This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2510
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2510 of 15 November 2023 amending Directive 2009/81/EC of the European Parliament and of the Council in respect of the thresholds for supply, service and works contracts
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2510 tal-15 ta’ Novembru 2023 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti minimi għall-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2510 tal-15 ta’ Novembru 2023 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti minimi għall-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet
C/2023/7652
ĠU L, 2023/2510, 16.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2510/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2510 |
16.11.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2510
tal-15 ta’ Novembru 2023
li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti minimi għall-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1), it-tieni subparagrafu, tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim emendat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti stipulati fih (“il-limiti”) u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huwa li jippermetti lill-entitajiet kontraenti u lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva, jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/25/UE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15, il-punti (a) u (b), ta’ dik id-Direttiva, jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim u jekk dan ikun neċessarju, tirrevedihom. |
(3) |
Il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/25/UE ġew riveduti. F’konformità mal-Artikolu 68(1) tad-Direttiva 2009/81/KE, il-limiti minimi stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti stabbiliti fid-Direttiva 2014/25/UE. |
(4) |
Skont l-Artikolu 68(1) tad-Direttiva 2009/81/KE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva fl-istess waqt meta ssir ir-reviżjoni tal-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li ħassret id-Direttiva 2004/17/KE, jeħtieġ li kull sentejn il-Kummissjoni trid tirrevedi l-limiti b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2024–2025 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024. |
(5) |
Il-kalkolu tal-limiti ma jistax jibda qabel l-1 ta’ Settembru minħabba d-disponibbiltà tad-data. Skont l-Artikolu 68(3) tad-Direttiva 2009/81/KE, il-limiti minimi riveduti f’euro u l-valuri ekwivalenti tagħhom fil-muniti nazzjonali l-oħra tal-Istati Membri tal-UE jridu jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta’ Novembru. Fid-dawl ta’ dan kollu, u sabiex tintlaħaq l-iskadenza msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/81/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt (a), “EUR 431 000” huwa sostitwit b’“EUR 443 000”; |
(2) |
fil-punt (b), “EUR 5 382 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 538 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(5) Id-Direttiva 2004/17/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2510/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)