EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0087

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2021/87 tas-26 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1613 (ATALANTA/1/2021)

OJ L 30, 28.1.2021, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32021D0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/87/oj

28.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2021/87

tas-26 ta’ Jannar 2021

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1613 (ATALANTA/1/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).

(2)

Fil-25 ta' Settembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1613 (2) li ħatret lill-Maġġur Ġeneral Antonio PLANELLS PALAU bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għal Atalanta mill-1 ta' Ottubru 2019.

(3)

Spanja pproponiet li l-Viċi Ammirall Eugenio DÍAZ DEL RÍO jieħu post il-Maġġur Ġeneral Antonio PLANELLS PALAU bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għal Atalanta.

(4)

Fis-17 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa n-nomina tal-Viċi Ammirall Eugenio DÍAZ DEL RÍO bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għal Atalanta mid-19 ta' Frar 2021.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Eugenio DÍAZ DEL RÍO huwa b'dan maħtur bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), mid-19 ta' Frar 2021.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1613 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-19 ta' Frar 2021.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/1613 tal-25 ta' Settembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ATALANTA/3/2019) (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 84).


Top