EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0529(02)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2019 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu

ST/8905/2019/INIT

ĠU C 185, 29.5.2019, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2022

29.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2019

li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu

(2019/C 185/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ nomini għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2019 sat-28 ta’ Frar 2022.

(2)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tal-15 ta’ April 2019 (3) u l-14 ta’ Mejju 2019 (4), il-Kunsill ħatar aktar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal xi Stati Membri.

(3)

Il-Gvern tal-Lussemburgu ressaq aktar nomini għal diversi karigi li jridu jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2022:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Membri supplenti

Il-Lussemburgu

Is-Sur Marco BOLY

Is-Sinjura Patrice FURLANI

Is-Sur Armin KOEGEL

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata għall-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

N. HURDUC


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 100, 15.3.2019, p. 1.

(3)  ĠU C 142, 23.4.2019, p. 20.

(4)  ĠU C 169, 17.5.2019, p. 2.


Top