EUR 353.02 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impieg u l-post ta' l-oriġini hija aktar minn 1,450 km,

Artikolu 7

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':

- EUR 36.48 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall- allowance tal-familja,

- EUR 29.41 għall-uffiċjali li m'għandhomx dritt għall- allowance tal-familja.

Artikolu 8

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra huwa ta':

- EUR 1038.73 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall- allowance tal-familja,

- EUR 617.64 EUR għal impjegat mhux intitolat għall- allowance tal-familja.

Artikolu 9

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, għall- allowance għall-qgħad imniżżla fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1245.73, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2491.48 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 1132.49.

Artikolu 10

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 63 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 11

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 12

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra għandu jkun ta' ta':

- EUR 781.31 impjegat li huwa intitolat għall- allowance tal-familja,

- EUR 463.22 għal impjegat li mhux intitolat għall- allowance tal-familja.

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, għall- allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema l-oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 934.31, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 1868.61 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 849.38.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l- allowances għal xogħol bix-xift imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[2] għandhom ikunu ta' EUR 356.04, EUR 537.38, EUR 587.56 u EUR 801.03.

Artikolu 15

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) nru 260/68[3] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5.139465.

Artikolu 16

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella fl-Artikolu 8(1) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Impjegati għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 17

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammonti għall- allowance għat-tfal dipendenti imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 18

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammonti għall- allowance għall-edukazzjoni imsemmija fl-Artikolu 15(1) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 19

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, għall-finijiet ta' l-Artikolu 18 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta' l- allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':

- EUR 122.83 fix-xahar għall-uffiċjali fil-Gradi C4 jew C5,

-EUR 186.45 fix-xahar għall-uffiċjali fil-Gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2007 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-piżijiet differenzjati applikati għalihom.

2. QAFAS ABM/ABB (ĠESTJONI SKOND L-ATTIVITÀ/IBBAĠITJAR SKOND L-ATTIVITÀ)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/jiet assoċjata/i magħhom:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), fosthom l-intestaturi:

In-nefqa: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l- allowances ta’ l-uffiċjali, impjegati oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet ta’ l-istaff għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. It-terminu ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk hemm bżonn):

Lnja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | Nefqa mhux obbligatorja | AMD[4] | LE | LE | LE | Le [5] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA)

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Natura tan-nefqa | Taqsima Nru | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n+5 u wara | Total |

Nefqa operattiva[5] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4 | c |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c |

Infiiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[7] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (NDA) | 8.2.5 | d | 23.3 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | n/a |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

Total indikattiv ta’ l-ispiża finanzjarja ta’ l-intervent

CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 23.3 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | n/a |

AI TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 23.3 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | 46.6 | n/a |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-kofinanzjament):

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri, strument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Impatt finanzjarju - L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

miljuni ta’ EUR (sa punt deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jeħtieġ li jkun hemm id-dettalji tal-kuntest tal-proposta Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni komplementari speċifika li ġejja:

5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew fuq tul ta’ żmien

Obbligu skond ir-Regolamenti tal-Persunal

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Il-metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

Indika hawn taħt il-metodu/i[10] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

( Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni: PMO

- ( indirettament b’delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

- ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

- ( ma’ Stati Membri

- ( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjonjiet fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[12] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[13] mill-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat[14] mill-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

(Fejn ikun dikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

- ( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż

- ( Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

- ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss

- ( Karigi li se jerġgħu jingħataw billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

- ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsiti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (Nru u titolu) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inkluża n-nefqa relatata mal-persunal) |

Aġenziji eżekuttivi[15] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, ENS, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Nefqa totali tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

Għandha ssir referenza għal Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għal Punt 8.2.1, jekk applikabbli

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 - Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 - Kumitati[16] |

XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

2. Total ta’ nfiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total ta’ l-infiq amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru … (ĠU L .., …, p. ..).

[2] Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif komplut bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p.6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) nru ... (ĠU L ..., 1.1.2004, p.1).

[3] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru … (ĠU L .., …, p. ..).

[4] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[5] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[6] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[7] Infiq li jaqa' taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[9] Jekk ikun hemm bżonn għandhom jiżdiedu aktar kolonni, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[10] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fis-taqsima tal-“Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt

[11] Kif deskritt f’Sezzjoni 5.3.

[12] Li n-nefqa għalihom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[13] Li n-nefqa għalihom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[14] Li n-nefqa għalihom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[15] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[16] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jagħmel parti minnu.

Top