EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0255

Proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjoni Nru 1/2005 tal-kumitat tat-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar il-ħolqien ta' osservatorju komuni tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi

/* KUMM/2005/0255 finali */

52005PC0255

Proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjoni Nru 1/2005 tal-kumitat tat-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar il-ħolqien ta' osservatorju komuni tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi /* KUMM/2005/0255 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.6.2005

KUMM(2005) 255 finali

Proposta ta'

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjoni Nru 1/2005 tal-kumitat tat-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar il-ħolqien ta' osservatorju komuni tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq[1] daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. L-Artikolu 51 tiegħu jistabbilixxi kumitat konġunt imsejjeħ "kumitat dwar it-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera", li huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-ftehim u l-applikazzjoni korretta tiegħu.

L-osservat ORJU TAT-TRAFFIKU

Skond l-Artikolu 45 tal-ftehim, ġie mwaqqaf osservatorju permanenti għall-monitoraġġ tat-traffiku fit-toroq, bil-ferrovija u dak ikkumbinat fir-reġjun ta' l-Alpi. Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistipola li, permezz a' deċiżjoni tal-kumitat konġunt, il-partijiet kontraenti jiddeċiedu dwar il-modalitajiet amministrattivi tat-tħaddim ta' l-osservatorju.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Iżvizzera qed jaqblu li l-attivitajiet ta' l-osservatorju jitmexxew mill-grupp ta' ħidma "osservatorju" mwaqqaf mid-deċiżjoni 1/2003 tal-Kumitat konġunt. Il-grupp ta' ħidma jattwa l-għanijiet strateġiċi ta' l-osservatorju, hekk kif iddefinihom il-Kumitat konġunt, u jissorvelja kemm jintlaħqu dawn l-għanijiet definiti. Ir-responsabbilitajiet għall-ġbir tad-data u għat-tħejjija ta' rapporti jiġu assenjati lil fornitur ta' servizzi li jintgħażel permezz ta' sejħa għall-offerti skond ir-regoli rigward il-kuntratti pubbliċi. L-ispiża marbuta mal-ħatra ta' konsulent estern jinqasmu ugwalment bejn l-Iżvizzera u l-Komunità Ewropea. Il-grupp ta' ħidma jeżamina u jadotta, bi qbil komuni, ir-rapporti mfassla mill-konsulent estern. Jikkomunika l-konklużjonijiet tiegħu lill-Kumitat konġunt, li jieħu d-deċiżjonijiet li joħorġu minnhom. Jekk rapport ma jiġix adottat, il-grupp ta' ħidma jikkomunika lill-Kumitat konġunt il-fehmiet diverġenti li jkunu ġew espressi fi ħdanu.

POżIZZJONI KOMUNITARJA RIGWARD ID-DEċIżJONI NRU 1/2005

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2002/309/KE, Euratom) ta' l-4 ta' April 2002 dwar il-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika rigward il-konklużjoni ta' seba' ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera tipprevedi, fl-Artikolu 4 tagħha, li l-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat konġunt tiġi deċiża mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, għal dawk il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42, 45, 46, 47 u 54 tal-ftehim. L-Arikolu 45 tal-ftehim jirrigwarda l-osservatorju tat-traffiku.

Il-Kunsill għaldaqstant huwa mistieden jadotta d-Deċiżjoni hawn mehmuża fl-Anness.

Proposta ta'

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjoni Nru 1/2005 tal-kumitat tat-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar il-ħolqien ta' osservatorju komuni tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq il-ferroviji u t-toroq, u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2002/309/CE, Euratom)[2] ta' l-4 ta' April 2002 dwar il-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika rigward il-konklużjoni ta' seba' ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq il-ferroviji u t-toroq (minn hawn 'il quddiem "il-ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2) L-Artikolu 51 tal-ftehim jistabbilixxi kumitat dwar it-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera (Kumitat konġunt) li huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-ftehim u l-applikazzjoni korretta tiegħu.

(3) Skond l-Artikolu 45 tal-ftehim, ġie mwaqqaf osservatorju permanenti għall-monitoraġġ tat-traffiku fit-toroq, bil-ferrovija u kkumbinat fir-reġjun Alpin. Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistipola li, permezz a' deċiżjoni tal-kumitat konġunt, il-partijiet kontraenti jiddeċiedu dwar il-modalitajiet amministrattivi tat-tħaddim ta' l-osservatorju.

(4) L-Artikolu 4 (1), l-ewwel sub-inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2002/309/KE, Euratom) ta' l-4 ta' April 2002 dwar il-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika rigward il-konklużjoni ta' seba' ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera jistipola li l-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat konġunt tiġi deċiża mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, għal dawk il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar it-trasport fuq l-art bejn il-Komunità u l-Iżvizzera, imwaqqaf mill-Artikolu 51 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera rigward it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq il-ferroviji u t-toroq, rigward il-ħolqien ta' osservatorju komuni tat-traffiku fir-reġjun Alpin tibbaża ruħha fuq l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Abbozz ta'

DEĊIŻJONI NRU 1/2005 TAL- KUMITAT DWAR IT-TRASPORT FUQ L-ART BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IżVIZZERA

igward il-ħolqien ta' osservatorju konġunt tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq il-ferroviji u t-toroq, u b'mod partikolari l-Artikoli 45 u 51 (2) tiegħu,

Billi:

(5) (1) Skond l-Artikolu 45 (1) tal-Ftehim, ġie mwaqqaf osservatorju permanenti għall-monitoraġġ tat-traffiku fit-toroq, bil-ferrovija u dak ikkumbinat fir-reġjun Alpin.

(6) (2) Għal dan il-għan, il-ftehim jistipola li, permezz a' deċiżjoni tal-kumitat konġunt, il-partijiet kontraenti jiddeċiedu dwar il-finanzjament u l-modalitajiet amministrattivi tat-tħaddim ta' l-osservatorju.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B'dan qed jiġi stabbilit osservatorju konġunt bejn l-Iżvizzera u l-Komunità Ewropea għal-monitoraġġ tat-traffiku fir-reġjun ta' l-Alpi, minn hawn 'il quddiem "l-osservatorju".

Artikolu 2

1. L-osservatorju jiċċentralizza l-istatistika ta' l-organizzazzjonijiet Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali dwar it-traffiku fuq it-toroq u l-ferroviji, kif ukoll tat-trasport ikkombinat, akkumpanjat jew mhux, fir-reġjun Alpin. Kull sena jirrapporta lill-Kumitat konġunt dwar l-iżviluppi li jkunu seħħu f'dan it-traffiku.

2. L-osservatorju jiġbor id-data rigward il-konġestjoni ta' l-infrastruttura u rigward l-ambjent, kif ukoll statistika oħra li tintalab mill-Kumitat konġunt għall-applikazzjoni korretta tal-mandat tiegħu u f'konformità ma' l-Artikolu 47 tal-ftehim dwar it-trasport fuq l-art.

3. L-osservatorju jgħin lill-Kumitat konġunt fit-teħid ta' deċiżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskattar possibbli tal-miżuri unilaterali ta' salvagwardja li jissemmew fl-Artikolu 46 tal-ftehim dwar it-trasport fuq l-art.

4. Il-Kumitat konġunt jista' jassenja lill-osservatorju missjonijiet oħra.

Artikolu 3

1. L-ossrvatorju juża, kemm jista' jkun, l-istatistika eżistenti u dik li tkun ġiet stabbilita skond il-liġijiet Komunitarji u Żvizzeri.

2. Kemm jista' jkun, l-osservatorju jutilizza d-definzzjonijiet komuni u l-formati għall-kodifikar u t-trażmissjoni tad-data li ġew stabbiliti għall-istatistika komunitarja dwar it-trasport. Jekk dawn jirriżultaw neqsin jew mhux f'lokhom, l-osservatorju jiddefinixxi formati kemm jista' jkun kompatibbli u sempliċi.

3. L-istatistika li tiġi skambjata ma tkunx ħlief data ta' natura ġenerika. Ma tistax tkun tali li tippermetti li jiġu identifikati intrapriżi individwali tat-trasport, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Komunià Ewropea f'dak li għandu x'jaqsma mal-protezzoni tad-data u l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika.

Artikolu 4

1. L-attivitajiet ta' l-ossrvatorju jitmexxew mill-grupp ta' ħidma "osservatorju" mwaqqaf mid-Deċiżjoni 1/2003 tal-Kumitat konġunt.

2. Il-grupp ta' ħidma jattwa l-għanijiet strateġiċi ta' l-osservatorju, hekk kif iddefinihom il-Kumitat konġunt, u jissorvelja kemm jintlaħqu dawn l-għanijiet definiti.

3. Il-grupp ta' ħidma jinkludi talanqas rappreżentant ta' l-Uffiċċju Federali Żvizzeru ta' l-Istatistika u rappreżentant ta' l-Uffiċċju Federali Żvizzeru tat-Trasport, kif ukoll żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, wieħed mill-qasam tat-trasport u l-ieħor minn dak ta' l-istatistika. Waqt il-laqgħat, il-membri tal-grupp ta' ħidma jistgħu jiġu megħjuna minn rappreżentanti ta' istituzzjonijiet oħrajn, bħala osservaturi.

4. Ir-responsabbilitajiet għall-ġbir tad-data u għat-tħejjija ta' rapporti jiġu assenjati lil fornitur ta' servizzi li jintgħażel skond ir-regoli rigward il-kuntratti pubbliċi. Japplikaw għal dawn il-kuntratti d-Direttivi Komunitarji dwar il-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, ibbażati fuq il-ftehim dwar il-kuntratti pubbliċi tal-15 ta' April 1995, konkluż fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ( WTO ). Kwalunkwe sejħa għall-offerti tiġi ppubblikata mill-Iżvizzera u mill-Kummissjoni Ewropea. L-għażla tal-fornitur tas-servizzi, b'mod partikolari t-tfassil ta' l-ispeċifikazzjonijiet u t-teħid ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' għażla, issir b'mod konġunt bejn il-partijiet kontraenti fi ħdan il-grupp ta' ħidma "osservatorju". Il-kuntratt jingħata lill-applikant li jkun ippreżenta l-offerta l-iktar vantaġġuża mil-lat ekonomiku. Il-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi huwa rregolat mil-liġi Żvizzera, u jiġi ffirmat f'isem iż-żewġ partijiet kontraenti mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat konġunt.

5. Il-grupp ta' ħidma jeżmina u jadotta, bi qbil komuni, ir-rapporti mfassla mill-fornitur tas-servizzi. Jikkomunika l-konklużjonijiet tiegħu lill-Kumitat konġunt, li jieħu d-deċiżjonijiet li joħorġu minnhom. Jekk rapport ma jiġix adottat, il-grupp ta' ħidma jikkomunika lill-Kumitat konġunt il-fehmiet diverġenti li jkunu ġew espressi fi ħdanu.

6. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u dawk tal-Konfederazzjoni Żvizzera jagħtu lill-fornitura tas-servizzi l-aċċess għall-ġabra tad-data statistika li minnha jiddisponu, sabiex jippermettulu t-twettiq tajjeb tal-kuntratt tiegħu.

Artikolu 5

1. L-ispejjeż marbuta mat-twettiq tal-kuntratt skond l-Artikolu 4 (4) jinqasmu ugwalment bejn l-Iżvizzera u l-Komunità Ewropea. Il-baġit għall-kuntratt għall-ewwel sena ma jaqbiżx EUR 250 000, u, skond id-disponibilità u l-kwalità tad-data li tkun trid tinġabar, ma jqabiżx EUR 100 000 għas-snin ta' wara.

2. Kull waħda mill-partijiet tħallas hija stess għan-nefqiet li tidħol għalihom minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-grupp ta' ħidma "osservatorju".

3. L-ispejjeż li jirragwardaw l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma normalment jitħallsu mill-parti li jkollha l-presidenza.

4. In-nefqiet għall-esperti li jkunu ġew imqabbda minn parti waħda jitħallsu minn dik il-parti.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li matulu tkun ġiet adottata.

Magħmula fi Brussell, il-

Il-President

Il-Kap tad-delegazzjoni Żvizzera

ANNEXE 2

FICHE D’IMPACT BUDGETAIRE

(cf. Article16 des R.I.)

FICHE À UTILISER DANS LES CAS EXCEPTIONNELS OÙ LA COMMISSION DOIT PRENDRE UNE DÉCISION INDIVIDUELLE D'ATTRIBUTION

DOMAINE(S) POLITIQUE(S): TRANSPORT ACTIVITÉ(S): ACCORD DES TRANSPORT TERRESTRES CE/SUISSE |

DÉNOMINATION DE L’ACTION: OBSERVATOIRE DES TRAFICS |

1. LIGNE(S) BUDGÉTAIRE(S) CONCERNEE(S) + INTITULÉ(S)

06020401

2. BASE LEGALE

Accord entre la Communauté européenne et la Confédération suisse sur le transport de marchandises et de voyageurs par rail et par route (JO L 114 du 30.4.2002, p.91).

3. DONNÉES CHIFFRÉES GLOBALES DE L'EXERCICE ( en Euros )

◘ 3.a. - Exercice en cours

CE | CP |

Crédit initial de l'exercice | 11.300.000 | 8.700.000 |

Budgets supplémentaires | 0 |

Virements |

Total du crédit | 11.300.000 | 8.700.000 |

Consommation au | Date : 30/05/2005 | 773.179,37 | 1.853.948,85 |

Solde disponible | 10.526.820,30 | 6.846.051,15 |

Montant de l'action proposée | 125.000 | 125.000 |

◘ 3.b. - Reports à l'exercice

NA

◘ 3.c. - Exercice suivant

NA

◘ 3.d. – Exercices suivants (dans le cas des engagements par tranches annuelles)

(Dans le cas des programmes adoptés par tranches annuelles, il y a lieu de répartir les engagements sur toute la durée prévisionnelle des engagements)

Ligne budgétaire | N |N+1 |N+2 |N+3 |N+4 |Total | |06020401 |125.000 |50.000 |50.000 |50.000 |50.000 |325.000 | |4. DESCRIPTION DE L'ACTION

Selon l’accord entre la Confédération suisse et la Communauté européenne sur le trafic voyageurs et marchandises par rail et par route un observatoire du trafic marchandises doit être mis en place. Il servira à saisir et à évaluer l’évolution des transports dans la région alpine par rail et par route (y compris le trafic combiné).

A cette fin la Commission et la Suisse sont convenues que les activités de l’observatoire sont dirigées par le groupe de travail « observatoire » institué par la décision 1/2003 du Comité mixte. Le groupe de travail met en œuvre les objectifs stratégiques de l’observatoire définis par le Comité mixte et contrôle le degré de réalisation des objectifs fixés. Les tâches de collecte des données et de préparation des rapports sont confiées à un prestataire de services sélectionné par appel d'offre. Les dépenses liées au mandat du consultant externe sont prises en charge à part égale par la Suisse et la Communauté européenne. Le groupe de travail examine et adopte, d’un commun accord, les rapports élaborés par le consultant externe.

5. MODE DE CALCUL ADOPTE

Le contrat aura initialement une durée de deux ans et est renouvelable pour une durée supplémentaire de trois ans au maximum. La moitié du budget payable par la CE de EUR 125.000 pour la première année et de EUR 50.000 pour les années suivantes a été fixé en fonction des estimations de travail à effectuer par le prestataire de service.

6. ECHEANCIER DE PAIEMENTS (EN EUROS)

Ligne |Montant |2005 |2006 |2007 |2008 |Exercices ultérieurs | | 2005 | 125.000 |37.500 |87.500 | | | | | 2006 | 50.000 | |15.000 |35.000 | | | | 2007 | 50.000 | | |15.000 |35.000 | | | 2008 | 50.000 | | | |15.000 |35.000 | | 2009 | 50.000 | | | | |50.000 | |Total | 325.000 |37.500 |102.500 |50.000 |50.000 |85.000 | | NB : Ce calendrier de paiements n’est qu’indicatif étant donné que les modalités contractuelles doivent être encore décidée.

[1] ĠU L 114, tat-30.4.2002, p. 91.

[2] ĠU L 114 tat-30.4.2002, p. 1.

Top