EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0741

Regolament tal-Kunsill li timponi tariffa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

/* KUMM/2004/0741 finali */

52004PC0741

Regolament tal-Kunsill li timponi tariffa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* KUMM/2004/0741 finali */


Brussel 9.11.2004

KUMM(2004) 741 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li timponi tariffa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Fl-24 ta' Jannar 2002, il-Kummissjoni nidiet reviżjoni tat-tmiem tal-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Il-proposa mehmuża ta' Regolament tal-Kunsill hija msejsa fuq sejba definittiva li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż jekk il-miżuri jiġu abrogati, li kkonfermat li l-miżuri definittivi ta' kontra d-dumping ma jmorrux kontra l-interessi tal-Komunità u li huma ġġustifikati fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat fit-22 ta' Lulju 2004 u kien hemm maġġoranza li approvat il-proposta.

Huwa propost, għaldaqstant, li l-Kunsill jaddotta l-proposta ta' Regolament mehmuża li għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mill-aktar fis possibbli.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li timponi tariffa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjoni ta' prodotti ddampjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-Regolament bażiku') u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri fis-seħħ

(1) F'Jannar tas-sena 1997, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 119/97[2] impona tariffa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki (MBĊ) li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ jew "il-pajjiż ikkonċernat"). Ir-rata definittiva tad-dazju applikabbli fuq il-prezz nett u bit-trasport u l-assikurazzjoni mħallsa, fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, kienet ta' 32.5% għall-World Wide Stationeray Mfg ("WWS"), kumpanija li ngħatat trattament individwali, u 39.4% għall-kumpaniji l-oħra kollha fir-RPĊ. Dawn ir-rati ta' dazju kienu applikabbli fuq l-MBĊ li ma għandhomx 17 jew 23 ċirku (Kodiċi TARIC 8305 10 00 11, 8305 10 00 12 u 8305 10 00 19), waqt li l-MBĊ bi 17 u 23 ċirku (Kodiċi TARIC 8305 10 00 21, 8305 10 00 22 u 8305 10 00 29) kien soġġetti għal dazju ugwali mad-differenza bejn il-prezz minimu ta' importazzjoni ("PMI") ta' EUR 325 għal kull 1000 biċċa u l-prezz, bit-trasport u l-assikurazzjoni mħallsa fil-fruntiera tal-Komunità, kull meta dan ta' l-aħħar ikun anqas mill-PMI.

(2) F'Settembru tas-sena 2000, wara talba għal reviżjoni anti-absorption ta' dawn il-miżuri, sottomessa skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, ir-rati ta' dazju applikabbli fuq l-MBĊ li ma għandhomx 17 jew 23 ċirku (Kodiċi TARIC 8305 10 00 11, 8305 10 00 12 u 8305 10 00 19) żdiedu, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 2100/2000[3] għal 51.2% għall-WWS u għal 78.8% għall-kumpaniji l-oħra kollha fir-RPĊ.

(3) Miżuri ta' kontra d-dumping u ta' kumpens ilhom fis-seħħ minn Ġunju tas-sena 2002 fuq l-importazzjoni tal-MBĊ li joriġinaw mill-Indonesja. Dawn il-miżuri, li ma humiex soġġetti għal din ir-reviżjoni, ġew imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 976/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 977/2002 ta' l-4 ta' Ġunju 2002[4] rispettivament.

(4) Wara investigazzjoni dwar l-allegata evażjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsull (KE) Nr. 119/97 bl-importazzjoni ta' MBĊ konsenjati mill-Vjetnam, il-miżuri ġew estiżi, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 1208/2004[5], fuq l-importazzjoni konsenjata mill-Vjetnam.

(5) Investigazzjoni dwar l-allegata evażjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsull (KE) Nr. 119/97 bl-importazzjoni ta' MBĊ konsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk dikjarati li oriġinaw fit-Tajlandja jew le, tnidiet f'April 2004[6].

(6) Iż-żewġ investigazzjonijiet imsemmijin hawn fuq kienu indipendenti mir-riżultati ta' din l-investigazzjoni.

2. Talba għal reviżjoni

(7) Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar it-tmiem imminenti tal-perijodu ta' validità tal-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta' ċerti MBĊ li joriġinaw fir-RPĊ[7], il-Kummissjoni rċeviet, fir-23 ta' Ottubru 2001, talba għar-reviżjoni ta' dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8) It-talba ġiet sottomessa minn żewġ produtturi fil-Komunità, Koloman Handler AG u Krause Ringbuchtechnik GmbH (l-applikanti'), li jirrappreżentaw sehem sostanzjali tal-produzzjoni totali komunitarja tal-MBĊ. Il-bażi tat-talba kienet li t-tmiem tal-perijodu ta' validità tal-miżuri probabbilment jirriżulta f'volum akbar ta' prodotti li joriġinaw mir-RPĊ iddampjati b'mod dannuż.

(9) Meta ddeterminat, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed għat-tnedija ta' reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nidiet reviżjoni[8].

3. Investigazzjoni

(a)Proċedura

(10) Il-Kummissjoni avżat, b'mod formali, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi u lill-kumpaniji li jużaw il-prodott li hu magħruf li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, il-produtturi fil-Komunità applikanti u l-produttur Komunitarju l-ieħor magħruf dwar il-bidu tar-reviżjoni tat-tmiem fis-seħħ. Il-partijiet li għandhom interess ingħataw l-opportunità li jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub u jitolbu udjenza fit-termini ta' żmien speċifikat fl-avviż dwar it-tnedija.

(11) Il-partijiet kollha li talbu dan fit-termini taż-żmien u li urew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu ingħataw udjenza.

(12) Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li ġew avżati b'mod uffiċjali tat-tnedija tar-reviżjoni u lil dawk li talbu li jirċievu kwestjonarju fit-termini ta' żmien speċifikat fl-avviż dwar it-tnedija. Barra minn hekk, produttur wieħed fl-Indja (pajjiż analogu) ġie kkuntattjat u rċieva kwestjonarju.

(13) Risposti għall-kwestjonarji ġew sottomessi miż-żewġ produtturi komunitarji applikanti u produttur wieħed li jesporta fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll minn produttur wieħed fil-pajjiż analogu u żewġ importaturi mhux relatati fil-Komunità.

(14) Il-partijiet kollha kkonċernati ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li kienu l-bażi ta' l-intenzjoni li ssir rakkomandazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju definitiv ta' kontra d-dumping. Ingħataw perijodu ta' żmien li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti mad-dikjarazzjoni. Il-kummenti tal-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew emendati kif meħtieġ.

(b)Partijiet interessati u viżti ta' verifikazzjoni

(15) L-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għall-għanijiet tad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-dannu għall-interessi tal-Komunità nkisbet u ġiet verifikata. Viżti ta' verifikazzjoni saru fil-bini fejn joperaw il-kumpaniji li ġejjin:

(i)Produtturi komunitarji applikanti

- Krause Ringbuchtechnik GmbH, Espelkamp, il-Ġermanja

- SX Bürowaren Produktions- und Handels GmbH (sa November 2001 l-MBĊ kienu manufatturati minn by Koloman Handler AG), Vjenna, l-Awstrija (ara l-punt (50)),

(ii)Produttur fil-pajjiż li jesporta

- World Wide Stationery Mfg, Hong Kong, RPĊ

(iii)Produttur fil-pajjiż analogu

- Tocheunglee Stationery Manufacturing Co, Chennai, l-Indja

(iv)Importatur mhux relatat fil-Komunità

- Bensons International Systems B.V., Utrecht, l-Olanda

(ċ)Perijodu ta' investigazzjoni

(16) L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping damet tul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 (perijodu ta' investigazzjoni' jew PI') L-eżami tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu damet tul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 1998 sat-tmien tal-PI ("perijodu kkunsidrat").

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1. Il-prodott ikkonċernat

(17) Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki magħmula minn żewġ pjanċi jew wajers ta' l-azzar rettangolari b'mill-anqas erba' nofs-ċrieki ta' l-azzar imwaħħla magħhom u li huma miżmumin flimkien permezz ta' għatu ta' l-azzar. Ikunu jistgħu jinfetħu jew billi jinġibdu n-nofs ċrieki jew permezz ta' mekkaniżmu ta' l-azzar forma ta' grillu żgħir imwaħħal ma' l-MBĊ. Iċ-ċrieki jista' jkollhom forom differenti; l-aktar komuni huma tondi jew forma ta' D'. L-MBĊ, fil-preżent, huma kklassifikati fil-Kodiċi Cn ex 8305 10 00 (Kodiċi TARIC 8305 10 00 11, 8305 10 00 12 u 8305 10 00 19 għal mekkaniżmi li ma għandhomx 17 jew 23 ċirku u Kodiċi TARIC 8305 10 00 21, 8305 10 00 22 u 8305 10 00 29 għall-mekkaniżmi bi 17 u 23 ċirku). Mekkaniżmi tat-tip Lever-arch (LAM') ikklassifikati taħt l-istess kodiċi CN ma ġewx inklużi fl-iskop ta' din l-investigazzjoni.

(18) L-MBĊ jintużaw sabiex isiru fajls ta' l-uffiċċju tal-karti, tal-kartun jew miksijin bil-plastik, u fajls oħra ta' preżentazzjoni jew illegati.

(19) Matul il-PI inbiegħet kwantità kbira ta' tipi differenti ta' MBĊ. Id-differenza bejn dawn it-tipi kienet tikkonsisti fil-wisa' tal-bażi, it-tip tal-mekkaniżmu, in-numru taċ-ċrieki, is-sistema ta' ftuħ, il-kapaċità nominali ta' kemm jieħdu karti, id-dijametru taċ-ċrieki, il-forma taċ-ċrieki, it-tul u l-ispazju bejn iċ-ċrieki. Minħabba l-fatt li t-tipi kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u, f'ċerti limiti, jistgħu jinbidlu ma' xulxin, ġie stabbilit li l-MBĊ kollha huma prodott wieħed għall-finijiet ta' din il-proċedura.

2. Prodott simili

(20) Instab li l-MBĊ prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu (l-Indja) u dawk esportati lejn il-Komunità mir-RPĊ kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu.

(21) Instab ukoll li ma kien hemm l-ebda differenza fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u fl-użu bejn l-MBĊ impurtati fil-Komunità li joriġinaw fir-RPĊ u l-MBĊ prodotti mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità.

(22) Għalhekk ġie konkluż li l-MBĊ prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu, l-MBĊ li joriġinaw mir-RPĊ u jiġu esportati lejn il-Komunità u l-MBĊ prodotti u mibjugħa mill-Industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità huma kollha prodotti simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ. PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

(23) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, saret valutazzjoni dwar jekk it-tmien tal-miżuri eżistenti jkunx probabbli li jwassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping.

1. Rimarki preliminari

(24) Mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi msemmija fl-ilment, kienet biss il-WWS, li kienet ingħatat trattament individwali kemm fl-investigazzjonijiet oriġinali kif ukoll f'dawk anti absorption, li kooperat. Iż-żewġ kumpaniji esportaturi l-oħra ddikjaraw li huma ma kienux esportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità waqt il-PI. Madankollu, waħda mill-kumpaniji tidher li kienet involuta fi prattiċi ta' evażjoni via t-Tajlandja, li kienu investigati mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) (ara l-punti (42) u (43)).

2. Kontinwazzjoni tad-dumping

(25) Il-volum tal-bejgħ b'esportazzjoni ta' l-unika kumpanija li kooperat irrappreżenta l-importazzjoni kollha li oriġinat mir-RPĊ waqt il-PI, skond l-Eurostat. Dan il-volum kien jirrappreżenta 1.9% tal-konsum totali tal-Komunità waqt il-PI ta' din l-investigazzjoni, kkomparat ma' 45% tal-konsum totali tal-Komunità waqt il-PI ta' l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 1994 sat-30 ta' Settembru 1995.

(a)Metodoloġija

(26) Imqabbel ma' l-investigazzjoni oriġinali, l-uniku tibdil kienet l-għażla tal-pajjiż analogu, mill-bqija l-metodoloġija għall-kalkulazzjoni tal-marġinu tad-dumping baqgħet l-istess.

(b)Pajjiż analogu

(27) Billi l-RPĊ hija ekonomija fi stat ta' transizzjoni, il-valur normali ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' tagħrif miksub f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (il-pajjiż analogu') magħżul skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(28) Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Malasja kienet intgħażlet bħala l-pajjiż analogu. Minħabba l-fatt li l-produzzjoni fil-Malasja waqfet u ġiet trasferita, inter alia, fl-Indja, kellu jintagħżel pajjiż rappreżentativ ieħor. Fit-talba għal reviżjoni tat-tmiem fis-seħħ, l-Indja ġiet issuġġerita bħala pajjiż analogu għall-iskop li jiġi stabbilit valur normali. Din l-għażla ma ġietx ikkontestata. Instab ukoll li r-raġunijiet li wasslu għall-għażla ta' l-Indja, jiġifieri d-daqs tas-suq domestiku tagħha, il-ftuħ tas-suq tagħha u l-grad ta' aċċess li għandha għall-materja prima, jiżguraw kondizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Il-produttur Indjan, li ġie kkuntattjat, qabel li jikkoopera u kellu bejgħ domestiku rappreżentattiv. Din il-kumpanija kienet relatata mal-produttur esportatur Ċiniż li kien qiegħed jikkoopera, iżda ma nstabu l-ebda raġunijiet biex wieħed jikkonsidra li dan setgħa jkollhu effett fuq id-determinazzjoni tal-valur normali. Għalhekk, skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, l-Indja kienet ikkunsidrata bħala pajjiż adattat biex jiġi stabbilit il-valur normali

(ċ)Valur normali

(29) Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili fil-pajjiż analogu nstab li jħalli l-qliegħ u huwa rappreżentattiv waqt il-PI. Għalhekk, il-valur normali ġie msejjes fuq il-prezz imħallas, jew pagabbli, waqt negozju normali minn klijenti indipendenti fil-pajjiż analogu, jiġifieri l-Indja.

(d)Prezz ta' esportazzjoni

(30) Ġaladarba l-prodott ikkonċernat ġie esportat lejn klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta' esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz ta' esportazzjoni attwalment imħallas jew pagabbli.

(e)Paragun

(31) Għall-finijiet ta' paragun ġust, u skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, ingħatat kunsiderazzjoni xierqa, f'forma ta' aġġustamenti, lid-differenzi dwar trasport fuq l-art, skontijiet u tnaqqis diferit, ġarr u tagħbija, trasport u l-ispejjes tal-kreditu, kommissjonijiet u assikurazzjoni li kellhom effett fuq il-prezz u l-paragun tal-prezzijiet.

(32) Fir-rigward ta' dan, għandu jiġi nnutat, madankollu, li, wara l-impożizzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping, il-volum u l-varjetà tat-tipi tal-MBĊ naqsu ħafna. Għalhekk, it-tipi tal-prodott simili mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu matul il-PI kienu paragunabbli biss ma' 10% tat-tipi esportati direttament mir-RPĊ mill-uniku produttur esportatur li kien qiegħed jikkoopera. Waqt li, fl-investigazzjoni oriġinali l-paragun kien imsejjes fuq 75% tal-volum totali ta' bejgħ. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira ta' l-esportazzjoni diretta mir-RPĊ matul il-PI ta' din l-investigazzjoni kienu jkopru "oqsma niċċa" bħalma huma l-MBĊ bi 17 u 23 ċirku soġġetti għall-PMI.

(f)Marġini ta' dumping

(33) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju aġġustat ġie ppargunat mal-prezz medju ta' esportazzjoni aġġustat, fl-istess livell ta' kummerċ. Il-paragun wera' li ma kienx hemm dumping.

(g)Konklużjoni dwar id-dumping

(34) Fir-rigward tal-prattiċi tad-dumping, ma nstab l-ebda dumping min-naħa tal-WWS, il-produttur esportatur Ċiniż li kien qiegħed jikkoopera. Madankollu, il-volum ta' bejgħ bl-esportazzjoni mill-WWS dirett lejn il-Komunità waqt il-PI ta' din l-investigazzjoni kien anqas, b'mod apprezzabbli, minn dak identifikat waqt l-investigazzjoni oriġinali. L-esportazzjoni diretta mir-RPĊ mill-WWS kienu, barra minn hekk, iċċentrati fin-naħa ta' fuq tal-gamma tal-MBĊ, b'mod partikolari l-mudelli bi 17 u 23 ċirku soġġetti għal dazju f'forma ta' PMI (ara l-punt (32) hawn fuq). Dan ifisser, effettivament, li ma tħallas kważi l-ebda dazju ta' kontra d-dumping fuq din l-importazzjoni. Dan ir-riżultat ma jistgħax jiġi pparagunat mal-marġini tad-dumping ikkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali għaliex ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-marġini tad-dumping għall-mudelli tal-MBĊ soġġetti għal dazju ta' kontra d-dumping, li kienu l-mudelli li l-aktar li jimxu fis-suq tal-Komunità u li ma ġewx esportati direttament mir-RPĊ matul il-PI ta' din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, f'termini ta' volum ta' bejgħ, seta' jsir biss paragun bejn il-bejgħ tal-prodott simili mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu u l-mudelli li ffurmaw 10% tal-bejgħ mir-RPĊ lill-Komunità. Fid-dawl ta' dan kollu, ġie meqjus li ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni ċara dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping.

3. Rikorrenza tad-dumping

(35) Fin-nuqqas ta' konklużjoni ċara dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-kwistjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping ġiet investigata.

(36) F'dan ir-rigward, l-elementi li ġejjin ġew analizzati: (a) il-kapaċità żejda u l-investimenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi; (b) l-aġir tal-produttur esportatur Ċiniż, li kien qiegħed jikkoopera, fis-swieq ta' pajjiżi terzi; (ċ) l-istruttura, bħala volum u prezzijiet, ta' l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, lejn pajjiżi terzi mill-kumpaniji li ma kienux qegħdin jikkooperaw.

(a)Kapaċità żejda u investimenti

(37) Ta' min jiftakar li, fl-assenza tal-kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi barra l-WWS, l-ebda informazzjoni li tirrigwarda l-produzzjoni fir-RPĊ, kapaċità ta' produzzjoni żejda, u bejgħ fis-suq Ċiniż ma kienet disponibbli, ħlief dwar il-produttur li kien qiegħed jokkoopera.

(38) Il-kapaċità ta' produzzjoni tal-kumpanija li kienet qegħda tikkoopera baqgħet stabbli mill-1999 sal-PI. Madankollu, ġaladarba l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat naqset bi 28% bejn l-1999 u l-PI, huwa probabbli li l-produttur esportatur li qiegħed jikkoopera għandu kapaċità ta' produzzjoni mhux użata apprezzabbli, jiġifieri terz tal-kapaċità totali tiegħu. Konsegwentament, dan il-produttur jista' malajr iżid il-produzzjoni u jidderiġiha lejn kwalunkwe suq ta' esportazzjoni, inkluż is-suq tal-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-kapaċità mhux użata tal-produttur esportatur wieħed li qiegħed jikkoopera hija kapaċi tissodisfa, bejn wieħed u ieħor, nofs il-konsum tal-Komunità. Huwa raġonevoli li jiġi wkoll assumat li l-produtturi Ċiniżi l-oħrajn ukoll għandhom kapaċità żejda apprezzabbli, billi t-total ta' l-esportazzjoni Ċiniża naqset u ma hemm l-ebda tagħrif li juri li l-kapaċità fir-RPĊ naqset.

(39) Ġie nnotat li l-kumpanija li kienet qegħda tikkoopera żammet livell għoli ta' investiment fil-makkinarju u t-tagħmir mill-1999 sal-PI, għalkemm kien hemm tnaqqis bil-mod.

(b)Aġir tal-produttur esportatur Ċiniż li kien qiegħed jikkoopera fis-swieq ta' pajjiżi terzi

(40) Il-bejgħ b'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (eskluża l-Komunità) mill-kumpanija li kienet qegħda tikkoopera naqsu bi 8% bħala volum mis-sena 2000 sal-PI. Il-prezz medju tagħha għall-pajjiżi terzi naqas bi 12% matul l-istess perijodu.

(ċ)Aġir tal-kumpaniji Ċiniżi li ma kienux qegħdin jikkooperaw (volum u prezzijiet)

(41) Fir-rigward tal-kumpaniji li ma kooperawx f'din l-investigazzjoni, is-sejbiet kellhom ikunu msejsa fuq il-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fl-assenza ta' ebda kooperazzjoni, statistiċi Amerikani u Ċiniżi ġew ikkonsultati sabiex jiġu stabbiliti l-volumi u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi oħra. Anki jekk il-volum assolut ta' l-esportazzjoni Ċiniża hija differenti skond is-sors tat-tagħrif, iż-żewġ statistiċi jikkonfermaw li kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjoni tal-MBĊ miċ-Ċina fil-perijodu bejn is-sena 1999 u l-PI fid-dinja kollha. Skond l-istatistiċi Ċiniżi, il-volum tal-MBĊ esportati fis-sena 1999 lejn is-suq dinji kien ta' madwar 662 miljun biċċa, li naqas għal 523 miljun biċċa matul il-PI. Il-press ta' esportazzjoni medju, għalkemm ikopri tipi varji ta' prodotti bi prezzijiet li jvarjaw ħafna, baqa', bejn wieħed u ieħor, stabbli matul l-istess perijodu. Kif imsemmi fil-punt (38), fl-assenza ta' tagħrif dwar tnaqqis ipotetiku fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kienux qegħdin jikkoperaw, huwa probabbli li għad għandhom kapaċità mhux użata sinifikanti. F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat li, jekk il-miżuri ta' kontra d-dumping jitħallew jiskadu, is-suq tal-Komunità jsir mira attraenti ħafna għall-esportaturi Ċiniżi li jerġgħu jibdew jesportaw lejn il-Komunità fi kwantitajiet konsiderevoli.

(42) B'żieda ma' dan, huwa importanti li jiġi nnutat li l-OLAF għamel investigazzjoni sabiex jiddetermina jekk l-MBĊ importati ddikjarati li kienu oriġinaw fit-Tajlandja kienux, fil-fatt, oriġinaw f'dak il-pajjiż jew, kif inhu allegat, kienu fil-verità ta' oriġini Ċiniż.

(43) Investigazzjonijiet mill-OLAF u l-Istati Membri kkonċernati kkonkludew li l-MBĊ ma kienux ta' oriġini Tajlandiż. L-investigazzjonijiet stabbilew ukoll li parti sostanzjali tat-traffiku kien ta' oriġini Ċiniż mhux preferenzjali u, għalhekk, soġġett għad-dazju ta' kontra d-dumping.

(44) F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li t-tipi tal-prodotti esportati via t-Tajlandja jinkludu l-mudelli tal-MBĊ li l-aktar li mbiegħu fis-suq tal-Komunità matul il-PI, aktar milli l-mudelli bi 17 u 23 ċirku mibjugħa direttament mir-RPĊ. Dan ippermetta li jsir paragun dwar l-aktar mudelli li jinbiegħu fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, sar paragun bejn l-MBĊ esportati mit-Tajlandja lejn il-Komunità u numru ta' tipi ta' prodotti komparabbli mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu. Ir-riżultati għandhom jiġu kkunsidrati b'ċerta kawtela, ġaladarba, fin-nuqqas ta' investigazzjoni sħiħa dwar l-importazzjoni tal-MBĊ mit-Tajlandja, il-kalkulazzjoni setgħet tkun imsejsa biss fuq offerta ta' prezz FOB f'Bangkok ipprovduta mill-industrija tal-Komunità għat-tipi ta' prodotti esportati mit-Tajlandja lejn il-Komunità waqt u wara l-PI. Madankollu, il-kalkulazzjoni dehret li turi li prezzijiet ta' l-esportazzjoni tal-MBĊ esportati mit-Tajlandja kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fuq is-suq domestiku Indjan u, għalhekk, ma jistgħax jiġi eskluż li dawn l-MBĊ imbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet ta' dumping.

(d) Investigazzjoni anti-absorption

(45) Barra minn hekk, ma għandux jintnesa' li, f'Ottubru tas-sena 2000, wara l-investigazzjoni oriġinali li imponiet dazju ta' 32.5% fuq il-WWS u 39.4% fuq il-kumpaniji Ċiniżi l-oħra kollha, investigazzjoni anti-absorption wasslet għal żieda fil-livell tad-dazju sa 51% fuq il-WWS u 78.8% fuq il-kumpaniji l-oħra kollha.

(e)Miżuri ta' ħarsien tal-kummerċ applikati minn pajjiżi terzi

(46) L-ebda pajjiżi terzi ma japplikaw miżuri ta' ħarsien tal-kummerċ fuq l-importazzjoni tal-MBĊ mir-RPĊ.

4. Konklużjoni

(47) L-investigazzjoni uriet li kemm il-produttur esportatur li qiegħed jikkoopera u, probabbilment, kemm iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra għandhom kapaċità żejda sostanzjali fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti ta' l-esportazzjoni tagħhom mis-sena 1999 sal-PI. Barra min hekk, il-kapaċità mhux użata tal-produttur esportatur wieħed li qiegħed jikkoopera hija kapaċi tissodisfa, bejn wieħed u ieħor, nofs il-konsum tal-Komunità.

(48) Il-konsum li jidher tal-Komunità waqt il-PI kien ta' madwar 270 miljun biċċa, li minnhom 5 miljuni biss ġew iddikjarati bħala li oriġinaw fir-RPĊ. Waqt il-PI ta' l-investigazzjoni oriġinali (l-1 ta' Ottubru 1994 sat-30 ta' Settembru 1995) il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw 126 miljun biċċa lejn il-komunità. Għalhekk, fid-dawl tal-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, huwa probabbli li l-importazzjoni mir-RPĊ lejn is-suq tal-Komunità jerga' jibda fi kwantitajiet sinifikanti jekk il-miżuri ta' kontra d-dumping jitħallew jiskadu. B'żieda mal-pressjoni fuq il-Kumpaniji Ċiniżi biex jesportaw fid-dawl tal-kapaċità żejda enormi li għandhom, din l-esportazzjoni probabbilment issir bi prezzijiet ta' dumping. Ċertament, għalkemm il-paragun għall-kumpanija li kienet qegħda tikkoopera ma weriex dumping, dan kien ibbażat fuq kampjun żgħir li mhux komparabbli mal-kalkulazzjoni dwar id-dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Min-naħa l-oħra, waħda mill-Kumpaniji Ċiniżi li ma kooperatx f'din l-investigazzjoni esportat l-MBĊ lejn il-Komunità via kumpanija relatata fit-Tajlandja. Il-kalkulazzjonijiet urew il-possibilità li dan il-bejgħ sar bi prezzijiet ta' dumping. Għalhekk, ma jistgħax jiġi eskluż li sena biss wara investigazzjoni ant-absorption, il-prattiċi tad-dumping komplew.

(49) Fuq il-bażi ta' dawn is-sejbiet u ġrajjiet, huwa probabbli li, f'każ li terġa' tibda l-esportazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi lejn l-UE, din l-esportazzjoni probabbilment tkun bi prezzijiet taħt il-valur normali. Konsegwentament, huwa mistenni li, fl-assenza tad-dazji li hemm fil-preżent, jerġa' jkun hemm dumping miċ-Ċina.

D. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(50) Matul il-PI, l-MBĊ kienu manufatturati fil-Komunità mill-produtturi li ġejjin:

- Krause Ringbuchtechnik GmbH, Espelkamp, il-Ġermanja

- SX Bürowaren Produktions- und Handels GmbH (sa November 2001 l-MBĊ kienu manufatturati minn by Koloman Handler AG), Vjenna, l-Awstrija

- Industria Meccanica Lombarda srl, Offanengo, l-Italja.

(51) L-ewwel żewġ produtturi huma l-applikanti u kkooperaw fl-investigazzjoni. L-produtturi fil-Komunità li kienu qegħdin jikkooperaw kienu jirrappreżentaw aktar minn 90% tal-produzzjoni totali tal-MBĊ fil-Komunità waqt il-PI. Għalhekk, dawn il-produtturi ġew meqjusa bħala li jirrappreżentaw l-industrija tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawn 'il quddiem jissejħu L-Industrija tal-Komunità'. Wara l-PI, dawn iż-żewġ kumpaniji saru parti mill-istess grupp ta' kumpaniji, iżda l-produzzjoni tagħhom inżammet fil-Komunità. Dan il-grupp ta' kumpaniji mhux relatat mal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

E. IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1. Konsum fis-suq tal-Komunità

(52) Ir-risposti għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Komunità li kienu qegħdin jikkooperaw intużaw sabiex jiġi stabbilit il-bejgħ tal-MBĊ mill-Industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Tagħrif ieħor disponibbli intgħuża wkoll fil-kalkulazzjoni tal-bejgħ tal-produttur ieħor fil-Komunità li mhux inkluż fid-definizzjoni ta' l-Industrija tal-Komunità.

(53) Fir-rigward ta' importazzjoni li toriġina fir-RPĊ u importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fit-Tajlandja, intużaw il-figuri ta' l-Eurostat bl-eċċezzjoni tal-figuri dwar l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fir-RPĊ matul il-PI, fejn intgħuża t-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur Ċiniż li kien qiegħed jikkoopera.

(54) Dwar l-importazzjoni li toriġina minn pajjiżi terzi oħra, il-figuri dwar l-importazzjoni li toriġina fl-Indja u l-Indonesja, bl-eċċezzjoni ta' dawk relatati mal-PI, ittieħdu mill-proċeduri ta' kontra d-dumping li jirrigwardaw dawn iż-żewġ pajjiżi. Intgħuża tagħrif Eurostat sabiex jiġi kkalkulat il-volum ta' importazzjoni mhux disponibbli fir-risposti għall-kwestjonarju jew fil-proċedimenti preċedenti. Dwar l-importazzjoni li toriġina fl-Ungerija, intużaw ir-risposti għall-kwestjonarju ta' wieħed mill-produtturi fil-Komunità li kien qiegħed jikkoopera. Fil-każ ta' pajjiżi terzi barra mill-Ungerija u l-pajjiżi msemmija f'dan il-punt, intgħuża t-tagħrif ta' l-Eurostat. Għandu jiġi nnutat li l-figuri ta' l-Eurostat kellhom jiġu kkonvertiti minn tunellati metriċi għal biċċiet.

(55) Fuq din il-bażi, il-konsum li jidher tal-Komunità naqas b'9% matul il-perijodu taħt kunsiderazzjoni, minn 297 miljun biċċa (il-figuri ġew aġġustati sal-miljun) fis-sena 1998 sa 270 miljun biċċa waqt il-PI. Il-figuri għas-snin 1999 u 2000 kienu 306 miljun biċċa u 316 miljun biċċa rispettivament.

2. Importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat

(a)Il-volum ta' l-importazzjoni u sehem fis-suq

(56) L-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mir-RPĊ naqset b'mod akut, minn 44 miljun biċċa fis-sena 1998 sa 24 miljun biċċa fis-sena 1999, sa 10 miljun biċċa fis-sena 2000 u sa 5 miljun biċċa waqt il-PI. Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina r-RPĊ naqas f'kull sena tal-perijodu taħt kunsiderazzjoni, minn 14.8% fis-sena 1998 sa 7.8% fis-sena 1999, sa 3% fis-sena 2000 u sa 1.9% waqt il-PI.

(b)L-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat

(57) Il-prezz medju ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mir-RPĊ żdied b'96% bejn is-sena 1998 (EUR 141) u l-PI (EUR 278). Ix-xejra 'l fuq tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mir-RPĊ tirrifletti l-influwenza akbar tat-tipi tal-prodotti li jqumu aktar soġġetti għal PMI (MBĊ bi 17 u 23 ċirku) aktar milli żieda reali fil-prezzijiet.

3. Importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mit-Tajlandja

(58) Aktar 'il fuq intqal li, skond is-sejbiet ta' l-investigazzjoni OLAF, parti sostanzjali ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mit-Tajlandja kienet, fil-fatt, ta' oriġini Ċiniża. L-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mit-Tajlandja żdiedet minn miljun biċċa fis-sena 1998 sa 16 il-miljun biċċa fis-sena 1999, sa 17 il-miljun biċċa fis-sena 2000 u sa 20 miljun biċċa waqt il-PI. Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fit-Tajlandja żdied f'kull sena tal-perijodu taħt kunsiderazzjoni, minn 0.3% fis-sena 1998 sa 5.2% fis-sena 1999, sa 5.3% fis-sena 2000 u sa 7.4% waqt il-PI. Il-prezz medju ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fit-Tajlandja naqas b'9% fl-istess perijodu, minn EUR 100 għal EUR 91. Tagħrif aktar dettaljat disponibbli dwar l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fit-Tajlandja tirrigwarda l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid (resale) ta' distributur Ewropew tal-MBĊ importati via t-Tajlandja. Instab li dawn il-prezzijiet resale kienu, bħala medja, madwar 12% taħt il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità.

4. Il-qagħda ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità[9]

(a)Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(59) Il-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità naqset bi 17% matul il-perijodu kkunsidrat minn 100 (numru indiċi) fis-sena 1998 sa 91 fis-sena 1999, sa 89 fis-sena 2000 u sa 83 waqt il-PI. Id-deċiżjoni ta' Koloman Handler AG li titrasferixxi parti mill-produzzjoni tagħha fl-Ungerija tispjega t-tnaqqis fil-produzzjoni f'dik is-sena. Waqt il-PI, Koloman Handler AG iddikjarat stat ta' falliment u l-produzzjoni tagħha naqset b'mod sinifikanti matul it-tieni nofs tas-sena 2001.

(60) Il-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità naqset b'7% matul il-perijodu kkunsidrat. Fis-sena 1999 żdiedet sa 107 (numru indiċi) imbgħad niżlet sa 93 fis-sena 2000 bħala riżultat tad-deċiżjoni ta' Koloman Handler AG li titrasferixxi parti mill-produzzjoni tagħha fl-Ungerija. Il-kapaċità ta' produzzjoni saret stabbli matul il-PI.

(61) L-użu tal-kapaċità naqas minn aktar minn 80% fis-sena 1998 sa 70-75% fis-sena 1999, imbgħad żdied sa 76-80% fis-sena 2000 u reġgħa naqas sa 70-75% fil-PI.

(b)Stokks

(62) L-istokks ta' l-egħluq ta' l-industrija tal-Komunità waqgħu b'37% matul il-perijodu kkunsidrat, billi naqsu f'kull sena ta' dak il-perijodu. Il-fattur ewlieni li kkontribwixxa għal dan it-tnaqqis kien it-tnaqqis ta' l-attività ta' produzzjoni ta' Koloman Handler AG wara d-dikjarazzjoni ta' falliment. Il-tul ta' żmien li kien jinżamm l-istokk qabel jinbiegħ naqas b'għaxart ijiem matul il-perijodu kkunsidrat.

(ċ)Volum ta' bejgħ, sehem tas-suq u tkabbir

(63) Il-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqas bi 8% matul il-perijodu taħt kunsiderazzjoni, minn 119 miljun biċċa fis-sena 1998 sa' 109 miljun biċċa waqt il-PI. Il-bejgħ kien waqa' wkoll fis-sena 1999 sa 115 miljun biċċa u baqa' kważi fl-istess livell fis-sena 2000.

(64) Is-sehem tas-suq ta' l-Industrija tal-Komunità kiber xi ftit matul il-perijodu kkunsidrat, minn 40.1% fis-sena 1998 sa 40.4% fil-PI, għalkemm kien naqas b'mod sinifikanti fis-sena 1999 u 2000 sa 37.6% u 36.2% rispettivament.

(65) Waqt li l-konsum fil-Komunità naqas b'9% matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità naqas bi 8%. Min-naħa l-oħra, il-volum aggregat ta' l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mir-RPĊ u mit-Tajlandja naqas b'44% fil-perijodu kkunsidrat. L-industrija tal-Komunità, għalhekk, żiedet is-sehem tas-suq tagħha bi ftit, waqt li l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mir-RPĊ tilfet is-sehem fis-suq u l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina mit-Tajlandja żiedet is-sehem fis-suq.

(d)Prezzijiet u spejjeż

(66) Il-prezz tal-bejgħ medju aġġustat tal-MBĊ mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità lil klijenti mhux relatati naqas f'kull sena tal-perijodu kkunsidrat, minn EUR 206 għal kull elf biċċa fis-sena 1998 sa EUR 190 fis-sena 1999, sa EUR 177 fis-sena 2000 u sa EUR 174 fil-PI, jiġifieri b'16% matul il-perijodu kkunsidrat. Miżuri ta' kontra d-dumping mill-Indonesja ttieħdu biss f'Ġunju tas-sena 2002, jiġifieri ma jistgħax jiġi eskluż li MBĊ iddampjati mill-Indonesja setgħu kellhom effett fuq l-iżvilupp tal-prezz matul il-perijodu kkunsidrat.

(67) Il-prezz tal-bejgħ tal-materja prima prinċipali (strixxi ta' l-azzar u wajer ta' l-azzar) ma segwewx ix-xejra 'l isfel. Min-naħa l-oħra, il-prezz tax-xogħol għal kull unità, li jlaħħaq aktar minn tnejn minn ħamsa tal-prezz totali ta' kull unità, naqas b'mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat.

(e)Profitt

(68) Billi l-impatt ta' ċerti oġġetti li ma jirriflettux ir-rendiment regolari ta' xi negozju (speċjalment id-deprezzament ta' l-avvjament wara akkwiżizzjoni) kien sinifikanti, il-marġini ta' profitt ta' operazzjoni qabel id-deprezzament ta' l-avvjament kien meqjus bħala indikatur aħjar mill-marġini ta' profitt ta' qabel it-taxxa sabiex issir stima tal-livell ta' profitt ta' l-industrija tal-Komunità. L-industrija tal-Komunità kienet irreġistrat marġini ta' profitt ta' operazzjoni baxx fuq bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-Komunità. Il-livell ta' profitt tjieb minn 0-3% fis-sena 1998 sa 3.1%-6% fis-sena 1999 u mbagħad waqa' f'daqqa sa bejn 0% u -3% fis-sena 2000 u kien anqas minn -3% fil-PI. Dan ir-rendiment negattiv żgur li kkontribwixxa għall-fatt li ż-żewġ kumpaniji kkonċernati fallew: Koloman Handler AG f'Lulju tas-sena 2001 u Krause Ringbuchtechnik GmbH f'April tas-sena 2002 (jiġifieri ftit wara l-PI).

(f)Investimenti u l-kapaċità li jinstab il-kapital

(69) L-analiżi ta' l-investiment iffokat fuq l-investiment fl-impjant u l-makkinarju, li jirrappreżentaw aktar minn 90% ta' l-investiment totali fil-PI. L-investiment fl-avvjament ma ġiex ikkunsidrat ġaladarba ma jirriflettix ir-rendiment regolari ta' l-industrija tal-Komunità fuq medda ta' numru ta' snin, billi dak l-investiment kien ir-riżultat ta' akkwiżizzjoni li kienet xi ħaġa ta' darba. L-investiment fl-impjant u l-makkinarju naqas b'65% fil-perijodu kkunsidrat. Niżel sa 52 (numru indiċi) fis-sena 1999, sa 48 fis-sena 2000 u sa 35 fil-PI.

(70) Il-kapaċità ta' l-industrija tal-Komunità li ssib il-kapital kienet imfixkla min-nuqqas konsistenti ta' profitt.

(g)Profit mill-investiment

(71) Hekk kif il-valur ta' l-isħma sar negattiv fis-sena 2000 u ż-żewġ produtturi fil-Komunità ddikjaraw falliment, il-profitt fuq l-assi totali ("ROTA") intuża bħala mezz biex jitkejjel il-profitt fuq l-investiment. Ir-ROTA kien stabbli fis-sena 1998 u fis-sena 1999, bejn 0 u 3%, imbagħad waqa' f'daqqa sa bejn 0% u -5% fis-sena 2000 u kien anqas minn -10% fil-PI.

(h)Dħul u ħruġ ta' flus

(72) Analiżi tad-dħul u l-ħruġ tal-flus nett simplifikat waqt in-negozju, jiġifieri l-profitti waqt l-operazzjoni flimkien mad-deprezzament (inkluż id-deprezzament ta' l-avvjament), juri li x-xejra hija l-istess bħal dik tal-marġini ta' profitt ta' l-operazzjoni. Id-dħul u ħruġ ta' flus żdied minn 100 (numru indiċi) fis-sena 1998 sa 126 fis-sena 1999 u mbagħad niżel f'daqqa sa 62 fis-sena 2000 u sa -65 fil-PI.

(i)Impjiegi, produttività u pagi

(73) L-impjiegi (unità full time) naqsu f'kull sena tal-perijodu kkunsidrat, minn 100 (numru indiċi) fis-sena 1998 sa 86 fis-sena 1999, sa 82 fis-sena 2000 u sa 77 fil-PI.

(74) Il-produttività, imkejla fuq kull elf biċċa kull impjegat, tjiebet bi 8% matul il-perijodu kkunsidrat, waqt li l-prezz tax-xogħol għall kull unità prodotta, imkejjel f'EUR għal kull kg, naqas bi 12% fl-istess perijodu.

(j)Dimensjoni tal-marġini tad-dumping attwali

(75) Ma hemm l-ebda sejbiet ta' dumping attwali waqt il-PI f'importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fir-RPĊ billi s-sejbiet dwar din l-importazzjoni jirrigwardaw gamma zgħira u mhux rappreżentattiva tal-MBĊ. Barra minn hekk, ma setgħet issir l-ebda determinazzjoni sħiħa tad-dumping dwar l-importazzjoni ddikjarata bħala li toriġina fit-Tajlandja minħabba nuqqas ta' investigazzjoni dwar id-dumping (l-investigazzjoni OLAF kienet tirrigwarda d-determinazzjoni ta' l-oriġini u ma kienetx relatata mal-kwistjoni tad-dumping). Għalhekk, ma setgħa jkun hemm l-ebda konklużjoni dwar il-kobor tal-marġinu tad-dumping attwali.

5. Konklużjoni

(76) L-industrija tal-Komunità baqgħet f'qagħda prekarja matul il-perijodu kkunsidrat. Dan jidher mill-profitt li jonqos (jew, fi kliem ieħor, mit-telf li jikber wara s-sena 1999) fuq volum ta' bejgħ iżgħar bi prezzijiet ta' unità aktar baxxi.

(77) Il-qagħda prekarja ta' l-industrija tal-Komunità waqt il-PI hija r-riżultat ta' diversi avvenimenti fil-passat, bħal: (i) dumping ta' importazzjoni li oriġinat fir-RPĊ sa l-impożizzjoni ta' miżuri f'Jannar tas-sena 1997; (ii) l-absorption ta' dawn il-miżuri kif determinat f'Ottubru tas-sena 2000; (iii) dumping ta' importazzjoni li oriġinat fl-Indonesja sa l-impożizzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping f'Ġunju tas-sena 2002; (iv) l-evażjoni permezz tat-Tajlandja (investigazzjoni OLAF). Barra minn hekk, wara investigazzjoni dwar l-evażjoni, il-miżuri ta' kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 119/97 ġew estiżi fuq l-importazzjoni kkonsenjata mill-Vjetnam (ara l-punt (4)). Dan juri li, waqt il-perijodu kkunsidrat, l-industrija tal-Komunità dejjem sofriet mid-dumping u qatt ma kellha l-opportunità li tirkupra. It-tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Komunità kien limitat u ma jistgħax, għalhekk, jispjega l-qagħda prekarja ta' l-industrija tal-Komunità.

F. PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAD-DANNU

1. L-impatt fuq l-industrija tal-Komunità taż-żieda mistennija fid-dumping

(78) Fil-PI ta' l-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri matul il-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1994 u t-30 ta' Settembru 1995), il-produtturi esportaturi Ċiniżi biegħu 126 miljun biċċa fis-suq tal-Komunità (il-bejgħ tal-WWS laħħaq sa tnejn minn ħamsa ta' dan il-volum). Fis-sena 2001, il-PI ta' din l-investigazzjoni, huma biegħu 5 miljun biċċa ddikjarati bħala li oriġinaw mir-RPĊ. Il-fatti li hemm kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ (waqt li l-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi qegħda tonqos fil-volum) u li l-aġir tal-produtturi esportaturi Ċiniżi wera, b'mod konsistenti, li huma lesti li jbiegħu bi prezzijiet ta' dumping u dannużi sabiex jirbħu sehem mis-suq, jindikaw b'mod ċar li teżisti probabbilità ta' rikorrenza ta' dumping dannuż permezz ta' l-importazzjoni li toriġina mir-RPĊ jekk il-miżuri ta' kontra d-dumping jiskadu.

(79) Il-Komunità hija l-uniku suq fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi għad jistgħu jkabbru s-sehem tagħhom, billi s-swieq l-oħra huma ġa fornuti minn produtturi Ċiniżi jew produtturi f'pajjiżi terzi kkontrollati minn produtturi Ċiniżi. Il-preżenza ta' l-industrija tal-Komunità mhix sinifikanti fl-aktar swieq importanti barra l-Komunità fejn il-biċċa l-kbira tal-MBĊ mibjugħa huma manufatturati fir-RPĊ jew minn kumpaniji kkontrollati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjoni kkonċernata wisq probabbli tiżdied b'mod sinifikanti, kif issuġġerit mill-analiżi ta' l-investigazzjoni anti-absorption, jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu. Jekk il-WWS kienet kapaċi tassorbi parti sinifikanti mid-dazju ta' kontra d-dumping ta' 32.5% imposta fuqha u l-kumpaniji Ċiniżi għamlu l-istess bid-dazju ta' 39.4% impost fuqhom, huwa probabbli ħafna li, fl-assenza ta' miżuri ta' kontra d-dumping, dawn ikunu f'pożizzjoni li jżidu l-pressjoni qawwija l-isfel li qegħdin jeżerċitaw fuq il-prezzijiet tal-MBĊ mibjugħa fil-Komunità.

(80) Ma għandux jintnesa li l-prezz medju tal-MBĊ iddikjarati bħala li joriġinaw fit-Tajlandja niżel b'9% matul il-perijodu kkunsidrat u paragun bejn il-prezz tal-bejgħ medju ta' distributur Ewropew tal-MBĊ ddikjarat li joriġinaw mit-Tajlandja u l-prezz tal-bejgħ medju aġġustat ta' l-industrija tal-Komunità wera li ta' l-ewwel kien madwar 12% anqas minn ta' l-aħħar.

(81) Fir-rigward ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra, l-Ungerija saret parti mill-Komunità mill-1 ta' Mejju 2004. Fil-każ ta' l-Indja u l-Indonesja, il-produtturi esportaturi fiż-żewġ pajjiżi huma kkontrollati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Jekk il-miżuri dwar l-importazzjoni li toriġina fir-RPĊ jiskadu, l-inċentiv għall-esportazzjoni mill-Indja u l-Indonesja lejn il-Komunità jonqos, għax huwa probabbli li, f'dan il-każ, ikun hemm żieda qawwija fl-importazzjoni ddumpjata direttament mir-RPĊ.

(82) Minħabba l-qagħda ġa prekarja ta' l-industrija tal-Komunità, iż-żieda sostanzjali, imsemmija hawn fuq, fl-importazzjoni mir-RPĊ bi prezzijiet ta' dumping flimkien ma' tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet (undercutting) bla dubju jkollhom konsegwenzi serji fuq l-industrija tal-Komunità. Fil-fatt, u wkoll fid-dawl ta' l-esperjenzi fir-rigward ta' investigazzjonijiet preċedenti ta' kontra d-dumping u kontra s-sussidji fir-rigward tal-MBĊ, huwa probabbli ħafna li t-tmiem tal-miżuri dwar l-importazzjoni tal-MBĊ li joriġinaw mir-RPĊ iwassal għal deterjorazzjoni ulterjuri u materjali fil-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità.

2. Konklużjoni dwar il-probabbilità ta' rikorrenza tad-dannu

(83) Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa probabbli li t-tmien tal-miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tal-MBĊ li joriġinaw mir-RPĊ jirriżulta f'żieda qawwija fil-volum ta' din l-importazzjoni lejn il-Komunità, ikkombinata ma' tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ. Għandu jiġi nnutat li l-biċċa l-kbira tal-prodotti fis-suq tal-MBĊ huma standardizzati u l-kompetizzjoni l-aktar li sseħħ hija f'termini ta' prezzijiet.

(84) F'dan il-kuntest, fid-dawl tas-sejbiet dwar il-qagħda tas-suq tal-Komunità, huwa għalhekk probabbli li żieda fil-volum ta' l-importazzjoni bi prezzijiet baxxi ta' dumping twassal għal waqa' fil-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità. Dan iwassal għal deterjorazzjoni ulterjuri tal-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità. Il-konsegwenzi probabbli għall-industrija tal-Komunità jkunu l-falliment u l-għeluq ta' l-uniku impjant li baqagħlha.

(85) It-tmien tal-mużuri jneħħi l-aktar barriera importanti li żżomm il-produtturi esportaturi Ċiniżi milli jbiegħu fis-suq tal-Komunità bi prezzijiet ta' dimping dannużi.

(86) Għalhekk, huwa konkluż li teżisti probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu kkawżat mid-dumping ta' l-importazzjoni li toriġina fir-RPĊ.

G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Introduzzjoni

(87) Ġie mistħarreġ jekk kienux jeżistu raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li jiġġeddu l-miżuri fis-seħħ ta' kontra d-dumping. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, l-impatt tat-tiġdid tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti f'dan il-proċess u l-konsegwenzi tat-tmiem tal-miżuri ġew ikkunsidrati fuq il-bażi ta' l-evidenza kollha sottomessa.

(88) Sabiex issir stima ta' l-impatt taż-zamma tal-miżuri, il-partijiet kollha li kellhom interess ingħataw l-opportunità li jressqu l-veduti tagħhom skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. Kienu biss il-produtturi fil-Komunità li kienu qegħdin jikkooperaw u żewġ importaturi mhux relatati li wieġbu għall-kwestjonarju. Tliet kumpaniji li jużaw il-prodott għamlu xi kummenti, iżda la wieġbu għall-kwestjonarju u lanqas ma pprovdew evidenza sabiex jissostanzjaw il-kummenti tagħhom.

(89) L-Artikolu 21(7) tar-Regolament bażiku jesiġi li għandu jingħata każ tat-tagħrif biss meta dan ikun appoġġjat b'evidenza attwali li tipprova l-validità tiegħu. F'dan il-kuntest, ma kienx possibbli li jkun hemm xi konklużjoni fuq il-bażi tal-kummenti tal-kumpaniji li jużaw il-prodott li ssuġġerew li ma kienx fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri ta' kontra d-dumping bill dawn ma kienux sostanzjati

(90) F'dawk li huma l-effetti tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti preċedentement, kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-importazzjoni ddikjarata bħala ta' oriġini mir-RPĊ, speċjalment wara ż-żieda fil-miżuri wara s-sejbiet dwar l-absorption, flimkien ma' żieda sostanzjali fl-importazzjoni li oriġinat jew ġiet ddikjarata li oriġinat f'pajjiżi terzi oħra.

2. L-interessi ta' l-industrija tal-Komunità

(91) Il-grupp ta' kumpaniji li fih jappartjenu l-applikanti huwa l-uniku produttur tal-MBĊ fil-Komunità bi produzzjoni apprezzabbli. Qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn importazzjoni dannuża minn pajjiżi terzi bi prezzijiet baxxi, ħafna drabi iddumpjata u ssussidjata għada ta' theddida. Huma rristrutturaw l-operat tagħhom wara li ddikjaraw falliment, iżda dan ma kienx bizzejjed biex jevitaw aktar proċeduri ta' falliment fl-aħħar kwart tas-sena 2003. L-industrija tal-Komunità qegħda tagħmel sforz sabiex tibni negozju sod li kapaċi jikkompeti mal-produtturi esportaturi Ċiniżi fuq bażi dinjija. It-tmiem tal-miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjoni li toriġina mir-RPĊ jista' jimmina serjament dik l-istrateġija, billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi urew fil-passat li lesti li jniżżlu l-prezzijiet sal-livelli ta' dumping bl-għan li jirbħu sehem fis-suq. Meta jitqies li l-effetti tal-miżuri fis-seħħ ġew parzjalment imminati bil-prattiċi ta' assorbiment u b'importazzjoni ddumpjata jew issussidjata mill-Indonesja, it-tmiem possibbli ta' tali miżuri probabbilment jirrendi impossibbli l-isforzi ta' ristrutturar ta' l-industrija tal-Komunità li għaddejjin fil-preżent .

(92) L-industrija tal-Komunità għandha tradizzjoni twila, iżda huwa probabbli li ma tibqax teżisti jekk l-isforzi ta' ristrutturar li għaddejjin fil-preżent ifallu. Robert Krause GmbH & Co. KG ddikjaraw falliment f'Jannar 1998. Is-suċċessur tagħha, Krause Ringbuchtechnik GmbH, ta' Wilhelm vom Hoffe Drahtwerke GmbH minn Ġunju 1998, iddikjarat falliment f'April 2002. Wara li akkwistaw l-assi u assumew il-personàl ta' din ta' l-aħħar, Ringbuchtechnik Produktionsgesellschaft GmbH probabbilment ma terġax tibda l-produzzjoni wara li applikat biex tiftaħ proċeduri ta' falliment. SX Bürowaren Produktions- und Handels GmbH qegħda tkompli t-tradizzjoni ta' Koloman Handler AG. Falliment ieħor, probabbilment, ikun ifisser it-tmiem ta' l-industrija tal-Komunità. Jekk l-industrija tal-Komunità tieqaf milli tipproduċi l-MBĊ, il-kapaċitajiet akkumulati matul aktar minn seklu u l-impjiegi li għad fadal jintilfu.

(93) It-tiġdid tal-miżuri, probabbilment jagħmluha possibbli li l-industrija tal-Komunità tkabbar is-sehem tagħha fis-suq, tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura għal kull unità u żżid il-profitti. Il-prezzijiet, probabbilment, ma jinbidlux b'mod sinifikanti, iżda l-volum tal-bejgħ jista' jikber b'mod sostanzjali. Ir-ristrutturar ta' l-industrija tal-Komunità huwa maħsub sabiex jagħti spinta lill-pożizzjoni ta' kompetittività, jippermetti ppjanar aħjar dwar liema tipi ta' MBĊ għandhom jiġu prodotti, issaħħaħ il-pożizzjoni waqt negozjar mal-fornituri tagħha u jkun hemm organizzazzjoni aħjar (streamlining) tal-qasam kummerċjali. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-ispejjeż. L-industrija tal-Komunità hija vijabbli, billi anki wara diversi fallimenti għadha kapaċi tissuplixxi parti sostanzjali mis-suq tal-Komunità, b'mod partikolari, flimkien mas-sit ta' produzzjoni li qegħda fl-Ungerija, li saret parti mill-produzzjoni tal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004.

(94) L-akkwist ta' Benson's, kumpanija li ilha żmien twil tinnegozja l-MBĊ ma' kumpaniji fl-Olanda, Singapore, ir-Renju Unit u l-Amerika, juri biċ-ċar ir-rieda ta' l-industrija tal-Komunità li ttejjeb l-aċċess tagħha għas-suq fuq bażi dinjija u s-serjetà ta' l-isforzi tagħha biex twettaq ir-ristrutturar.

(95) Wara l-espożizzjoni, tqajmu żewġ kwistjonijiet prinċipali. L-ewwel, il-possibilità ta' abbuż minn pożizzjoni dominanti mill-industrija tal-Komunità. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda proċedimenti kontra l-monopolju fil-konfront tal-kumpaniji kkonċernati.

(96) It-tieni, kien hemm allegazzjoni li l-industrija tal-Komunità issa hija relatata ma' esportatur Ċiniż u li Bensons, l-importatur li issa jagħmel parti mill-grupp ta' l-industrija tal-Komunità, huwa distributur esklussiv tal-prodotti mibjugħa mil-WWS, esportatur Ċiniż li jikkontrolla wkoll il-produzzjoni fl-Indja.

(97) Instab li jeżisti ftehim ta' fornitura bejn Bensons u l-WWS li, fil-bidu, ħaseb għat-trasferiment tad-Drittijiet għall-Propjeta Intellettwali mill-WWS għal Bensons u t-trasferiment ta' xi ishma ta' Bensons lill-WWS. Dawn it-trasferimenti, iżda, ma seħħewx. Il-ftehim ta' fornitura ma jaħseb għall-ebda esklussività bejn Bensons u l-WWS, iżda jistipula li Bensons tingħata prijorità li tkun distributur esklussiv jekk ċertu fornitur iwaqqaf l-attività. Għaldaqstant, ir-relazzjoni allegata ma tistgħax tiġi kkonfermata.

3. L-interessi ta' l-importaturi

(98) L-uniċi żewġ importaturi mhux relatati li kienu qegħdin jikkooperaw ġew akkwistati minn SX Bürowaren Produktions- und Handels GmbH f'Awwissu 2002, biex b'hekk saru relatati ma' l-industrija tal-Komunità wara l-PI. Normalment, avvenimenti wara l-PI ma jiġux ikkunsidrati. Madankollu, billi din l-akkwiżizzjoni hija avveniment sinifikanti u li jdum fit-tul għandha, f'dan il-każ, tiġi kkunsidrata. L-interessi ta' dawn l-imporaturi huma, issa, l-istess bħal dawk ta' l-industrija tal-Komunità minħabba l-fatt li issa huma kollha kumpaniji relatati.

(99) L-ebda importaturi oħra mhux relatati ma kkooperaw fl-investigazzjoni. Dan jindika li, għalkemm kien hemm il-miżuri fis-seħħ, l-importaturi relatati l-oħra ma ġewx effettwati b'mod sinifikanti b'dawn il-miżuri.

4. L-interessi ta' kumpaniji li jużaw il-prodott

(100) L-ebda kumpanija li tuża l-prodott ma kkooperat fl-investigazzjoni. Dan jindika li, għalkemm kien hemm il-miżuri fis-seħħ, il-kumpaniji li jużaw il-prodott ma ġewx effettwati b'mod sinifikanti b'dawn il-miżuri. Il-qagħda tal-kumpaniji li jużaw il-prodott, għalhekk, mhux probabbli li tmur għall-agħar bħala riżultat tat-tiġdid tal-miżuri ta' kontra d-dumping.

(101) Fil-perijodu kkunsidrat, xi manufatturi tal-binders naqqsu l-produzzjoni jew għalqu l-impjanti fil-Komunità. F'ċerti każi, mexxew jew espandew il-kapaċità ta' produzzjoni barra mill-Komunità, il-biċċa l-kbira fil-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant. Ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet ta' dawn il-kumpaniji li jużaw il-prodott kienu, l-biċċa l-kbira, immotivati minn prezzijiet tax-xogħol aktar baxxi u l-prossimità ta' dawk il-pajjiżi mas-suq tal-Komunità, flimkien mal-prospett li dawn il-pajjiżi jsiru membri fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Il-prezzijiet tal-MBĊ mibjugħa mill-industrija tal-Komunità segwew xejra 'l isfel u MBĊ importati bi prezzijiet baxxi mill-Indja, l-Indonesja u t-Tajlandja, mhux soġġetti għal dazji ta' kontra d-dumping, kienu fis-suq wqat il-perijodu kkunsidrat.

(102) Għandu jiġi enfasizzat li, jekk l-industrija tal-Komunità ma tibqgħax teżisti, il-kumpaniji li jużaw il-prodott isiru dependenti kważi għal kollox fuq l-importazzjoni li toriġina mir-RPĊ u/jew l-importazzjoni minn sussidjarji Ċiniżi f'pajjiżi oħrajn. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv biex iżidu l-prezzijiet b'mod sostanzjali fis-swieq barra r-RPĊ, li jista' jipperikola b'mod serju l-kompetittività ta' l-industriji li jużaw il-prodott. L-industrija tal-Komunità ma għandhiex interess li jkun hemm politika ta' prezzijiet li tikkontribwixxi għall-falliment tal-manufatturi tal-binders fil-Komunità, għax b'hekk tkun f'qagħda ħafna aktar dgħajfa meta tkun qegħda tikkompeti barra mill-Komunità ma' produtturi esportaturi Ċiniżi u s-sussidjarji tagħhom.

(103) Jekk il-miżuri jiġġeddu, ikun hemm sors alternattiv ta' provvista. Ta' min jinnota li l-miżuri attwali ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjoni li toriġina mir-RPĊ ma wasslitx għal xi skarsezzi ta' MBĊ impurtati fis-suq tal-Komunità.

5. L-interessi ta' l-industrija bażika (upstream industry)

(104) Il-fornituri tal-wajer ta' l-azzar u strixxi ta' l-azzar ibigħu persentaġġ negliġibbli mill-produzzjoni tagħhom lill-industrija tal-Komunità u, bħala tali, mhux effettwati mill-eżitu ta' dan il-proċess. L-ebda wieħed minnhom ma resaq 'il quddiem bħala parti li għandha interess.

6. Effetti li jgħawwġu l-kompetizzjoni u l-kummerċ

(105) Fir-rigward ta' l-effetti tat-tmiem possibbli tal-miżuri fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità, ta' min jinnota li hemm biss ftit produtturi tal-MBĊ fid-dinja kollha, il-biċċa l-kbira minnhom Ċiniżi jew ikkontrollati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Jekk il-ftit produtturi mhux ikkontrollati minn kumpaniji Ċiniżi li għad fadal ma jibqgħux joperaw dan ikollu effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità.

7. Konklużjoni dwar l-interessi tal-Komunità

(106) Il-fatturi u l-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq iwasslu għall-konklużjoni li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri ta' kontra d-dumping li jeżistu fil-preżent.

H. MIŻURI TA' KONTRA D-DUMPING

(107) Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, huwa meqjus li, kif ipprovdut fl-Artikoli 11(2) u 11(6) tar-Regolament bażiku, il-miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tal-MBĊ li joriġinaw mir-RPĊ imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 119/97, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 2100/2000, għandhom jinżammu.

(108) Minħabba t-tul ta' żmien ta' l-investigazzjoni, huwa meqjus xieraq li l-miżuri jkunu limitati għal erba' snin,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Tariffa definittiva ta' kontra d-dumping hija b'dan imposta fuq l-importazzjoni ta' ċerti mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki, li jistgħu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi CN ex 8305 10 00, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki jikkonsistu minn żewġ pjanċi jew wajers ta' l-azzar rettangolari b'mill-anqas erba' nofs-ċrieki tal-wajer ta' l-azzar imwaħħla magħhom u li huma miżmuma flimkien permezz ta' għatu ta' l-azzar. Ikunu jistgħu jinfetħu jew billi jinġibdu n-nofs ċrieki jew permezz ta' mekkaniżmu ta' l-azzar forma ta' grillu żgħir imwaħħal mal-mekkaniżmi tal-binders biċ-ċrieki.

2. Ir-rata definittiva tat-tariffa applikabbli fuq il-prezz nett u bit-trasport u l-assikurazzjoni mħallsa, fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tkun kif ġej:

(a) għall-mekkaniżmi li għandhom 17 jew 23 ċirku (Kodiċi TARIC 8305 10 00 21, 8305 10 00 22 u 8305 10 00 29), l-ammont tat-tariffa jkun ugwali mad-differenza bejn il-prezz minimu ta' importazzjoni ta' EUR 325 għal kull 1000 biċċa u l-prezz nett, bit-trasport u l-assikurazzjoni mħallsa fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju,

(b) għall-mekkaniżmi barra minn dawk li għandhom 17 jew 23 ċirku (Kodiċi TARIC 8305 10 00 11, 8305 10 00 12 u 8305 10 00 19)

+++++ TABLE +++++

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet dwar id-dazju tad-dwana fis-seħħ japplikaw.

Artikolu 2

Dan id-dazju ta' kontra d-dumping għandu jkun impost għal perijodu ta' erba' snin mid-daħla fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nr. 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

[2] ĠU L 22, 24.1.1997, p. 1.

[3] ĠU L 250, 5.10.2000, p. 1.

[4] ĠU L 150, 8.6.2002, p. 1 u p. 17.

[5] ĠU L 232, 1.7.2004, p. 1.

[6] ĠU L 127, 29.4.2004, p. 67.

[7] ĠU Ċ 122, 25.4.2001, p. 2.

[8] ĠU Ċ 21, 24.1.2002, p. 25.

[9] Id-data hija mogħtija forma ta' numri indiċi (1998 = 100) jew bħala medda sabiex tinżamm il-privatezza.

Top