EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42007D0266

2007/266/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tal- 25 ta’ April 2007 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 114, 1.5.2007, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/266/oj

1.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 114/26


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

tal-25 ta’ April 2007

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/266/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi:

Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Bo Vesterdorf, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sal-31 ta' Awissu 2010,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Sten Frimodt Nielsen qed jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-17 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awissu 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007.

Il-President

W. SCHÖNFELDER


Top