EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42006X1227(01)R(01)

Corrigendum għar-Regolament Nru 17 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sedili, l-ankraġġ tagħhom u kull ilqugħ protettiv tar-ras ( ĠU L 373, 27.12.2006 )

ĠU L 121, 11.5.2007, p. 3–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/17(2)/corrigendum/2007-05-11/oj

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 121/3


Corrigendum għar-Regolament Nru 17 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) -dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sedili, l-ankraġġ tagħhom u kull ilqugħ protettiv tar-ras

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 373, tas-27 ta' Diċembru 2006 )

Ir-Regolament Nru 17 għandu jaqra hekk:

Regolament Nru 17 tal-Kummissjoni Ekonomika ghall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) -dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sedili, l-ankraġġ tagħhom u kull ilqugħ protettiv tar-ras

Reviżjoni 4

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta' emendi 07 – Data tad-dħul fis-seħħ: 6 ta' Awwissu 1998

Supplement 1 għas-serje ta' emendi 07 – Data tad-dħul fis-seħħ: 17 ta' Novembru 1999

Supplement 2 għas-serje ta' emendi 07– Data tad-dħul fis-seħħ: 13 ta' Jannar 2000

Korrezzjoni 1 għas-serje ta' emendi 06 li hija soġġetta għan-Notifika tad-Depożitarju C.N.655.1999. TRATTATI-1 datat 19 ta' Lulju 1999

Korrezzjoni 1 għas-serje ta' emendi 07 li hija soġġetta għan-Notifika tad-Depożitarju C.N.425.2000. TRATTATI - 1 datat 27 ta' Ġunju 2000

Korrezzjoni 1 għas-serje ta' emendi 07 li hija soġġetta għan-Notifika tad-Depożitarju C.N.814.2001. TRATTATI - 1 datat 23 ta' Awissu 2001

Korrezzjoni 1 għar-Reviżjoni 4 tar-Regolament, soġġetta għan-Notifika tad-Depożitarju C.N. 165.2004. TRATTATI-1 datat 4 ta' Marzu 2004

Korrezzjoni 2 għar-Reviżjoni 4 tar-Regolament, soġġetta għan-Notifika tad-Depożitarju C.N. 1035.2004. TRATTATI-1 datat 4 ta' Ottubru 2004

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament jgħodd għas-saħħa tas-sedili, għall-ankraġġi tagħhom u għall-ilqugħ protettiv tar-ras tagħhom, tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N, u għas-saħħa tas-sedili, għall-ankraġġi tagħhom u għall-ilqugħ protettiv tar-ras tagħhom, tal-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, mhux koperti bir-Regolament Nru 80, serje ta' emendi 01 (1)  (2).

Jgħodd ukoll għad-disinn tal-partijiet ta' wara tad-dahar tas-sedili (2) u għat-tagħmir maħsub li jipproteġi lill-okkupant mill-periklu li jirriżulta mill-ispostament tal-bagolli f’impatt minn quddiem, tal-vetturi tal-kategorija M1.

Ma jgħoddx għas-sedili li jintwew, li jħarsu lejn il-ġenb jew li jħarsu lura, jew għal kwalunkwe ilqugħ protettiv tar-ras imwaħħal fuq dawn is-sedili.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament

2.1.

“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-saħħa tas-sedili u l-ankraġġi tagħhom, id-disinn tal-partijiet ta' wara tad-dahar tas-sedili u l-karatteristiċi ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras tagħhom;

2.2.

“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet, il-materjali u l-massa tas-sedili, għalkemm is-sedili jistgħu jkollhom differenzi fil-kisi u l-kulur; id-differenzi mhux aktar minn 5 fil-mija fil-massa tat-tip approvat tas-sedil m’għandhomx jitqiesu sinjifikanti;

2.2.2.

it-tip u d-dimensjonijiet ta' l-aġġustament, is-sistemi ta' spostament u tas-sokor tad-dahar tas-sedil u s-sedili u l-partijiet tagħhom;

2.2.3

it-tip u d-dimensjonijiet ta' l-ankraġġi tas-sedili;

2.2.4.

id-dimensjonijiet, il-qafas, il-materjali u l-ikkuttunar ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, għalkemm jistgħu jkunu differenti fil-kulur u l-kisi tagħhom;

2.2.5.

it-tip u d-dimensjonijiet ta' l-aċċessorji ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras u l-karatteristiċi tal-parti tal-vettura li hija mwaħħla magħha l-ilqugħ protettiv tar-ras, fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras separat;

2.3.

“Sedil” tfisser struttura li tista’ jew ma tistax tkun integrali ma' l-istruttura tal-vettura sħiħa biż-żina, maħsub biex tpoġġi fuqu persuna waħda adulta. It-terminu jkopri kemm sedil individwali kif ukoll parti minn sedil bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna waħda adulta;

2.4.

“Sedil bank” tfisser struttura li tkun sħiħa biż-żina, maħsub biex tpoġġi fuqu aktar minn persuna waħda adulta;

2.5.

“Ankraġġ” tfisser is-sistema li biha l-assemblaġġ tas-sedil huwa mwaħħal mal-vettura, inklużi l-partijiet affettwati ta' l-istruttura tal-vettura;

2.6.

“Sistema ta' aġġustament” tfisser it-tagħmir li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jistgħu jkunu aġġustati għal pożizzjoni xierqa għall-morfoloġija ta' l-okkupant bil-qiegħda. Dan it-tagħmir jista’ b’mod partikolari, jippermetti:

2.6.1.

l-ispostament lonġitudinali;

2.6.2.

l-ispostament vertikali;

2.6.3.

l-ispostament angulari;

2.7.

“Is-sistema ta' l-ispostament” tfisser it-tagħmir li bih is-sedil jew parti waħda jew aktar jistgħu jiċċaqalqu u/jew iduru, mingħajr pożizzjoni fissa intermedja, biex ikun possibbli aċċess faċli mill-okkupanti għall-ispazju wara s-sedil konċernat;

2.8.

“Is-sistema ta' sokor” tfisser tagħmir li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni ta' l-użu;

2.9.

“Sedil li jintlewa” tfisser sedil awżiljarju maħsub għall-użu okkażjonali u normalment mitwi;

2.10.

“Il-pjan trasversali” tfisser il-pjan vertikali li huwa perpendikolari għall-pjan lonġitudinali medju tal-vettura;

2.11.

“Il-pjan lonġitudinali” tfiser pjan li huwa paralleli għall-pjan lonġitudinali medju tal-vettura;

2.12.

“Ilqugħ protettiv tar-ras” tfisser tagħmir li l-iskop tiegħu huwa li jillimita l-ispostament lura tar-ras ta' okkupant adult fir-rigward tat-torso sabiex jitnaqqas il-periklu ta' inġurja għall-vertebri ċervijali fil-każ ta' aċċident;

2.12.1.

“Ilqugħ protettiv tar-ras integrat” tfisser ilqugħ protettiv tar-ras li hija ffurmata mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sedil. L-ilqugħ protettiv tar-ras li jilħqu d-definizzjonijiet tal-paragrafi 2.12.2. jew 2.12.3. hawn taħt iżda li jistgħu biss jinqalgħu mis-sedil jew mill-istruttura tal-vettura bl-użu ta' l-għodda permezz ta' tneħħija parzjali jew sħiħa tal-kisi tas-sedil, jilħqu din id-definizzjoni;

2.12.2.

“Ilqugħ protettiv tar-ras li tinqala’” tfisser ilqugħ protettiv tar-ras li tikkonsisti f’komponent separabbli mis-sedil maħsuba biex tiddaħħal u tinżamm b’mod pożittiv fl-istruttura tad-dahar tas-sedil;

2.12.3.

“Ilqugħ protettiv tar-ras separat” tfisser ilqugħ protettiv tar-ras li tikkonsisti f’komponent li huwa separat mis-sedil maħsuba biex tiddaħħal u tinżamm b’mod pożittiv fl-istruttura tal-vettura;

2.13.

“Il-punt R” tfisser il-punt ta' riferenza bil-qiegħda kif definit fl-anness 3 ta' dan ir-Regolament;

2.14.

“Linja ta' referenza” tfisser il-linja fuq il-mannikin riprodott fl-anness 3, appendiċi, figura 1, ta' dan ir-Regolament.

2.15.

“Sistema tat-taqsim” tfisser partijiet jew tagħmir li, minbarra d-dahar tas-sedili, huma maħsuba biex jipproteġu lill-okkupanti mill-bagolli mċaqalqa; b’mod partikolari, sistema tat-taqsim tista’ tkun kostitwita minn xibka jew malja tal-ħadid li tinsab ’il fuq mil-livell tad-dahar tas-sedili fil-pożizzjoni tagħhom wieqfa jew mitwija ’l isfel. Il-ilqugħ protettiv tar-ras imwaħħal bħala tagħmir standard għall-vetturi mgħammra b’dawn il-partijiet jew dan it-tagħmir għandhom jitqiesu bħala parti mis-sistema tat-taqsim. Iżda, sedil mgħammar b’ilqugħ protettiv tar-ras m’għandux jitqies bħala sistema tat-taqsim waħdu.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

3.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fir-rigward tad-disinn tas-sedili, l-ankraġġi tagħhom, u s-sistemi tagħhom ta' l-aġġustament, l-ispostament u s-sokor;

3.2.1.1.

Deskrizzjoni dettaljata u/jew tpinġijiet tas-sistema tat-taqsim, jekk jgħodd.

3.2.2.

tpinġijiet, fuq skala xierqa u f’dettall suffiċjenti, tas-sedili, ta' l-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u s-sistemi tagħhom ta' l-aġġustament, l-ispostament u s-sokor.

3.2.3.

Fil-każ ta' sedil b’ilqugħ protettiv tar-ras li tinqala’:

3.2.3.1.

deskrizzjoni dettaljata ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, li tispeċifika b’mod partikolari n-natura tal-materjal jew materjali ta' l-ikkuttunar;

3.2.3.2.

deskrizzjoni dettaljata tal-post, tat-tip ta' appoġġ u l-aċċessorji biex l-ilqugħ protettiv tar-ras jitwaħħal fuq is-sedil.

3.2.4.

Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras separat:

3.2.4.1.

deskrizzjoni dettaljata ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, li tispeċifika b’mod partikolari n-natura tal-materjal jew materjali ta' l-ikkuttunar;

3.2.4.2.

deskrizzjoni dettaljata tal-post, u l-aċċessorji biex il-ilqugħ protettiv tar-ras jitwaħħal ma' l-istruttura tal-vettura.

3.3.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli milli jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni:

3.3.1.

Rappreżentant tal-vettura għat-tip ta' vettura li se tkun approvata jew il-partijiet tal-vettura li s-servizz tekniku jqis li huma neċessarji għat-testijiet ta' l-approvazzjoni;

3.3.2.

Sett addizzjonali tas-sedili li bihom hija mgħammra l-vettura, bl-ankraġgi tagħhom.

3.3.3.

Għall-vetturi bis-sedili li għandhom mwaħħla jew li jistgħu jitwaħħlulhom ilqugħ protettiv tar-ras, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3.3.1. u 3.3.2.:

3.3.3.1.

Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras li jinqala’: sett addizzjonali tas-sedili li huma mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras, li bihom hija mgħammra l-vettura flimkien ma' l-ankraġgi tagħhom.

3.3.3.2.

Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras separat: sett addizzjonali tas-sedili li bihom hija mgħammra l-vettura, bl-ankraġgi tagħhom, sett addizzjonali ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras korrispondenti u l-parti ta' l-istruttura tal-vettura fejn hu mwaħħal l-ilqugħ protettiv tar-ras, jew struttura sħiħa.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti (sedili mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras jew li jistgħu jkunu mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras), l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tingħata.

4.2.

Kull tip approvat għandu jingħata numru ta' l-approvazzjoni li l-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 07, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 07) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ ta' l-approvazzjoni. L-istess Parti Kuntraenti ma tistax tassenja l-istess numru ta' l-approvazzjoni, la lill-istess tip ta' vettura mgħammra b’tipi differenti ta' sedili jew ilqugħ protettiv tar-ras u b’sedili ankrati b’mod differenti fuq il-vettura (dan jgħodd kemm għas-sedili u għal dawk mingħajr ilqugħ protettiv tar-ras) u lanqas lil tip ieħor ta' vettura.

4.3.

L-avviż ta' l-approvazzjoni jew taċ-ċaħda ta' l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skond dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.

F’post speċifikat fuq il-formola ta' l-approvazzjoni għandha titwaħħal għal kull vettura li tkun konformi ma' tip ta' vettura approvata skond dan ir-Regolament, b’mod li jidher ħafna u f’post li jkun aċċessibbli b’mod faċli, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

4.4.2.

in-numru ta' dan ir-Regolament, segwit b’“R”, sing u n-numru ta' l-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

Iżda, jekk il-vettura hija mgħammra b’sedil wieħed jew aktar li jista’ jkun mgħammar b’ilqugħ protettiv tar-ras, approvati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti skond il-paragrafi 5.1. u 5.2. hawn taħt, in-numru ta' dan ir-Regolament għandu jkun segwit mill-ittri “RA”. Il-formola konformi mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament għandha tindika liema sedil(i) tal-vettura huwa(huma) mgħammar/mgħammra jew jista’ jkun(u) mgħammar/mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras. Il-marki għandhom ukoll jindikaw li kwalunkwe sedil li jifdal fil-vettura, li mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras, huma approvati u jilħqu l-kondizzjonijiet tal-paragragu 5.1. hawn taħt ta' dan ir-Regolament.

4.5.

Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvata taħt Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri tar-Regolament u ta' l-approvazzjoni u s-simboli tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jinkitbu fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka ta' l-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka ta' l-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew ’il fuq mill-plakka tad-data tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jipprovdi eżempji ta' l-arranġamenti tal-marka ta' l-approvazzjoni.

5.   IR-REKWIŻITI

5.1.   Ir-rekwiżiti ġenerali applikabbli għas-sedili kollha tal-vetturi tal-kategorija M1 (4)

5.1.1.

Kull sistema ta' l-aġġustament u ta' l-ispostament provduta għandha tinkorpora sistema ta' sokor, li għandha topera awtomatikament. Is-sistemi ta' sokor għall-puġġamani jew tagħmir ieħor tal-kumdità mhumiex neċessarji kemm-il darba l-preżenza ta' dan it-tagħmir ma tikkawżax riskju addizzjonali lill-okkupanti ta' vettura fil-każ ta' kolliżjoni.

5.1.2.

Il-kontroll biex jinfetaħ is-sokor ta' tagħmir kif imsemmi fil-paragrafu 2.7. għandu jitqiegħed fuq barra tas-sedil qrib tal-bieba. Għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli, ukoll għall-okkupant tas-sedil immedjatament wara s-sedil konċernat.

5.1.3.

Il-partijiet ta' wara tas-sedili li jinsabu fiż-żona 1, definita fil-paragrafu 6.8.1.1. għandhom jgħaddu t-test tad-dissipazzjoni ta' l-enerġija skond ir-rekwiżiti ta' l-anness 6 ta' dan ir-Regolament.

5.1.3.1.

Dan ir-rekwiżit jitqies sodisfatt jekk fit-testijiet imwettqa mill-proċedura speċifikata fl-anness 6 id-deċelerazzjoni tal-forma tar-ras ma tkunx aktar minn 80 g kontinwament għal aktar minn 3 ms. Barra minn hekk, m’għandux ikun hemm jew jibqa’ tarf perikoluż matul jew wara t-test.

5.1.3.2.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.3. m’għandhomx japplikaw għal sedili fuq wara nett jew għal sedili dahar-ma’-dahar.

5.1.4.

Il-wiċċ tal-partijiet ta' wara tas-sedili m’għandhomx ikunu ħorox b’mod li jkunu perikolużi jew ikollhom truf ippuntati li x’aktarx iżidu l-gravità ta' l-inġurja lill-okkupanti. Dan ir-rekwiżit jitqies sodisfatt jekk il-wiċċ tal-partijiet ta' wara tas-sedili t-testjati fil-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6.1. juri radji ta' tondjatura mhux inqas minn:

 

2,5 mm fiż-żona 1,

 

5,0 mm fiż-żona 2,

 

3,2 mm fiż-żona 3.

Dawn iż-żoni huma definiti fil-paragrafu 6.8.1.

5.1.4.1.

Dan ir-rekwizit ma japplikax għal:

5.1.4.1.1.

il-partijiet taż-żoni differenti li jisporġu inqas minn 3,2 mm mill-wiċċ madwarhom, li għandhom juru truf mhux ippuntati, kemm-il darba l-għoli tal-projezzjoni mhuwiex aktar minn nofs il-wisa’;

5.1.4.1.2.

is-sedili fuq wara u s-sedili dahar-ma’-dahar;

5.1.4.1.3.

Il-partijiet ta' wara tas-sedili li jinsabu taħt pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt R l-aktar baxx f’kull filata ta' sedili. (Fejn il-filati tas-sedili għandhom għoli differenti, li jibdew minn wara, il-pjan għandu jiddawwar ’il fuq jew ’l isfel u jifforma pass vertikali li jgħaddi mill-punt R tal-filata tas-sedili immedjatament quddiem);

5.1.4.1.4.

partijiet bħal “malja tal-ħadid flessibbli”.

5.1.4.2.

Fiż-żona 2, definita fil-paragrafu 6.8.1.2., l-uċuħ jistgħu jkollhom radji inqas minn 5 mm, iżda mhux inqas minn 2,5 mm kemm-il darba jgħaddu t-test tad-dissipazzjoni ta' l-enerġija preskritt fil-anness 6 ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dawn l-uċuħ jistgħu jkunu kuttunati sabiex ikun evitat il-kuntatt dirett tar-ras mal-qafas tas-sedil.

5.1.4.3.

Jekk iż-żoni definiti hawn fuq fihom partijiet koperti bil-materjal aktar artab minn ebusija 50 Shore A, ir-rekwiżiti ta' hawn fuq, ħlief dawk li għandhom x’jaqsmu mat-test tad-dissipazzjoni ta' l-enerġija skond ir-rekwiżiti ta' l-anness 6, għandhom japplikaw ukoll għall-partijiet riġidi.

5.1.5.

Ma għandu jidher ebda falliment fil-qafas tas-sedil jew fil-ankraġġ tas-sedil, is-sistemi ta' l-aġġustument u ta' l-ispostament jew it-tagħmir tas-sokor tagħhom matul jew wara t-testijiet preskritti fil-paragrafi 6.2. u 6.3. Jistgħu jkunu aċċettati deformazzjonijiet permanenti inkluż qsim, kemm-il darba dawn ma jżidux ir-riskju ta' l-inġurja fil-każ ta' kolliżjoni u t-tagħbijiet preskritti kienu sostnuti.

5.1.6.

M’għandhomx ikunu rilaxxati s-sistemi ta' sokor matul it-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.3. u fl-anness 9, paragrafu 2.1.

5.1.7.

Wara t-testijiet, is-sistemi ta' spostament maħsuba biex jippermettu jew jiffaċilitaw l-aċċess ta' l-okkupanti għandhom ikunu jaħdmu; għandhom ikunu jistgħu, għall-inqas darba, jinfetħu u jippermettu l-ispostament tas-sedil jew parti tas-sedil li għalih huma maħsuba.

Kull sistema oħra ta' l-ispostament, kif ukoll sistemi ta' l-aġġustament u s-sistemi ta' sokor tagħhom mhumiex meħtieġa li jkunu jaħdmu.

Fil-każ ta' sedili provduti b’ilqugħ protettiv tar-ras, is-saħħa tad-dahar tas-sedil u tat-tagħmir li jimblukkah titqies li tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2. meta, wara l-ittestjar skond il-paragrafu 6.4.3.6., ma jkun seħħ ebda ksur tas-sedil jew dahar is-sedil: inkella għandu jintwera li s-sedil jista’ jilħaq ir-rekwiżiti tat-test stabbiliti fil-paragrafu 6.2.

Fil-każ ta' sedili (bankijiet) b’aktar postijiet bilqiegħda milli ilqugħ protettiv tar-ras, it-test deskritt fil-paragrafu 6.2. għandu jsir.

5.2.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għal sedili ta' vetturi tal-kategoriji N1, N2 u N3 u għal sedili tal-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 mhux koperti mir-Regolament Nru 80

5.2.1.

Is-sedili u s-sedili bankijiet għandhom ikunu mwaħħla sod mal-vettura.

5.2.2.

Is-sedili li jiżżerżqu u s-sedili bankijiet għandhom ikunu jistgħu jissakkru awtomatikament fil-pożizzjonijiet kollha provduti.

5.2.3.

Id-dahar tas-sedili aġġustabbli għandhom ikunu jistgħu jissakkru fil-pożizzjonijiet kollha provduti.

5.2.4.

Is-sedili kollha li jistgħu jiġu mxaqilba ’il quddiem jew għandhom dahar li jintlewa għal fuqhom għandhom jissakkru awtomatikament fil-pożizzjoni normali.

5.3.   L-armar ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras

5.3.1.

Ilqugħ protettiv tar-ras għandha tintrama fuq kull sedil ta' quddiem li jista’ jinġarr fuq barra f’kull vettura tal-kategorija M1. Is-sedili armati b’ilqugħ protettiv tar-ras, maħsuba biex jintramaw f’pożizzjonijiet oħrajn bil-qiegħda u f’katerogriji oħrajn ta' vetturi jistgħu wkoll ikunu approvati għal dan ir-Regolament.

5.3.2.

Ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkun armata fuq kull sedil ta' quddiem li jista’ jinġarr fuq barra f’kull vettura tal-kategorija M2 b’massa massima ta' mhux aktar minn 3 500 kg u tal-kategorija N1; il-ilqugħ protettiv tar-ras armati f’dawn il-vetturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 25, kif emendati bis-serje ta' emendi 03.

5.4.   Ir-rekwiżiti speċjali għal sedili mgħammra jew li jistgħu jkunu mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras

5.4.1.

Il-preżenza ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras m’għandux ikun kawża ta' periklu addizzjonali għall-okkupanti tal-vettura. B’mod partikolari, m’għandha fl-ebda pożizzjoni ta' użu tkun ħarxa b’mod li tkun perikoluża jew ikollha truf ippuntati li jista’ jżid ir-riskju jew il-gravità ta' l-inġurja għall-okkupanti.

5.4.2.

Partijiet mill-uċuħ ta' wara u ta' quddiem ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras li jinsabu fiż-żona 1, kif definit fil-paragrafu 6.8.1.1.3. hawn taħt għandhom jgħaddu t-test ta' l-assorbiment ta' l-enerġija.

5.4.2.1.

Dan ir-rekwiżit jitqies li jintlaħaq jekk fit-testijiet imwettqa bil-proċedura speċifikata fl-anness 6 d-deċelerazzjoni tal-forma tar-ras ma tkunx aktar minn 80 g kontinwament għal aktar minn 3 ms. Barra minn dan, m’għandu jseħħ matul it-test, jew jibqa’ warajh, ebda tarf ippuntat.

5.4.3.

Partijiet mill-uċuħ ta' wara u ta' quddiem ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras li jinsabu fiż-żona 2, kif definita fil-paragrafu 6.8.1.2.2. hawn taħt għandu jkollhom kuxxin sabiex jipprevjenu kwalunkwe kuntatt dirett tar-ras mal-komponenti ta' l-istruttura u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.4. hawn taħt, li jgħodd għall-partijiet ta' wara tas-sedili li jinsabu fiż-żona 2.

5.4.4.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.2. u 5.4.3. hawn fuq, m’għandhomx japplikaw għal partijiet ta' l-uċuħ ta' wara ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras maħsuba biex ikunu mwaħħla fuq sedili i warajhom ma hemm ebda sedil provdut.

5.4.5.

L-ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkun imwaħħla mas-sedil jew ma' l-istruttura tal-vettura b’tali mod li ebda parti riġida u perikoluża ma tisporġi mill-kuxxin ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras jew minn fejn teħel mad-dahar tas-sedil minħabba l-pressjoni mwettqa mill-forma tar-ras matul it-test.

5.4.6.

Fil-każ ta' sedil mgħammar b’ilqugħ protettiv tar-ras, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.1.3. jistgħu, wara qbil mas-servizz tekniku, jitqiesu li ntlaħqu jekk is-sedil mgħammar b’ilqugħ protettiv tar-ras tiegħu jħares id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.4.2. hawn fuq.

5.5.   L-għoli ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras

5.5.1.

L-għoli ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras għandu jitkejjel kif deskritt fil-paragrafu 6.5. t’hawn taħt.

5.5.2.

Għal ilqugħ protettiv tar-ras mhux aġġustabbli għall-għoli, l-għoli għandu jkun mhux inqas minn 800 mm fil-każ tas-sedili ta' quddiem u 750 mm fil-każ ta' sedili oħrajn.

5.5.3.

Għal ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli għall-għoli:

5.5.3.1.

l-għoli għandu jkun mhux inqas minn 800 mm fil-każ tas-sedili ta' quddiem u 750 mm fil-każ ta' sedili oħrajn; dan il-valur għandu jinkiseb f’pożizzjoni bejn l-ogħla pożizzjoni u dik l-aktar baxxa li għalihom huwa possibbli aġġustament;

5.5.3.2.

m’għandu jkun hemm ebda “pożizzjoni ta' l-użu” li tirriżulta f’għoli inqas minn 750 mm;

5.5.3.3.

fil-każ ta' sedili minbarra sedili ta' quddiem il-ilqugħ protettiv tar-ras jistgħu jkunu tali li jistgħu jitmexxew għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli inqas minn 750mm, kemm-il darba dik il-pożizzjoni tista’ tingħaraf b’mod ċar mill-okkupant bħala li mhix inkluża għall-użu ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras;

5.5.3.4.

fil-każ ta' sedili ta' quddiem, l-ilqugħ protettiv tar-ras jistgħu jkunu tali li jistgħu jitmexxew awtomatikament meta s-sedil mhuwiex okkupat, għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli inqas minn 750 mm, kemm-il darba awtomatikament imorru lura fil-pożizzjoni ta' l-użu meta s-sedil huwa okkupat.

5.5.4.

Id-dimensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5.5.2. u 5.5.3.1. hawn fuq jistgħu jkunu inqas minn 800 mm fil-każ ta' sedili ta' quddiem u 750 mm fil-każ ta' sedili oħrajn biex ikun hemm post xieraq bejn il-ilqugħ protettiv tar-ras u l-wiċċ intern tas-saqaf, it-tieqa jew kwalunkwe parti ta' l-istruttura tal-vettura; iżda, l-ispazju m’għandux jeċċedi 25 mm. Fil-każ ta' sedili mgħammra b’sistemi ta' l-ispostament u/jew ta' l-aġġustament, dan għandu japplika għall-pożizzjonjiet kollha tas-sedili. Barra minn hekk, b’deroga għall-paragrafu 5.5.3.2. hawn fuq, m’għandu jkun hemm ebda “pożizzjoni ta' l-użu” li tirriżulta f’għoli inqas minn 700 mm.

5.5.5.

B’deroga mir-rekwiżiti ta' l-għoli msemmija fil-paragrafi 5.5.2. u 5.5.3.1. hawn fuq, l-għoli ta' kwalunkwe ilqugħ protettiv tar-ras maħsuba li tkun provduta fis-sedili fin-nofs wara jew f’dawn il-pożizzjonijiet bil-qiegħda m’għandhomx ikunu inqas minn 700 mm.

5.6.

Fil-każ ta' sedil li jista’ jkun mgħammar b’ilqugħ protettiv tar-ras, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.1.3. u 5.4.2. hawn fuq għandhom ikunu verifikati.

5.6.1.

L-għoli tal-parti tat-tagħmir li fuqu tistrieħ ir-ras, imkejjel kif deskritt fil-paragrafu 6.5. hawn taħt, f’każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli għall-għoli, għandu jkun mhux inqas minn 100 mm.

5.7.

M’għandu jkun hemm ebda spazju ta' aktar minn 60 mm bejn id-dahar tas-sedil u l-ilqugħ protettiv tar-ras fil-każ ta' tagħmir mhux aġġustabbli għall-għoli. Jekk l-ilqugħ protettiv tar-ras hu aġġustabbli għall-għoli, għandha fil-pożizzjoni l-aktar baxxa, tkun mhux inqas minn 25 mm mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sedil. Fil-każ ta' sedili jew sedili bankijiet li huma aġġustabbli għall-għoli provduti b’ilqugħ protettiv tar-ras separati, dan ir-rekwiżit għandu jkun verifikat għall-pożizzjonijiet kollha tas-sedil jew tas-sedil bank.

5.8.

Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras integrali mad-dahar tas-sedil, iż-żona li għandha titqies hija:

’il fuq minn pjan li huwa perpendikolari għal-linja ta' riferenza 540 mm mill-punt R.

Bejn żewġ pjanijiet vertikali lonġitudinali li jgħaddu 85 mm fuq kull naħa tal-linja ta' riferenza. F’din iż-żona, spazju wieħed jew aktar li jistgħu, irrispettivament mill-forma tagħhom, juru distanza ta' “a” ta' aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 6.7. hawn taħt, huma permessi, kemm-il darba, wara t-test addizzjonali taħt il-paragrafu 6.4.3.3.2. hawn taħt, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.11. hawn taħt huma sodisfatti.

5.9.

Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli għall-għoli, distakk wieħed jew aktar, irrispettivament mill-forma tagħhom, u li juru distanza “a” ta' aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 6.7. hawn taħt, huma permessi fuq il-parti tat-tagħmir li jservi bħala ilqugħ protettiv tar-ras kemm-il darba, wara t-test addizzjonali taħt il-paragrafu 6.4.3.3.2. hawn taħt, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.11. hawn taħt huma sodisfatti.

5.10.

Il-wisa’ ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkun tali li tippermetti appoġġ xieraq għar-ras ta' persuna bil-qiegħda normalment. Kif determinat skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.6. hawn taħt, il-ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkopri żona li testendi mhux inqas minn 85 mm fuq kull naħa tal-pjan vertikali medju tas-sedili li għalihom hija maħsuba l-ilqugħ protettiv tar-ras.

5.11.

L-ilqugħ protettiv tar-ras u l-ankraġġ tagħha għandhom ikunu tali li l-ispostament lura massimu X tar-ras permess mil-ilqugħ protettiv tar-ras u mkejjel b’mod konformi mal-proċedura statika stabbilita fil-paragrafu 6.4.3. hawn taħt, huwa inqas minn 102 mm.

5.12.

L-ilqugħ protettiv tar-ras u l-ankraġġ tagħha għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed li jsostnu, mingħajr ma jinkisru, t-tagħbija speċifikata fil-paragrafu 6.4.3.6. hawn taħt. Fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras integrali mad-dahar tas-sedil, ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu għandhom jgħoddu għall-parti ta' l-istruttura tad-dahar tas-sedil li jinsabu ’il fuq minn pjan li huwa perpendikolari għal-linja ta' riferenza 540 mm mill-punt R.

5.13.

Jekk il-ilqugħ protettiv tar-ras hu aġġustabbli, m’għandux ikun possibbli li jitgħolla aktar mill-għoli massimu operattiv ħlief b’azzjoni deliberata min-naħa ta' l-utent distinta minn kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex ikun aġġustat.

5.14.

Is-saħħa tad-dahar tas-sedil u tat-tagħmir tas-sokor tiegħu hija meqjusa li tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2. hawn taħt meta, wara l-ittestjar skond il-paragrafu 6.4.3.6. hawn taħt, ma jkun seħħ ebda ksur tas-sedil jew tad-dahar tas-sedil; inkella għandu jintwera li s-sedil huwa kapaċi li jilħaq ir-rekwiżiti tat-test stabbilit fil-paragrafu 6.2. hawn taħt.

5.15.   Ir-rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-protezzjoni ta' l-okkupanti minn bagolli mċaqalqa

5.15.1.

Id-dahar tas-sedili

Id-dahar tas-sedili u/jew il-ilqugħ protettiv tar-ras li jinsabu f’post li jikkostitwixxu l-limitu ta' quddiem tal-kompartiment tal-bagolli, meta s-sedili kollha huma f’posthom u fil-pożizzjoni normali kif indikat mill-manifattur, għandu jkollhom biżżejjed saħħa biex jipproteħu lill-okkupanti mill-bagolli mċaqalqa f’impatt minn quddiem. Dan ir-rekwiżit jitqies sodisfatt jekk, matul jew wara t-test deskritt fl-anness 9, id-dahar tas-sedili jibqgħu fil-pożizzjoni tagħhom u l-mekkaniżmi tas-sokor jiqbgħu f’posthom. Iżda d-deformazzjoni tad-dahar tas-sedili u l-qafliet matul it-test hija permessa, kemm-il darba l-kontorn ta' quddiem tal-partijiet tad-dahar tas-sedil u/jew ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras ittestjati, li huma aktar iebsin minn 50 Shore A, ma jiċċaqlaqx ’il quddiem minn pjan trasversali vertikali li jgħaddi minn:

(a)

punt ta' 150 mm ’il quddiem mill-punt R tas-sedil in kwistjoni, għall-partijiet ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras;

(b)

punt ta' 100 mm ’il quddiem mill-punt R tas-sedil in kwistjoni, għall-partijiet tad-dahar tas-sedil;

ħlief il-fażijiet fejn il-blokkijiet tat-test jaqbżu lura.

Għall-ilqugħ protettiv tar-ras integrati, il-limitu bejn il-ilqugħ protettiv tar-ras u d-dahar tas-sedil huwa definit mill-pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza 540 mm mill-punt R.

Il-kejl kollu għandu jsir fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil korrispondenti jew tal-pożizzjoni bil-qiegħda korrispondenti li tikkositwixxi l-limitu ta' quddiem tal-kompartiment tal-bagolli.

Matul it-test deskritt fl-anness 9, il-blokkijiet tat-test għandhom jibqgħu wara d-dahar tas-sedil(i) in kwistjoni.

5.15.2.

Is-sistemi tat-taqsim

Fuq talba tal-manifattur tal-vettura, it-test deskritt fl-anness 9 jista’ jitwettaq bis-sistemi tat-taqsim f’posthom, jekk dawn is-sistemi huma mwaħħla bħala tagħmir standard għat-tip partikolari ta' vettura.

Is-sistemi tat-taqsim, malja tal-ħadid forma ta' xibka, li jinsabu ’l fuq mid-dahar tas-sedili fil-pożizzjoni normali ta' l-użu, għandhom ikunu ttestjati skond il-paragrafu 2.2. ta' l-anness 9.

Dan ir-rekwiżit jitiqes li ntlaħaq jekk, matul it-test, is-sistemi tat-taqsim jibqgħu fil-pożizzjoni tagħhom. Iżda d-deformazzjoni tas-sistemi tat-taqsim matul it-test hija permessa, kemm-il darba l-kontorn tat-taqsim (inklużi partijiet tad-dahar tas-sedil u/jew ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras ittestjati, li huma aktar iebsin minn 50 Shore A, ma jiċċaqlaqx ’il quddiem minn pjan trasversali vertikali li jgħaddi minn:

(a)

punt ta' 150 mm ’il quddiem mill-punt R tas-sedil in kwistjoni, għall-partijiet ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras;

(b)

punt ta' 100 mm ’il quddiem mill-punt R tas-sedil in kwistjoni, għall-partijiet tad-dahar tas-sedil.

Għall-ilqugħ protettiv tar-ras integrati, il-limitu bejn il-ilqugħ protettiv tar-ras u d-dahar tas-sedil huwa dak definit fil-paragrafu 5.15.1.

Il-kejl kollu għandu jsir fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil korrispondenti jew tal-pożizzjoni bil-qiegħda korrispondenti li tikkositwixxi l-limitu ta' quddiem tal-kompartiment tal-bagolli.

Wara t-test m’għandu jkun hemm preżenti ebda truf ippuntati jew iebsin li x’aktarx iżidu l-periklu jew il-gravità ta' l-inġurji ta' l-okkupanti.

5.15.3.

Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 5.13.1. u 5.13.2. hawn fuq m’għandhomx jgħoddu għal sistemi taż-żamma tal-bagolli li huma attivati awtomatikament fil-każ ta' impatt. Il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li l-protezzjoni offruta minn dawn is-sistemi hija daqs dik deskritta fil-paragrafi 5.15.1. u 5.15.2.

6.   IT-TESTIJIET

6.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għat-testijiet kollha

6.1.1.

Id-dahar tas-sedil, jekk huwa aġġustabbli, għandu jkun imsakkar f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal inklinazzjoni ’l quddiem qrib kemnm jista’ jkun għal 25o mill-vertikali tal-linja ta' riferenza tat-torso tal-manikin deskritt fil-anness 3, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-fabbrikant.

6.1.2.

Meta sedil, il-mekkaniżmu tas-sokor tiegħu u l-istallazzjoni tiegħu huma identiċi jew simmetriċi fir-rigward ta' sedil ieħor fil-vettura, is-servizz tekniku jista’ jittestja sedil wieħed minnhom biss.

6.1.3.

Fil-każ ta' sedili li għandhom ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli, it-testijiet għandhom isiru b’ilqugħ protettiv tar-ras fil-pożizzjoni l-anqas favorevoli (ġeneralment l-ogħla pożizzjoni) permessa mis-sistema ta' l-aġġustar tagħhom.

6.2.   It-test tas-saħħa tad-dahar tas-sedil u tas-sistemi ta' l-aġġustament tiegħu

6.2.1.

Forza li tipproduċi ċaqliq ta' 53 daNm relatat mal-punt R għandha tiġi applikata lonġitudinalment u lura lejn il-parti ta' fuq tal-qafas tad-dahar tas-sedil permezz ta' komponent li jissimola d-dahar tal-manikin muri fl-anness 3 ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' sedil bank, fejn parti mill-qafas li jappoġġa jew il-qafas li jappoġġa kollu (inkluż dak ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras) hija komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda bil-qiegħda, it-test għandu jitwettaq simultanjament għal dawk il-pożizzjonijiet kollha bil-qiegħda.

6.3.   It-test tas-saħħa ta' l-ankraġġ tas-sedil u s-sistemi ta' l-aġġustament, tas-sokor u ta' l-ispostament

6.3.1.

Deċelerazzjoni lonġitudinali orizzontali ta' mhux inqas minn 20 g għandha tkun applikata għal 30 millisekonda fid-direzzjoni ’il quddiem tal-qoxra kollha tal-vettura, skond ir-rekwiżiti ta' l-anness 7, paragrafu 1. Fuq talba tal-manifattur il-pols tat-test deskritt fl-anness 9 – appendiċi, jista’ jintuża alternattivament.

6.3.2.

Deċelerazzjoni lonġitudinali skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.1. għandha tkun applikata fid-direzzjoni lura.

6.3.3.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.3.1. u 6.3.2. hawn fuq għandhom ikunu verifikati għall-pożizzjonijiet kollha tas-sedil. Fil-każ ta' sedili mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli, it-test għandu jitwettaq b’ilqugħ protettiv tar-ras fil-pożizzjoni l-anqas favorevoli (ġeneralment l-ogħla pożizzjoni) permessa mis-sistema ta' l-aġġustar tagħhom. Matul it-test, is-sedil għandu jkun f’tali pożizzjoni li l-ebda fattur estern ma jipprevjeni r-rilaxx tas-sistemi ta' sokor.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitqiesu li ntlaħqu jekk is-sedil huwa ttestjat wara li jkun ġie aġġustat f’dawn il-pożizzjonijiet li ġejjin:

 

l-aġġustament lonġitudinali huwa armat talja waħda jew 10 mm lura mill-pożizzjoni normali tas-sewqan jew il-pożizzjoni ta' l-użu l-aktar ’il quddiem kif indikat mill-manifattur (għal sedili b’aġġustament indipendenti vertikali, il-kuxxin għandu jitqiegħed fl-ogħla pożizzjoni tiegħu);

 

l-aġġustament lonġitudinali huwa armat talja waħda jew 10 mm lura mill-pożizzjoni normali tas-sewqan jew il-pożizzjoni ta' l-użu l-aktar lura kif indikat mill-manifattur (għal sedili b’aġġustament indipendenti vertikali, il-kuxxin għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar baxxa tiegħu), u, fejn xieraq skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.4. hawn taħt.

6.3.4.

Fil-każijiet fejn l-arranġament tas-sistemi ta' sokor hija tali li, f’pożizzjoni tas-sedil minbarra dawk definiti fil-paragrafu 6.3.3. hawn fuq, id-distribuzzjoni tal-forzi fuq it-tagħmir tas-sokor u l-ankraġġi tas-sedili tkun inqas favorevoli milli b’kwalunkwe konfigurazzjoni definita fil-paragrafu 6.3.3., it-testijiet għandhom jitwettqu għal dik il-pożizzjoni l-inqas favorevoli.

6.3.5.

Il-kondizzjonijiet tat-test tal-paragrafu 6.3.1. għandhom jitqiesu li huma sodisfatti jekk, fuq talba tal-manifattur, jiġu sostitwiti minn test tal-kolliżjoni tal-vettura sħiħa li taħdem sew ma' ostaklu riġidu kif stabbilit fil-paragrafu 2. ta' l-anness 7 ta' dan ir-Regolament. F’dan il-każ is-sedil għandu jkun aġġustat għall-kondizzjonijiet l-inqas favorevoli tad-distribuzzjoni tal-forzi fis-sistema ta' l-ankraġġ kif provdut fil-paragrafi 6.1.1., 6.3.3. and 6.3.4. hawn fuq.

6.4.   It-test tal-ħidma ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras

6.4.1.

Jekk l-ilqugħ protettiv tar-ras hu aġġustabbli, għandha titqiegħed fil-pożizzjoni l-anqas favorevoli (ġeneralment l-ogħla pożizzjoni) permessa mis-sistema ta' l-aġġustar tagħha.

6.4.2.

Fil-każ ta' sedil bank, fejn parti mill-qafas ta' l-appoġġ jew il-qafas ta' l-appoġġ kollu (inkluż dak ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras) huwa komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda bil-qiegħda, it-test għandu jsir fl-istess ħin għal dawk il-pożizzjonijiet kollha bilqiegħda.

6.4.3.   It-test

6.4.3.1.

Il-linji kollha, inklużi l-projezzjonijiet tal-linja ta' riferenza, għandhom jitpinġew fuq il-pjan vertikali medju tas-sedil jew tal-pożizzjoni bil-qiegħda konċernat/a (ara l-anness 5 ta' dan ir-Regolament).

6.4.3.2.

Il-linja ta' referenza mċaqalqa hija determinata billi fuq il-parti li tissimola d-dahar tal-manikin imsemmi fl-anness 3 ta' dan ir-Regolament tiġi applikata forza inizzjali li tipproduċi ċaqliq lura ta' 37,3 daNm madwar il-punt R.

6.4.3.3.

Permezz ta' forma ta' ras sferika b’djametru ta' 165 mm forza inizzjali li tipproduċi ċaqliq ta' 37,3 daNm madwar il-punt R hija applikata f’angoli retti għal-lina ta' riferenza mċaqalqa f’distanza ta' 65 mm fuq il-parti ta' fuq ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, u l-linja ta' riferenza tinżamm fil-post imċaqlaq skond il-paragrafu 6.4.3.2.

6.4.3.3.1.

Jekk il-preżenza ta' l-ispazji tipprevjeni l-applikazzjoni tal-forza preskritta fil-paragrafu 6.4.3.3. 65 mm mill-parti ta' fuq ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, id-distanza tista’ titnaqqas sabiex l-ass tal-forza tgħaddi mil-linja taċ-ċentru ta' l-element tal-qafas l-aktar qrib ta' l-ispazju.

6.4.3.3.2.

Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 5.8. u 5.9. hawn fuq, it-test għandu jkun ripetut b’applikazzjoni għal kull spazju, bl-użu ta' sfera li għandha djametru ta' ta' 165 mm, forza:

 

li tgħaddi miċ-ċentru ta' gravità ta' l-iżgħar taqsimiet ta' l-ispazju, fuq il-pjanijiet trasversali paralleli mal-linja ta' referenza, u

 

li tirriproduċi ċaqliq ta' 37,3 daNm mal-punt R.

6.4.3.4.

It-tanġent Y għall-forma tar-ras sferika, paralleli mal-linja ta' referenza mċaqalqa, huwa determinat.

6.4.3.5.

Id-distanza X, provduta fil-paragrafu 5.11. hawn fuq, bejn it-tanġent Y u l-linja ta' referenza mċaqalqa tiġi mkejla.

6.4.3.6.

Biex tkun verifikata l-effettività ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, il-piż inizzjali speċifikat fil-paragrafi 6.4.3.3. u 6.4.3.3.2. għandu jiżdied sa 89 daN kemm-il darba l-ksur tas-sedil jew tad-dahar tas-sedil iseħħ qabel.

6.5.   Id-determinazzjoni ta' l-għoli ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras

6.5.1.

Il-linji kollha, inkluża l-projezzjoni tal-linja ta' riferenza, għandhom ikunu mpinġija fil-pjan medju vertikali tas-sedil jew tal-pożizzjoni tas-sedil konċernat/a, jew l-intersezzjoni ta' dan il-pjan mas-sedil li jiddetermina l-kontorn ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras u tad-dahar tas-sedil (ara l-figura 1 ta' l-anness 4 ta' dan ir-Regolament).

6.5.2.

Il-manikin deskritt fl-anness ta' dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’pożizzjoni normali fuq is-sedil.

6.5.3.

Il-projezzjoni tal-linja ta' referenza tal-manikin muri fl-anness 3 ta' dan ir-Regolament imbagħad, fis-sedil konċernat, titpinġa fil-pjan speċifikat fil-paragrafu 6.4.3.1. hawn fuq.

It-tanġent S għall-parti ta' fuq ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras titpinġa perpendikolari għal-linja ta' riferenza.

6.5.4.

Id-distanza “h” mill-punt R għat-tanġent S hija l-għoli li għandu jitqies fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5. hawn fuq.

6.6.   Id-determinazzjoni tal-wisa’ ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras (ara l-figura 2 ta' l-anness 4 ta' dan ir-Regolament)

6.6.1.

Il-pjan S1, perpendikolari għal-linja ta' referenza u li jinsab 65 mm ’l isfel mit-tanġent S definit fil-paragrafu 6.5.3. hawn fuq, jiddetermina taqsima fil-ilqugħ protettiv tar-ras limitata mill-kontorn C.

6.6.2.

Il-wisa’ ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras li għandha titqies fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10. hawn fuq, hija d-distanza “L” mkejla fil-pjan S1 bejn il-pjan vertikali u dak lonġitudinali P u P'.

6.6.3.

Il-wisa’ ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras għandha, jekk meħtieġ tkun ukoll determinata fil-pjan perpendikolari għal-linja ta' referenza 635 mm ’il fuq mill-punt R tas-sedil, u din id-distanza titkejjel fuq il-linja ta' referenza.

6.7.   Id-determinazzjoni tad-distanza “a” ta' l-ispazju fil-ilqugħ protettiv tar-ras (ara l-anness 8 ta' dan ir-Regolament)

6.7.1.

Id-distanza “a” għandha tkun determinata għal kull spazju u fir-rigward tal-wiċċ ta' quddiem ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, permezz ta' sfera li għandha djametru ta' 165 mm.

6.7.2.

L-isfera għandha titqiegħed f’kuntatt ma' l-ispazju f’punt taż-żona ta' l-ispazju li jippermetti l-intrużjoni massima ta' l-isfera, meta jitqies li m’għandha tiġi applikata ebda tagħbija.

6.7.3.

Id-distanza bejn iż-żewġ punti ta' kuntatt ta' l-isfera ma' l-ispazju jikkostitwixxu d-distanza “a” li għandha titqies għall-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet taħt il-paragrafi 5.8. u 5.9. hawn fuq.

6.8.   It-testijiet għall-verifika tad-dissipazzjoni ta' l-enerġija fuq id-dahar tas-sedil u l-ilqugħ protettiv tar-ras

6.8.1.

L-uċuħ tal-partijiet ta' wara tas-sedili li għandhom ikunu verifikati huma dawk li jinsabu fiż-żoni definiti hawn taħt li jistgħu jkunu kuntattjat minn sfera li għandha djametru ta' 165 mm fejn is-sedil huwa armat fil-vettura.

6.8.1.1.

Iż-żona 1

6.8.1.1.1.

Fil-każ ta' sedili separati mingħajr ilqugħ protettiv tar-ras, din iż-żona għandha tinkludi l-parti ta' wara tad-dahar tas-sedil bejn il-pjanijet lonġitudinali vertikali li jinsabu 100 mm fuq kull naħa tal-pjan medju lonġitudinali tal-linja taċ-ċentru tas-sedil, u ’l fuq minn pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza 100 mm ’l isfel mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sedil.

6.8.1.1.2.

Fil-każ ta' sedili bankijiet mingħajr ilqugħ protettiv tar-ras, din iż-żona għandha testendi bejn il-pjanijet lonġitudinali vertikali li jinsabu 100 mm fuq kull naħa tal-pjan medju lonġitudinali ta' kull pożizzjoni bilqiegħda li tista’ tkun fuq barra indikata definita mill-manifattur u ’l fuq minn pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza 100 mm ’l isfel mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sedil.

6.8.1.1.3.

Fil-każ ta' sedili jew sedili bankijiet li għandhom ilqugħ protettiv tar-ras, din iż-żona għandha testendi bejn il-pjanijet lonġitudinali vertikali mm fuq kull naħa ta' u 70 mm mill-pjan medju lonġitudinali tal-linja taċ-ċentru tas-sedil jew tal- pożizzjoni bilqiegħda konċernata u li tinsab ’l fuq minn pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza 635 mm mill-punt R. Għat-test, il-ilqugħ protettiv tar-ras, jekk aġġustabbli, għandha titqiegħed fil-pożizzjoni l-inqas favorevoli (ġeneralment l-ogħla waħda) permessa mis-sistema ta' l-aġġustament tagħha.

6.8.1.2.

Iż-żona 2

6.8.1.2.1.

Fil-każ ta' sedili jew sedili bankijiet mingħajr ilqugħ protettiv tar-ras u sedili jew sedili bankijiet b’ilqugħ protettiv tar-ras li jinqalgħu jew separati, iż-żona 2 għandha testendi ’l fuq minn pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza 100 mm bogħod mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sedil, minbarra l-partijiet taż-żona 1.

6.8.1.2.2.

Fil-każ ta' sedili jew sedili bankijiet li għandhom ilqugħ protettiv tar-ras integrati, iż-żona 2 għandha testendi ’l fuq minn pjan perpendikolari għal-linja ta' riferenza e 440 mm mill-punt R tas-sedil jew tal-pożizzjoni bil-qiegħda konċernata, minbarra l-partijiet taż-żona 1.

6.8.1.3.

Iż-żona 3

6.8.1.3.1.

Iż-żona 3 hija definita bħala l-parti tad-dahar tas-sedil jew tas-sedili bankijiet li tinsab ’il fuq mill-pjanijiet orizzontali definiti fil-paragrafu 5.1.4.1.3. hawn fuq, ħlief għall-partijiet li jinsabu fiż-żona 1 u ż-żona 2.

6.9.   Il-metodi tat-test ekwivalenti

Jekk jintuża metodu tat-test minbarra dawk speċifikati fil-paragrafi 6.2., 6.3., 6.4. hawn fuq u l-anness 6, l-ekwivalenza tiegħu għandha tkun ippruvata.

7.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), konformi ma' dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.1.

Kull vettura approvata skond dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5. hawn fuq. Iżda, fil-każ ta' ilqugħ protettiv tar-ras kif definiti fil-paragrafu 2.12.2. u 2.12.3 hawn fuq, xejn ma jipprevjeni lill-vettura milli tkun konformi mat-tip ta' vettura approvata, ukoll jekk tinbiegħ fis-suq b’sedili mhux armati b’ilqugħ protettiv tar-ras.

7.2.

L-awtorità kompetenti li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati għal kull unit ta' produzzjoni. L-awtorità tista’ wkoll twettaq verifiki għall-għarrieda fuq vetturi fabbrikati serjalment fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5. hawn fuq.

8.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta' vettura skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7.1. hawn fuq mhumiex imħarsa jew jekk il-vetturi ma jgħaddux mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 7. hawn fuq.

8.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tgħarraf lill-Partijiet Kuntraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' komunikazzjoni li tkun skond il-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

9.   IL-MODIFIKI TAT-TIP TA' VETTURA U L-ESTENSJONI TA' L-APPROVAZZJONI FIR-RIGWARD TAS-SEDILI, L-ANKRAĠĠI TAGĦHOM U/JEW L-ILQUGĦ PROTETTIV TAR-RAS TAGĦHOM

9.1.

Kull modifika tat-tip ta' vettura fir-rigward tas-sedili, l-ankraġġi tagħhom u/jew il-ilqugħ protettiv tar-ras tagħhom għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta' vettura. Imbagħad id-dipartiment jista’:

9.1.1.

jew iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett avvers apprezzabbli, u li f’kwalunkwe każ il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

9.1.2.

tqis li l-modifiki huma nieqsa biżżejjed mill-importanza biex ir-riżultati speċifikati fil-paragrafu 6.2., 6.3. u 6.4. hawn fuq ikunu verifikati minn kalkoli bbażati fuq ir-riżultati tat-testijiet ta' l-approvazzjoni; jew

9.1.3.

jeħtieġu rapport ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet.

9.2.

Il-konferma jew ir-rifjut ta' l-approvazzjoni, li jispeċifikaw il-modifiki, għandha tkun komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.3. hawn fuq.

9.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta' l-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din l-estensjoni u tgħarraf dwar dan lill-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni li hija konformi mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   IL-PRODUZZJONI DEFINITTIVAMENT IMWAQQFA

10.1.

Jekk id-detentur ta' l-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tagħmir approvat skond dan ir-Regolament, għandu jgħarraf dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunika rilevanti dik l-awtorità għandha tgħarraf dwar dan lill-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni li hija konformi mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   L-ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

11.1.

Għal sedili mgħammra b’ilqugħ protettiv tar-ras aġġustabbli, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-istruzzjonijiet dwar kif joperaw, jaġġustaw, isakkru u, fejn applikabbli, ineħħu l-ilqugħ protettiv tar-ras.

12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI HUMA RESPONSABBLI BIEX IWETTQU T-TESTIJIET TA' L-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li huma responsabbli biex iwettqu t-testijiet ta' l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.

13.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 06, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 06.

13.2.

Sa mill-1 ta' Ottubru 1999, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet ECE biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 06, huma sodisfatti.

13.3.

Sa mill-1 ta' Ottubru 2001, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jagħrfu l-approvazzjonijiet li ma kinux ingħataw skond is-serje ta' emendi 06 ta' dan ir-Regolament.

13.4.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

13.5.

Sa minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet ECE biss jekk jekk it-tip ta' vettura li se tiġi approvata tħares ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

13.6.

Sa minn 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, l-approvazzjonijiet eżistenti ta' dan ir-Regolament għandhom jieqfu jkunu validi ħlief fil-każ ta' tipi ta' vetturi li jħarsu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA' L-APPROVAZZJONI

Mudell A

(ara l-paragrafi 4.4., 4.4.1., 4.4.2. u 4.4.3. ta' dan ir-Regolament)

Vettura b'għall-inqas sedil wieħed mgħammar jew li jista' jkun mgħammar b'ilqugħ protettiv tar-ras

Image

Test ta 'immaġni

Il-marka ta' l-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip konċernat, fir-rigward tas-saħħa tas-sedili mgħammra jew li jistgħu jkunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras u fir-rigward tal-karatteristiċi ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras, kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 17, bin-numru ta' l-approvazzjoni 072439. L-ewwel żewġ figuri tan-numru ta' l-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament diġà kien fih is-serje ta' emendi 07 fil-ħin meta ngħatat l-approvazzjoni. Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq tindika wkoll li t-tip ta' vettura kienet approvata skond ir-Regolament Nru 17 fir-rigward tas-saħħa ta' kwalunkwe mis-sedili fuq il-vettura li mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras.

Mudell B

(ara l-paragrafi 4.4.; 4.4.1. u 4.4.2. ta' dan ir-Regolament)

Vettura li għandha sedili mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras

Image

Test ta 'immaġni

Il-marka ta' l-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta' vettura għandha sedili li mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras, fir-rigward tas-saħħa tas-sedili u l-ankraġġi tagħhom, kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru 17 bin-numru ta' l-approvazzjoni 072439. L-ewwel żewġ figuri tan-numru ta' l-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament diġà kien fih is-serje ta' emendi 07 fil-ħin meta ngħatat l-approvazzjoni.

Mudell C

(ara l-paragrafu 4.5. ta' dan ir-Regolament)

Vettura b'għall-inqas sedil wieħed mgħammar jew li jista' jkun mgħammar b'ilqugħ protettiv tar-ras

Image

Test ta 'immaġni

Il-marka ta' l-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta' vettura għandu għall-inqas sedil wieħed mgħammar jew li jista' jkun mgħammar b'ilqugħ protettiv tar-ras, u kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru 17 u 33. (5)

In-numri ta' l-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħatat l-approvazzjoni, ir-Regolament Nru 17 kien jinkludi s-serje ta' emendi 07 iżda r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu, Il-marka ta' l-approvazzjoni ta' hawn fuq turi wkoll li t-tip ta' vettura kienet approvata skond ir-Regolament Nru 17 fir-rigward tas-saħħa ta' kwalunkwe sedil fuq il-vettura li mhux mgħammar jew ma jistax ikun mgħammar b'ilqugħ protettiv tar-ras.

Mudell D

(ara l-paragrafu 4.5. ta' dan ir-Regolament)

Vettura li għandha sedili mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras

Image

Test ta 'immaġni

Il-marka ta' l-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta' vettura għandu sedili mhumiex mgħammra jew ma jistgħux ikunu mgħammra b'ilqugħ protettiv tar-ras, u kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru 17 u 33 (5). In-numri ta' l-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħatat l-approvazzjoni, ir-Regolament Nru 17 kien jinkludi s-serje ta' emendi 07 , iżda r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.

ANNESS 3

IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BIL-QIEGĦDA FIL-VETTURI BIL-MUTUR

1.   L-GĦAN

Il-proċedura deskritta f'dan l-anness tintuża biex ikun stabbilit il-post tal-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għal bosta pożizzjonijiet bilqiegħda f'vettura bil-mutur u biex tkun verifikata r-relazzjoni ta' data mkejla ma' speċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura (1).

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan l-anness:

2.1.

“Data ta' riferenza” tfisser waħda jew bosta mill-karatteristiċi li ġejjin ta' pożizzjoni bil-qiegħda:

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni bejniethom,

2.1.2.

l-angolu attwali tat-torso u l-angolu tat-torso tad-disinn u r-relazzjoni bejniethom.

2.2.

“Il-magna tri-dimensjonali tal-punt ‘H’” (magna 3-D H) tfisser it-tagħmir użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u l-angoli attwali tat-torso. Dan it-tagħmir huwa deskritt fil-appendiċi 1 ta' dan l-anness;

2.3.

“il-punt ‘H’” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u l-koxxa tal-magna 3-D H istallata fis-sedil tal-vettura skond il-paragrafu 4. hawn taħt. Il-punt “H” jinsab fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tat-tagħmir li huwa bejn il-buttuni tal-vista tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament għall-punt “R” (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. hawn taħt). Ladarba determinat skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4., il-punt “H” jitqies imwaħħal b'relazzjoni għall-istruttura tal-kuxxin tas-sedil u biex jimxi miegħu meta jkun aġġustat is-sedil;

2.4.

“il-punt ‘R’” jew “il-punt tar-riferenza ta' bilqiegħda” tfisser punt fid-disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bil-qiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali;

2.5.

“Il-linja tat-torso” tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni għal kollox lura;

2.6.

“l-angolu attwali tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-kwadrant ta' l-angolu tad-dahar fuq il-magna 3-D H. L-angolu attwali tat-torso jikkorrispondu teoretikament għall-angolu tat-torso tad-disinn (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. hawn taħt);

2.7.

“L-angolu tat-torso tad-disinn” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt “R” u l-linja tat-torso f'pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sedil stabbilit mill-manifattur tal-vettura;

2.8.

“Il-pjan ċentrali ta' l-okkupant” (C/LO) tfisser il-pjan medju tal-magna 3-D H pożizzjonata f'kull pożizzjoni bilqiegħda indikata; huwa rappreżentat mill-koordinat tal-punt “H” fuq l-ass “Y”. Għas-sedili individwali, il-pjan ċentrali tas-sedil jikkoinċidi mal-pjan ċentrali ta' l-okkupant. Għal sedili oħrajn, il-pjan ċentrali ta' l-okkupant huwa speċifikat mill-manifattur;

2.9.

“Is-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali” tfisser sistema kif deskritta fl-appendiċi 2 ta' dan l-anness;

2.10.

“Il-marki fiduċjali” huma punti fiżiċi (toqob, uċuħ, marki jew identazzjonijiet) fuq il-qoxra tal-vettura kif definiti mill-manifattur;

2.11.

“L-attitudni tal-kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif definita mill-koordinati tal-marki fiduċjarji fis-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali.

3.   IR-REKWIŻITI

3.1.   Il-preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni bil-qiegħda fejn id-data ta' riferenza hija meħtieġa biex tintwera l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, din id-data li ġejja kollha jew selezzjoni minnha għandha tkun preżentata fil-formola indikata fl-appendiċi 3 ta' dan l-anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relattiv għas-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali;

3.1.2.

l-angolu tad-disinn tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet neċesarji biex ikun aġġustat is-sedil (jekk huwa aġġustabbli) għall-pożizzjoni tal-kejl stabbilit fil-paragrafu 4.3. hawn taħt.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.

Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur ta' l-angolu attwali tat-torso miksub mill-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. hawn taħt għandhom ikunu mqabbla, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur ta' l-angolu tat-torso tad-disinn indikat mill-manifattur tal-vettura.

3.2.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso tad-disinn u l-angolu attwali tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni bil-qiegħda in kwistjoni jekk il-punt “H”, kif definit mill-koordinati tiegħu, jinsab ġewwa kwadru ta' tul fil-ġenb ta' 50 mm bi ġnub orizzontali u vertikali li d-djagonali tagħhom jissallbu fil-punt “R”, u jekk l-angolu attwali tat-torso huwa sa 5 gradi mill-angolu tat-torso tad-disinn.

3.2.3.

Jekk dawn il-kondizzjonijiet jintlaħqu, il-punt “R” u l-angolu tat-torso tad-disinn, għandhom jintużaw biex tintwera l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.2.4.

Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tat-torsoma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2. hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għandhom ikunu determinati darbtejn aktar (tliet darbiet b'kollox). Jekk ir-riżultati ta' tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisdfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3. hawn fuq.

3.2.5.

Jekk ir-riżultati ta' għall-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4. hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2. hawn fuq, jew jekk il-verifika ma tistax issir għaliex il-manifattur tal-vettura naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tat-torso tad-disinn, iċ-ċentrojd tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla għandu jintuża u jitqies applikabbli fil-każijiet kollha fejn issir riferenza għall-punt “R” jew għall-angolu tat-torso tad-disinn f'dan ir-Regolament.

4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TA' L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO

4.1.

Il-vettura għandha tkun kondizzjonata minn qabel skond id-diskrezzjoni tal-manifattur, f'temperatura ta' 20 ± 10 oC biex ikun żgurat li l-materjal tas-sedil jilħaq it-temperatura ambjentali. Jekk ħadd qatt ma jkun poġġa fuq is-sedil li għandu jkun verifikat, persuna jew tagħmir li tiżen 70 sa 80 kg għandha tpoġġi fuq is-sedil darbtejn għal minuta biex jitgħawġu l-kuxxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, l-assemblaġġi kollha tas-sedil għandhom jibqgħu mhux mgħobbija għal perjodu minimu ta' 30 minuta qabel l-istallazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.

Il-vettura għandha tkun fl-attitudni tal-kejl definita fil-paragrafu 2.11. hawn fuq.

4.3.

Jekk is-sedil huwa aġġustabbli għandu l-ewwel ikun aġġustat għall-pożizzjoni normali l-aktar lura tas-sewqan jew ta' l-irkib, kif indikati mill-manifattur tal-vettura, filwaqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sedil, eskluż is-sedil għall-ivvjaġġar użat għal skopijiet oħrajn minbarra l-pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew ta' l-irkib. Fejn jeżistu modi l-oħrajn ta' l-aġġustament tas-sedil (vertikali, angulari, is-sedil lura, eċċ..) dawn imbagħad ikunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għas-sedili bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun fissa b'mod riġidu li jikkorrispondi għal pożizzjoni normali tas-sewqan kif speċifikat mill-manifattur.

4.4.

Iż-żona tal-pożizzjoni bilqiegħda kkuntattjata mill-3-D H għandha tkun koperta mill-qoton musulina, ta' daqs suffiċjenti u tessut xieraq, deskritt bħala materjal tal-qoton ordinarju li għandu 18,9 ħajta f'kull cm2 u li jiżen 0,228 kg m2 jew drapp maħdum bil-labar jew mhux minsuġ li għandu karatteristiċi ekwivalenti. Jekk is-sedil jitmexxa fuq sedil barra mill-vettura, l-art li fuqha jitqiegħed is-sedil għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (6) /bħall-art tal-vettura li fiha s-sedil huwa maħsub li jintuża.

4.5.

Qiegħed l-assemblaġġ tas-sedil u tad-dahar tal-magna 3-D H sabiex il-pjan ċentrali ta' l-okkupant (C/LO) jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista' wkoll titqiegħed fuq ġewwa fir-rigward tas-C/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant fuq in-naħa ta' barra li t-tarf tas-sedil ma jippermettix li l-magna 3-D H tkun livellata.

4.6.

Waħħal l-assemblaġġi tar-riġlejn u tal-parti t'isfel tas-sieq ma' l-assemblaġġ tal-padella tas-sedil, individwalment jew bl-użu tal-virga T u l-assemblaġġ tal-parti t'isfel tas-sieq. Linja li tgħaddi mill-punti tal-vista tal-punt “H” għandha tkun paralleli ma' l-art u perpendikolari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil.

4.7.

Aġġusta l-pożizzjonijiet tar-riġlejn u tas-saqajn tal-magna 3-D H:

4.7.1.

Il-pożizzjoni bil-qiegħda indikata: is-sewwieq u l-passiġġier ta' quddiem fuq barra.

4.7.1.1.

L-assemblaġġi tar-riġlejn u tas-saqajn għandhom ikunu mċaqalqa 'l quddiem b'tali mod li r-riġlejn jieħdu pożizzjonijiet normali fl-art, jekk meħtieġ bejn il-pedali ta' l-operat. Fejn possibbli s-sieq xellugija għandha tinsab madwar l-istess distanza lejn ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H daqs kemm hi s-sieq leminija lejn il-lemin. Il-livell ta' l-ispirtu li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb orizzontali b'riaġġustament tal-padella tas-sedil jekk meħtieġ, jew bl-aġġustament ta' l-assemblaġġi tas-saqajn u tar-riġlejn lura. Il-linja li tgħaddi mill-punti tal-vista tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikolari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil.

4.7.1.2.

Jekk is-sieq xellugija ma tistax tinżamm paralleli għas-sieq leminija, u s-sieq xellugija ma tistax tkun appoġġjata mill-istruttura, ċaqlaq ir-riġel xellugi sakemm ikun appoġġjat. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jkun miżmum.

4.7.2.

Il-pożizzjoni bil-iegħda maħsuba: fiuq in-naħa ta' barra fuq wara

Għal sedili fuq wara jew sedili awżiljarji, is-saqajn li jinsabu kif speċifikati mill-manifattur. Jekk imbagħad is-saqajn jistrieħu fuq il-partijiet ta' l-art li huma fuq livelli differenti, ir-riġel li l-ewwel jiġi f'kuntatt mas-sedil ta' quddiem isservi bħala riferenza u r-riġel l-ieħor għandu jkun irranġat b'tali mod li l-livell ta' l-ispirtu li jagħti l-orjentazzjoni trasversali tas-sedil tat-tagħmir jindika l-orizzontali.

4.7.3.

Pożizzjonjiet oħrajn bilqiegħda maħsuba:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1. hawn fuq għandha tkun segwita ħlief li r-riġlejn għandhom jitqiegħdu kif jispeċifika l-manifattur tal-vettura.

4.8.

Applika piżijiet tal-parti t'isfel tas-sieq u tal-koxxa u llivella l-magna 3-D H.

4.9.

Mejjel il-padella ta' wara 'l quddiem kontra l-waqfa ta' quddiem u ressag il-magna 3-D H 'il bogħod mid-dahar tas-sedil bl-użu tal-virga T. Erga ċaqlaq il-magna 3-D H fuq is-sedil b'wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

4.9.1.

Jekk il-magna 3-D H għandha tendenza tiżloq lura, uża din il-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżloq lura sakemm m'għadhiex meħtieġa tagħbija orizzontali li tirrestrinġi 'l quddiem fuq il-virga T, jiġifieri sakemm il-padella tas-sedil tikkuntattja d-dahar tas-sedil. Jekk meħtieġ, erġa' ppożizzjona l-parti t'isfel tas-sieq.

4.9.2.

Jekk il-magna 3-D H m'għandiex tendenza tiżloq lura, uża din il-proċedura li ġejja. Ċaqlaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż orizzontali lura fuq il-virga T sakemm il-padella tas-sedil tikkuntattja d-dahar tas-sedil (ara l-figura 2 ta' l-appendiċi ta' ta' dan l-anness).

4.10.

Applika tagħbija ta' 100 ± 10 N lill-assemblaġġ tad-dahar u tal-padella tal-magna 3-D H fl- intersezzjoni tal-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenb u l-qafas tal-virga T. Id-direzzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tinżamm fuq linja li tgħaddi minn din l-intersezzjoni sa punt li huwa immedjatament fuq il-qafas tal-virga tal-koxxa (ara l-figura 2 ta' l-appendiċi ta' ta' dan l-anness). Imbagħad b'attenzjoni rritorna l-padella tad-dahar għad-dahar tas-sedil. Għandu jkun hemm attenzjoni matul il-bqija tal-proċedura biex il-magna 3-D H tkun imrażżna milli tersaq 'il quddiem.

4.11.

Istalla l-piżijiet tan-nâtka tal-lemin u tax-xellig, u mbagħad, alternatament, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-magna 3-D H livell.

4.12.

Mejjel il-padella tad-dahar 'il quddiem sabiex tirrilaxxja t-tensjoni fuq id-dahar tas-sedil. Bandal il-magna 3-D H min-naħa għall-oħra f'arku ta' 10 gradi (5 gradi kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli kompleti biex tirrilaxxja kwalunkwe frizzjoni akkumulata bejn il-magna 3-D H u s-sedil.

Matul l-azzjoni tat-tbandil, il-virga T tal-magna 3-D H jista' jkollha tendenza tiddiverġi mill-allinjament speċifikat orizzontali u vertikali. Il-virga T għalhekk għandha tkun imrażżna bl-applikazzjoni ta' tagħbija laterali xierqa matul il-movimenti tat-tbandil. Għandu jkun hemm attenzjoni meta tinżamm il-virga T u titbandal il-magna 3-D H biex ikun żgurat li ma tiġi applikata ebda tagħbija esterna mhux intuża f'direzzjoni vertikali jew quddiem jew lura.

Ir-riġlejn tal-magna 3-D H m'għandhomx ikunu ristretti jew miżmuma matul dan il-pass. Jekk ir-riġlejn jibdlu l-pożizzjoni, għandhom ikunu permessi jibqgħu f'dik l-attitudni għal dak il-mument.

Bl-attenzjoni rritorna l-padella tad-dahar għad-dahar tas-sedil u vverifika ż-żewġ livelli ta' l-ispirtu għal-livell żero. Jekk seħħ xi moviment tar-riġlejn matul l-operazzjoni tat-tbandil tal-magna 3-D H, għandhom ikunu pożizzjonati mill-ġdid kif ġej:

Alternatament, għolli kull sieq mill-art l-ammont minimu neċessarju sakemm ma jinkiseb ebda moviment addizzjonali tar-riġlejn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru, u l-ebda tagħbija lejn quddiem jew lejn il-ġenb m'għandha tkun applikata. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni isfel, l-għarqub għandu jkun f'kuntatt ma' l-istruttura ddiżinjata għal dan.

Ivverifika l-livell laterali ta' l-ispirtu għall-pożizzjoni żero: jekk meħtieġ, applika tagħbija laterali għall-parti ta' fuq tal-padella tad-dahar biżżejjed biex il-padella tas-sedil tal-magna 3-D H tkun livellata fuq is-sedil.

4.13.

Filwaqt li żżomm il-virga T biex tipprevjeni l-magna 3-D H milli tiżloq l'il quddiem fuq il-kuxxin tas-sedil, ipproċedi kif ġej:

(a)

irritorna l-padella tad-dahar għad-dahar tas-sedil;

(b)

alternatament, applika u rrilaxxja tagħbija orizzontali lura, li ma jaqbiż 25 N, għall-bar ta' l-angolu tad-dahar f'għoli ta' madwar in-nofs tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenb jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara r-rilaxx tat-tagħbija. Għandu jkun hemm attenzjoni biex ebda tagħbijiet esterni 'l isfel jew laterali ma jiġi applikati għall-magna 3-D H. Jekk huwa meħtieġ aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar il-padella tad-dahar 'il quddiem u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

4.14.

Ħu l-kejl kollu:

4.14.1.

Il-koordinati kollha tal-punt “H” huma mkejla rigward is-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali.

4.14.2.

L-angolu attwali tat-torso jinqara fil-kwadrant ta' l-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni għal kollox lura.

4.15.

Jekk ikun mixtieq li terġa' ssir l-istallazzjoni tal-magna 3-D H, l-assemblaġġ tas-sedil għandu jibqa' mingħajr tagħbija għal perjodu minimu ta' 30 minuti qabel ma ssir ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H m'għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-assemblaġġ tas-sedil għal aktar miż-żmien meħtieġ biex isir it-test.

4.16.

Jekk is-sedili fl-istess filliera jistgħu jitqiesu bħala simili (sedil bank, sedili identiċi, eċċ) punt “H” wieħed biss u “angolu attwali tat-torso” wieħed biss għandhom ikunu determinati għal kull filliera ta' sedili, u l-magna 3-D H deskritta fl-appendiċi 1 ta' dan l-anness tkun bil-qiegħda f'post meqjus bħala rappreżentattiv għall-fillerai. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

Fil-każ tal-filliera ta' quddiem, is-sedil tas-sewwieq;

4.16.2.

Fil-każ tal-filliera jew fillieri ta' wara, sedil fuq barra.

ANNESS 3

Appendiċi 1

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRI-DIMENSJONIALI TAL-PUNT “H” (*)

(Il-magna 3-D H)

1.   Il-padelli tad-dahar u tas-sedil

Il-padelli tad-dahar u tas-sedil huma kostruwiti minn plastik rinforzat u metall; jissimolaw it-torso u l-koxxa tal-bniedem u huma mekkanikament biċ-ċappetti fil-punt “H”. Kwadrant huwa maqful mas-sonda biċ-ċappetti fil-punt “H” biex jitkejjel l-angolu attwali tat-torso. Virga aġġustabbli tal-koxxa, imwaħħal mal-padella tas-sedil, tistabbilixxi l-linja taċ-ċentru tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenb.

2.   L-elementi tal-ġisem u tas-saqajn

It-taqsimiet tas-sieq ta' isfel huma konnessi ma' l-assemblaġġ tal-padela tas-sedill mal-virga T li tikkonnetti l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-virga tal-koxxa aġġustabbli. Il-kwadranti huma inkorporati mit-taqsimiet tas-sieq ta' isfel biex jitkejlu l-angoli ta' l-irkopptejn. L-assemblaġġi taż-żraben u tar-riġlejn huma kalibrati biex jitkejjel l-angolu tas-saqajn. Żewġ livelli ta' l-ispirtu jorjentaw it-tagħmir fl-ispazju. It-tagħbijiet ta' l-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri tal-gravità korrispondenti biex jipprovdu penetrazzjoni tas-sedili ekwivalenti għal maskili li jiżen 76 kg. Il-ġonot kollha tal-magna 3-D H għandhom ikunu verifikati għall-moviment ħieles mingħajr ma jiltaqgħu ma' frizzjoni notevoli.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

Appendiċi 2

IS-SISTEMA TA' RIFERENZA TRI-DIMENSJONALI

1.

Is-sistema ta' riferenza tri-dimensjonali hija definita minn tliet pjanijiet ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-magna (ara l-figura) (**).

2.

L-attitudni tal-kejl tal-vettura hija stabbilita billi l-magna hija pożizzjonata fuq l-uċuħ ta' sostenn b'tali mod li l-koordinati tal-marki fiduċjali jikkorrispondu għall-valur indikati mill-manifattur.

3.

Il-koordinati tal-punt “R” u tal-punt “H” huma stabbiliti b'relazzjoni għall-marki fiduċjali definiti mill-manifattur tal-vettura.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

Appendiċi 3

ID-DATA TA' REFERENZA DWAR IL-POŻIZZJONIJIET BIL-QIEGĦDA

1.   It-tqegħid tad-data ta' referenza f'kodiċi

Id-data ta' referenza hija elenkata b'mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bil-qiegħda. Il-pożizzjonijiet bil-qiegħda huma identifikati minn kodiġi b'żewġ figuri. L-ewwel figura hija numeral Għarbi u tindika l-filliera ta' sedili, magħduda minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni figura hija ittra kapitali li tindika l-post tal-pożizzjoni bil-qiegħda f'filliera, kif tidher fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw dawn l-ittri:

 

X = xellug

 

C = ċentru

 

L = lemin

2.   Id-deskrizzjoni ta' l-attitudni tal-kejl tal-vettura

2.1.

Il-koordinati tal-marki fiduċjali

X …………………………

Y …………………………

Z …………………………

3.   Il-lista tad-data ta' referenza

3.1.

Il-pożizzjoni bil-qiegħda: …………………………

3.1.1.

Il-koordinati tal-punt “R”

X …………………………

Y …………………………

Z …………………………

3.1.2.

L-angolu tat-torso tad-disinn: …………………………

3.1.3.

Speċifikazzjoni għall-aġġustament tas-sedil (***)

orizzontali: …………………………

vertikali: …………………………

angulari: …………………………

l-angolu tat-torso: …………………………

Nota: elenka d-data ta' referenza għal pożizzjonijiet oħrajn bilqiegħda taħt 3.2., 3.3., eċċ.

ANNESS 4

ID-DETERMINAZZJONI TA' L-GĦOLI U TAL-WISA' TA' L-ILQUGĦ PROTETTIV TAR-RAS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 5

ID-DETTALJI TAL-LINJI U L-KEJL MEĦUD WAQT IT-TESTIJIET

Image

Test ta 'immaġni

1.

Original unloaded position.

2a.

Displaced position by applying to the manikin's back a moment of 373 Nm about the R point, defining the position of the displaced reference line r1.

2b.

Displaced position by applying to the 165 mm sphere a force F producing a moment of 373 Nm about the R point, keeping the displaced reference line r1 in place.

3.

Position after displacement by the force F increased to 890 N.

Image

Test ta 'immaġni

L-Anness 6

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TKUN VERIFIKATA D-DISSIPAZZJONI TA' L-ENERĠIJA

1.   L-istallazzjoni, l-apparat tat-testi, l-istrumenti tar-rekordjar u l-proċedura

1.1.   Il-preparazzjoni

Is-sedil, kif armat fuq il-vettura, għandu jkun imwaħħal sew mal-bank tat-test bl-aċċessorji provduti mill-manifattur, sabiex jibqa' wieqaf meta huwa applikat l-impatt.

Jekk huwa aġġustabbli, id-dahar tas-sedil għandu jkun imsakkar fil-pożizzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.1. ta' dan ir-Regolament.

Jekk is-sedil huwa mgħammar b'ilqugħ protettiv tar-ras, l-ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkun armata fuq id-dahar tas-sedil bħal fil-vettura. Fejn l-ilqugħ protettiv tar-ras hija separata, għandha tkun imwaħħla sew mal-parti ta' l-istruttura tal-vettura fejn tkun imwaħħla normalment.

Jekk l-ilqugħ protettiv tar-ras hu aġġustabbli, għandha titqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar favorevoli permessa mis-sistemi ta' l-aġġustar tagħha.

1.2.   L-apparat tat-test

1.2.1.

Dan l-apparat jikkonsisti f'pendlu li l-pern tiegħu huwa appoġġjat minn ball-bearings u li l-massa mnaqqsa tiegħu (****) /fiċ-ċentru tal-perkussjoni tiegħu hija 6,8 kg. L-estremità l-aktar baxxa tal-pendlu tikkonsisti f'forma tar-ras riġida li għandha djametru ta' 165 mm li ċ-ċentru tagħha huwa identiku għaċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu.

1.2.2.

Il-forma tar-ras għandha tkun mgħammra b'żewġ aċċelerometri u tagħmir li jkejjel il-veloċità, kollha kapaċi li jkejlu l-valuri fid-direzzjoni ta' l-impatt.

1.3.   L-istrumenti tar-rekordjar

L-istrumenti tar-rekordjar użati għandhom ikunu tali li l-kejl jista' jsir b'dawn il-gradi ta' preċiżjoni:

1.3.1.

L-aċċelerazzjoni:

preċiżjoni = ± 5 % tal-valur attwali;

il-klassi tal-frekwenza tal-kanal tad-data: klassi 600 li tikkorrispondi għall-istandard ISO 6487 (1980);

sensitività minn ass għall-ieħor = < 5 % tal-punt l-aktar baxx ta' l-iskala.

1.3.2.

Veloċità:

preċiżjoni: ±2,5 % tal-valur attwali;

sensitività: 0,5 km/h.

1.3.3.

Ir-rekordjar tal-ħin

l-istrumenti għandhom jippermettu l-azzjoni tiġi rekordjata tul id-dewmien kollu tagħha u li jsir qari fi żmien wieħed minn elf ta' sekonda;

il-bidu ta' l-impatt fil-mument ta' l-ewwel kuntatt bejn il-forma tar-ras u l-oġġett li qed jiġi ttestjat għandh jkun skopert fir-rekordjar użat biex jiġi analizzat it-test.

1.4.   Il-proċedura tat-test

1.4.1.

It-testijiet fuq dahar is-sedil

Bis-sedil istallat kif indikat fil-paragrafu 1.1. ta' dan l-anness, id-direzzjoni ta' l-impatt minn wara lejn quddiem għandha tinsab f'pjan lonġitundinali f'angolu li huwa 45o mill-vertikali.

Il-punti ta' l-impatt għandhom jingħażlu mil-laboratorju tat-test fiż-żona 1 kif definit fil-paragrafu 6.8.1.1. ta' dan ir-Regolament, jew jekk meħtieġ fiż-żona 2 kif definit fil-paragrafu 6.8.1.2. ta' dan ir-Regolament, fuq uċuħ li għandhom radji ta' kurvatura inqas minn 5 mm.

1.4.2.

It-testijiet fuq il-ilqugħ protettiv tar-ras

Il-ilqugħ protettiv tar-ras għandha tkun mgħammra u aġġustata kif indikat fil-paragrafu 1.1. ta' dan l-anness. L-impatti għandhom isiru fuq il-punti magħżula mil-laboratorju tat-test fiż-żona 1 kif definit fil-paragrafu 6.8.1.1. ta' dan ir-Regolament, u possibbilment fiż-żona 2 kif definit fil-paragrafu 6.8.1.2. ta' dan ir-Regolament, fuq uċuħ li għandhom radji ta' kurvatura inqas minn 5 mm.

1.4.2.1.

Għall-wiċċ ta' wara, id-direzzjoni ta' l-impatt minn wara lejn quddiem għandha tinsab f'pjan lonġitundinali f'angolu li huwa 45o mill-vertikali.

1.4.2.2.

Għall-wiċċ ta' quddiem, id-direzzjoni ta' l-impatt minn quddiem lejn wara għandha tkun orizzontali f'pjan lonġitudinali.

1.4.2.3.

Iż-żoni ta' quddiem u wara huma rispettivament limitati mit-tanġenzjal tal-pjan orizzontali sal-parti ta' fuq ta' l-ilqugħ protettiv tar-ras kif determinat fil-paragrafu 6,5. ta' dan ir-Regolament.

1.4.3.

Il-forma tar-ras għandha tolqot l-oġġett tat-test b'veloċità ta' 24,1 km/h: din il-veloċità għandha tinkiseb jew bl-enerġija tal-propulsjoni jew bl-użu ta' tagħmir addizzjonali li jmexxi.

2.   Ir-riżultati

Ir-rata tad-deċelerazzjoni għandha tittieħed bħala l-medja tal-qari fuq iż-żewġ deċelerometri.

3.

Il-proċeduri ekwivalenti (ara l-paragrafu 6.9. ta' dan ir-Regolament).

L-Anness 7

IL-METODU GĦAT-TESTJAR TAS-SAĦĦA TA' L-ANKRAĠĠI TAS-SEDILI, U S-SISTEMI TA' L-AĠĠUSTAMENT, TAS-SOKOR U TA' L-ISPOSTAMENT TAGĦHOM

1.   It-test tar-reżistenza għall-effetti ta' l-inerzja

1.1.

Is-sedili li għandhom ikunu ttestjati għandhom ikunu armati fuq il-qoxra tal-vettura li għaliha huma disinjati. Din il-qoxra tal-vettura għandha tkun ankrata sew fuq troli tat-test kif preskritt fil-paragrafi li ġejjin.

1.2.

Il-metodu użat għall-ankraġġ tal-qoxra tal-vettura fuq it-troli tat-test m'għandux jirriżulta f'rinforzar ta' l-ankraġġi tas-sedili.

1.3.

Is-sedili u l-partijiet tagħhom għandhom ikunu aġġustati u msakkra kif preskritt fil-paragrafu 6.1.1. u f'waħda mill-pożizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 6.3.3. or 6.3.4. ta' dan ir-Regolament.

1.4.

Jekk is-sedili ta' grupp ma jippreżentawx differenzi essenzjali fis-sens tal-paragrafu 2.2. ta' dan ir-Regolament, it-testijiet preskritti fil-paragrafi 6.3.1. u 6.3.2. ta' dan ir-Regolament jistgħu jitwettqu b'sedil wieħed aġġustat fil-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem u s-sedil l-ieħor fil-pożizzjoni l-aktar lura.

1.5.

Id-deċelerazzjoni tat-troli hija mkejla bil-kanali tad-data tal-klassi tal-frekwenza (CFC) 60 li tikkorrispondi għall-karatteristiċi ta' l-Istandard Internazzjonali ISO 6487 (1980).

2.   It-test tal-kolliżjoni tal-vettura sħiħa kontra ostaklu riġidu

2.1.

L-ostaklu għandu jikkonsisti fi blokka tal-konkrit rinforzat wiesgħa mill-inqas 3 m, għolja mill-inqas 1,5 m u ħoxna mill-inqas 0,6 m. Il-wiċċ ta' quddiem għandu jkun perpendikolari mal-parti finali tal-korsa li twassal għall-ostaklu u għandu jkun mgħotti minn strixxi tal-plajwudd ħoxnin 19 ± 1 mm. Għall-inqas 90 tunnellata ta' ħamrija għandhom ikunu kompressi wara l-blokka tal-konkrit rinforzat. Il-blokka tal-konkrit rinforzat u ħamrija tista' tkun sostitwita minn ostakli li għandhom l-istess wiċċ ta' quddiem, kemm-il darba jagħtu riżultati ekwivalenti.

2.2.

Fil-mument ta' l-impatt il-vettura għandha timxi b'mod ħieles. Għandha tilħaq l-ostaklu fi triq perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; l-allinjament ħażin massimu permess bejn il-linja medja vertikali ta' quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta' ± 30 cm; fil-mument ta' l-impatt il-vettura il-vettura ma tridx tkun għadha soġġetta għall-azzjoni ta' tagħmir addizzjonali li jiggwida jew imexxi. Il-veloċità fil-mument ta' l-impatt għandha tkun bejn 48,3 km/h u 53,1 km/h.

2.3.

Is-sistema tal-proviżjon tal-karburant għandha tkun mimllija mill-inqas sa 90 fil-mija tal-kapaċità tagħha b'karburant jew b'likwidu ekwivalenti.

ANNESS 8

ID-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI “a” TA' L-ISPAZJI FIL-ILQUGĦ PROTETTIV TAR-RAS

Image

Test ta 'immaġni

Nota: It-taqsima A-A għandha tkun magħmula f'punt taż-żona ta' l-ispazju li jippermetti l-intrużjoni massima ta' l-isfera, mingħajr ma teżerċita ebda forza.

Image

Test ta 'immaġni

Nota: It-taqsima A-A għandha tkun magħmula f'punt taż-żona ta' l-ispazju li jippermetti l-intrużjoni massima ta' l-isfera, mingħajr ma teżerċita ebda forza.

ANNESS 9

IL-PROĊEDURA TAT-TEST GĦAL TAGĦMIR MAĦSUB LI JIPPROTEĠI LILL-OKKUPANTI MILL-ISPOSTAMENT TAL-BAGOLLI

1.   Il-blokkijiet tat-test

Blokkijiet riġidi, biċ-ċentru ta' l-inerzja fiċ-ċentru ġeometriku.

Tip 1

Dimensjonijiet:

300 mm × 300 mm × 300 mm

It-truf u l-kantunieri kollha mdawra għal 20 mm

Massa:

18 kg

Tip 2

Dimensjonijiet:

500 mm × 350 mm × 125 mm

It-truf u l-kantunieri kollha mdawra għal 20 mm

Massa:

10 kg

2.   Il-preparazzjoni għat-test

2.1.   It-test tad-dahar tas-sedili (ara l-figura 1)

2.1.1.   Ir-rekwiżiti ġenerali

2.1.1.1.

Fuq għażla tal-manifattur, il-partijiet li l-ebusija tagħhom hija inqas minn 50 Shore A jistgħu jitneħħew mis-sedil ittestjat u mil-ilqugħ protettiv tar-ras għat-testijiet.

2.1.1.2.

Żewġ blokkijiet tat-tip 1 għandhom jitqiegħdu fl-art tal-kompartiment tal-bagolli. Sabiex ikun determinat il-post tal-blokok tat-test fid-direzzjoni lonġitudinali, għandhom l-ewwel ikunu pożizzjonati b'tali mod li n-naħa ta' quddiem tikkuntattja dik il-parti tal-vettura li tikkostitwixxi l-limitu ta' quddiem tal-kompartiment tal-bagolli u li n-naħa ta' isfel tistrieħ fuq l-art tal-kompartiment tal-bagolli. Imbagħad għandhom ikunu mċaqalqa lura u paralleli għall-pjan medju lonġitudinali tal-vettura sakemm iċ-ċentru ġeometriku jkun traversa distanza orizzontali ta' 200 mm. Jekk id-dimensjonijiet tal-kompartiment tal-bagolli ma jippermettux distanza ta' 200 mm u jekk is-sedili ta' wara huma aġġstabbli orizzontalment, dawn is-sedili għandhom jiċċaqalqu 'l quddiem għall-inqas minn fost dawn: sabiex tkun limitata l-varjetà ta' l-aġġustament maħsuba għall-użu normali mill-okkupant, jew għall-pożizzjoni li tirriżulta f'distanza ta' 200 mm. F'każijiet oħrajn, il-blokkijiet tat-test għandhom jitqiegħdu, sa fejn possibbli, wara s-sedili ta' wara. Id-distanza bejn il-pjan medju lonġitudinali tal-vettura u n-naħa li tħares "il ġewwa ta' kull blokk tat-test għandha tkun 25 mm biex tinkiseb distanza ta' 50 mm bejn iż-żewġ blokkijiet.

2.1.1.3.

Matul it-test, is-sedili għandhom ikunu aġġustati biex ikun żgurat li s-sistema ta' sokor ma tistax tkun rilaxxjata minn fatturi esterni. Jekk applikabbli, is-sedili għandhom ikunu aġġustati kif ġej:

L-aġġustament lonġitudinali għandu jkun imwaħħal talja waħda jew 10 mm quddiem il-pożizzjoni ta' użu l-aktar lura possibbli speċifikata mill-manifattur (għal sedili b'aġġustament vertikali indipendenti, il-kuxxin għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar baxxa possibbli). It-test għandu jitwettaq bid-dahar tas-sedili fil-pożizzjoni ta' użu normali tagħhom.

2.1.1.4.

Jekk id-dahar tas-sedil għandu ilqugħ protettiv tar-ras, it-test għandu jitwetttaq b'ilqugħ protettiv tar-ras fl-ogħla pożizzjoni, jekk hija aġġustabbli.

2.1.1.5.

Jekk id-dahar tas-sedil(i) ta’ wara jistgħu jintlewew ’il quddiem, għandhom ikunu mwaħħla fil-pożizzjoni wieqfat normali bil-mekkaniżmu tas-sokor standard.

2.1.1.6.

Is-sedili li warajhom ma jistgħux jiġu istallati blokkijiet tat-tip 1 huma eżentati minn dan it-test

Image

Test ta 'immaġni

2.1.2.   Il-vetturi b'aktar minn żewġ fillieri ta' sedili

2.1.2.1.

Jekk il-filliera ta' sedili ta' wara nett tista' titneħħa u/jew tista' tintlewa 'l isfel mill-utent skond l istruzzjonijiet tal-manifattur sabiex tiżdied iż-żona tal-kompartiment tal-bagolli, allura l-filliera ta' sedili immedjatament quddiem din il-filliera ta' wara nett għandha tkun ittestjata wkoll.

2.1.2.2.

Madankollu, f'dan il-każ, is-Servizz Tekniku, wara konsultazzjoni mal-manifattur, jista' jiddeċiedi li ma jittestjax wieħed miż-żewġ fillieri ta' sedili ta' wara nett jekk is-sedili u l-aċċessorji tagħhom għandhom disinn simili u jekk ir-rekwiżit tat-test ta' 200 mm huwa rispettat.

2.1.3.

Fejn hemm spazju, li jippermetti ż-żliq ta' blokka waħda tat-tip 1 lil hinn mis-sedili, u mbagħad il-piżijiet tat-test (żewġ blokkijiet tat-tip 1) għandhom ikunu istallati wara s-sedili wara qbil bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur.

2.1.4.

Il-konfigurazzjoni eżatta tat-test għandha tkun innutata fir-rapport tat-test.

2.2.

It-test tas-sistemi tat-taqsim

Għat-test tas-sistemi tal-partizzjoni fuq id-dahar tas-sedili, il-vettura għandha tkun armata b'art tat-test mgħollija fissa li għandha wiċċ tal-piż li jqiegħed iċ-ċentru tal-gravità tal-blokk tat-test ċentralment bejn it-tarf fuqani tad-dahar tas-sedil li huwa l-limitu (mingħajr ma jitqiesu l-ilqugħ protettiv tar-ras) u t-tarf ta' isfel tal-kisi tas-saqaf. Blokka tat-test tat-tip 2 titqiegħed fuq l-art tat-test mgħollija bl-akbar wiċċ 500 × 350 mm, ċentralment b'relazzjoni ma' l-ass lonġitudinali tal-vettura u bil-wiċċ tagħha 500 × 125 mm"il quddiem. Is-sistemi tat-taqsim li warajhom ma tistax tkun istallata l-blokka tat-test tat-tip 2 huma eżentati minn dan it-test. Il-blokka tat-test titqiegħed direttament f'kuntatt mas-sistema tal-partizzjoni. Barra minn hekk, żewġ blokkijiet tat-test tat-tip 1 huma pożizzjonati skond il-paragrafu 2.1. biex isir test simultanju fuq id-dahar tas-sedili (ara l-figura 2).

Image

Test ta 'immaġni

2.2.1.

Jekk id-dahar tas-sedil għandu ilqugħ protettiv tar-ras, it-test għandu jsir b'ilqugħ protettiv tar-ras fl-ogħla pożizzjoni, jekk hija aġġustabbli.

3.   L-ittestjar dinamiku tad-dahar tas-sedili u tas-sistemi tat-taqsim użati bħala sistemi li jirrestrinġu l-bagolli

3.1.

Il-qoxra tal-karozza tal-passiġġiera għandha tkun ankrata sod ma' slitta tat-test, u dan l-ankraġġ m'għandux jaġixxi bħala rinfurzar għad-dahar tas-sedili u s-sistema tal-partizzjoni. Wara l-istallazzjoni tal-blokkijiet tat-test kif deskritt fil-paragrafu 2.1. jew 2.2., il-qoxra tal-karozza tal-passiġġiera għandha tkun aċċellerata kif muri fl-anness 9, appendiċi, sabiex fil-mument ta' l-impatt, il-veloċità tagħha ħielsa hija ta' 50 +0/-2 km/h. Bi qbil mal-manifattur, il-kuritur tal-polz tat-test deskritt hawn fuq jista' jintuża alternattivament biex ikun sodisfatt it-test tas-saħħa tas-sedil skond il-paragrafu 6.3.1.

ANNESS 9

Appendiċi

IL-KURITUR TAD-DEĊELERAZZJONI TA' L-ISLITTA BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

(L-impatt minn quddiem)

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2).

(2)  Il-partijiet ta’ wara tad-dar tal-vetturi tal-kategorija M1 jitqiesu li jħarsu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.1.3. u 5.1.4. ta’ dan ir-Regolament kemm-il darba jħarsu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 21 “Dispożizzjonijiet Uniformi fir-Rigward ta’ l-Approvazzjoni tal-Vetturi fir-Rigward tat-Tagħmir Intern tagħhom” (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.1/Add.20/Rev.2).

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenija, 27 għas-Slovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għal Bożnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għal Azerbaijan, 40 għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ta’ l-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għal New Zealand. In-numri ta’ wara għandhom ikunu assenjati lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġija li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kuntraenti tal-Ftehim.

(4)  Il-vetturi tal-kategorija M2, li huma approvati skond dan ir-Regolament bħala alternattiva għar-Regolament Nru 80 (skond il-paragrafu 1.2. ta’ dak ir-Regolament) għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

(5)  It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.

(6)  Angolu ta' inklinazzjoni, differenza ta' tul bil-muntaġġ tas-sedil, tessut tas-superfiċi, ecc.

(*)  Għad-dettalji tal-konstruzzjoni tal-magna 3-D H irreferi għas-Soċjetà ta' l-Inġiniera Awtomotivi (SAE – Society of Automotive Engineers) 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-istandard ISO 6549: 1980.Para

(**)  Is-sistema ta' referenza tikkorrispondi għall-istandard ISO 4130: 1978.

(***)  Ħassar dak li ma jgħoddx.

(****)  Ir-relazzjoni tal-massa mnaqqsa “mr” tal-pendlu mal-massa totali “m” tal-pendlu 'l bogħod “a” bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-ass tar-rotazzjoni u 'l bogħod “l” bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-ass tar-rotazzjoni tingħata mill-formula:

Formula


Top