This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1951
Regulation (EU) 2017/1951 of the European Parliament and of the Council of 25 October 2017 amending Regulation (EU) No 99/2013 on the European statistical programme 2013-17, by extending it to 2020 (Text with relevance for the EEA and for Switzerland)
Regolament (UE) 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17, billi jestendih sal-2020 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)
Regolament (UE) 2017/1951 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17, billi jestendih sal-2020 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)
ĠU L 284, 31.10.2017, p. 1–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32021R0690
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/1 |
REGOLAMENT (UE) 2017/1951 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17, billi jestendih sal-2020
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Evidenza affidabbli u rilevanti bbażata fuq l-istatistika Ewropea, disponibbli f'waqtha u pubblikament li tista' tiġi użata għat-tfassil tal-politiki, hija essenzjali għall-kejl tal-progress u għall-evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni, b'mod speċjali fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”(Ewropa 2020) u l-Aġenda tal-Kummissjoni għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u l-Bidla Demokratika. |
(2) |
Jenħtieġ li l-istatistika Ewropea tieħu approċċ komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha li jipprovdi data preċiża li tassisti l-proċessi ta' integrazzjoni ulterjuri fl-Unjoni. |
(3) |
Id-disponibbiltà ta' statistika Ewropea affidabbli u komprensiva tikkostitwixxi wieħed mill-beni pubbliċi importanti li jibbenefika lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lir-riċerkaturi u lill-pubbliku ġenerali. |
(4) |
Bilanċ tajjeb bejn il-miri ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew huwa partikolarment importanti għas-sostenibbiltà u l-leġittimità tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Konsegwentement, il-miri soċjali u tal-impjieg saru aktar prominenti fis-Semestru Ewropew, fejn kemm ir-rapporti tal-pajjiżi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jivvalutaw l-isfidi soċjali u tal-impjieg u jippromwovu riformi politiċi bbażati fuq l-aħjar prattika. Għal dan il-għan, l-istatistika soċjali hija ta' importanza partikolari. |
(5) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-programm Ewropew tal-istatistika (il-“programm”) għandu jipprevedi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja, filwaqt li jistabbilixxi l-oqsma ewlenin u l-għanijiet ta' azzjonijiet previsti għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju pluriennali. Jenħtieġ li l-programm jiġi implimentat permezz ta' azzjonijiet statistiċi individwali f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-programmi ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-programm. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ikopri l-perjodu mill-2013 sal-2017 biss, filwaqt li l-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti jestendi sal-2020. Għalhekk, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat mingħajr dewmien biex jestendi l-programm sal-2020 u biex jimla l-lakuni statistiċi fejn ikun meħtieġ b'urġenza. |
(7) |
Fil-kuntest tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni, il-politiki tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu ddisinjati u mmonitorjati dejjem iżjed abbażi ta' evidenza affidabbli li jkollha bażi statistika soda. L-istatistika Ewropea għandha rwol distint f'dak ir-rigward, u tista' tagħmel differenza reali, b'mod speċjali f'oqsma ta' politika fejn il-valur analitiku, ibbażat fuq data affidabbli, kif ukoll ir-rispons jikkostitwixxu fattur ewlieni biex il-politiki jkunu ta' suċċess. |
(8) |
Statistika ta' kwalità għolja hija għalhekk kruċjali biex jinkisbu riżultati aħjar u biex tikkontribwixxi għal Ewropa aħjar. Jenħtieġ li jsiru sforzi akbar biex tingħata spinta lill-investiment fl-istatistika uffiċjali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali. Jenħtieġ li l-programm jipprovdi wkoll gwida fl-oqsma tal-politika ta' prijorità, tal-bini tal-kapaċità u tar-riprijoritizzazzjoni li għaddejja. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(9) |
Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-aktar lakuni urġenti fl-istatistika, biex tiżdied il-puntwalità u biex jiġu appoġġjati l-prijoritajiet politiċi u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika matul is-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tipprovdi wkoll projezzjonijiet ġodda tal-popolazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituti tal-istatistika nazzjonali fir-rigward tal-flussi migratorji sabiex jiġu aġġornati l-analiżi tal-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u tal-inugwaljanzi ekonomiċi. |
(10) |
Biex jappoġġaw it-tfassil ta' politika effiċjenti, l-indikaturi għandhom jiġu ppubblikati f'waqthom. Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tikkomunika pubblikament fuq il-puntwalità, inkluża l-għoti ta' informazzjoni rilevanti rigward kull puntwalità insuffiċjenti li tista' sseħħ, bħala aspett tal-kwalità statistika.. |
(11) |
Il-kontijiet sperimentali tal-ekosistema u l-istatistika dwar it-tibdil fil-klima, inklużi dawk rilevanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-“impronti”, jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar bl-użu ta' data eżistenti. L-Unjoni Ewropea tal-Enerġija u l-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija, li għandhom l-għan li jagħmlu s-sistema tal-ekonomija u tal-enerġija tal-Unjoni aktar kompetittiva, effiċjenti, sigura u sostenibbli, ser ikunu jeħtieġu statistika ġdida dwar il-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, id-dipendenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista, kif ukoll statistika ġdida dwar l-ekonomija ċirkolari. |
(12) |
Huwa mistenni li statistika ta' kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata fil-qafas tal-programm, b'mod partikolari l-istatistika dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-istatistika soċjali, l-istatistika ambjentali kif ukoll l-istatistika dwar l-enerġija u t-trasport tippermetti l-monitoraġġ tal-objettivi u l-miri li għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-ambitu tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u, b'dak il-mod, tikkontribwixxi biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u l-miri. |
(13) |
Jenħtieġ li jsir progress biex titjieb l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva li tikkontribwixxi għall-kompletezza tal-kontijiet nazzjonali u b'hekk tippermetti estimi aħjar tad-distakk fiskali u l-evitar tat-taxxa. |
(14) |
L-estensjoni tal-programm hija opportunità li jenħtieġ li tittieħed biex isiru adattamenti u jiġu riflessi l-orjentazzjonijiet il-ġodda, b'mod partikolari f'konformità mal-Viżjoni 2020 tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), li jikkomplementaw l-għanijiet eżistenti, il-prijoritizzazzjoni li għaddejja u d-disponibbiltà tad-data f'kuntest fejn l-Unjoni qed tiffaċċja sfidi sinifikanti f'termini ta' żvilupp ekonomiku u koeżjoni soċjali. Jenħtieġ li dan jiżgurawkoll it-tkomplija tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, u jenħtieġ li jiżgura djalogi regolari mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Jenħtieġ ukoll li dan jiżgura l-koordinazzjoni bejn l- ESS u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea (Kodiċi ta' Prattika). |
(15) |
Huwa partikolarment importanti li jitkejlu l-irqajja' ta' qgħad estrem, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni transfruntieri. |
(16) |
Jenħtieġ li żieda xierqa fil-baġit għall-istatistika fil-livell tal-Unjoni tappoġġja t-tibdil għall-programm u l-ħidma li għaddejja mill-ESS b'rabta mal-effiċjenza billi ġġib valur miżjud sinifikanti u riżultati għal titjib fil-kwalità tad-data permezz ta' proġetti fuq skala kbira, effetti ta' ingranaġġ strutturali u ekonomiji ta' skala li jistgħu jtejbu s-sistemi statistiċi fl-Istati Membri kollha. |
(17) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-estensjoni tal-programm biex ikopri l-perjodu mill-2018 sal-2020, li ser jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(18) |
Fl-estensjoni tal-programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tagħti attenzjoni partikolari lill-konsegwenzi tal-ħruġ ta' Stat Membru mill-Unjoni. |
(19) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi estiż il-programm statistiku Ewropew biex ikopri l-perjodu mill-2018 sal-2020, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. |
(20) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-abbozz tal-proposta għal estensjoni tal-programm li jkopri l-perjodu mill-2018 sal-2020 ġie ppreżentat għal eżaminazzjoni minn qabel lill-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika (ESSC), il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (7). |
(21) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 99/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-programm għandu jiġi estiż biex ikopri l-perjodu mill-2018 sal-2020.”; |
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament jipprovdi l-qafas ta' programmazzjoni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-objettivi tal-azzjonijiet maħsuba għall-perjodu mill-2013 sal-2020, skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.”; |
(3) |
fl-Artikolu 7(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2018 sal-2020 għandu jammonta għal EUR 218,1 miljun, kopert bil-perjodu ta' programmazzjoni 2014 sal-2020.”; |
(4) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Programmi ta' ħidma annwali Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u li għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija, f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir enfasi xierqa fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità mal-Kodiċi ta' Prattika. Kull programm ta' ħidma annwali għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta' informazzjoni.”; |
(5) |
l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effikaċi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonati u dissważivi. 2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-subkuntratturi li rċevew fondi tal-Unjoni skont il-programm. 3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (*2), bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konnessjoni ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjat skont il-programm. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu t-tali awditi u investigazzjonijiet skont il-kompetenza rispettiva tagħhom. 5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, meta l-implimentazzjoni ta' azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kollha kemm hi jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist jew appoġġ finanzjarju li jingħata lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim ta' għotja jew id-deċiżjoni ta' għotja għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi fuq kwalunkwe parti terza involuta l-aċċettazzjoni espliċita ta' dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF. (*1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)." (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).”;" |
(6) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Anness għar-Regulation (UE) Nru 99/2013 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Ottubru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 53.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2017.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta' Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta' Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13).
(6) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE tat-13 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21).
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 99/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej: “Infrastruttura statistika u objettivi tal-programm statistiku Ewropew 2013 sal-2020”; |
(2) |
l-introduzzjoni hija emendata kif ġej:
|
(3) |
fl-Għanijiet, l-għan 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
it-Taqsima I. Riżultati Statistiċi hija emendata kif ġej:
|
(5) |
il-taqsima II. Metodi ta' Produzzjoni tal-Istatistika Ewropea huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fill-Taqsima III. Sħubija, l-inċiżi li ġejjin jiddaħħlu wara r-raba' inċiż tat-tieni paragrafu tal-għan 1.4:
|