EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1212

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2013 tas- 26 ta’ Novembru 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 317, 28.11.2013, p. 30–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1212/oj

28.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1212/2013

tas-26 ta’ Novembru 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni dwar il-punt 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament fi ħdan il-limitu ta' żmien stabbilit mill-President, il-miżuri stipulati għall-punt 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

It-tagħmir ta’ kejl ta' polz li jikkonsisti f':

sensur tal-polz u transmiter bla wajers, inkorporat f’ċinga għas-sider,

apparat ta’ monitoraġġ tar-ritmu tal-qalb li jinkorpora riċevitur bla wajers u arloġġ, b’buttuni tal-kontroll u skrin ottoelettroniku, li jista' jintlibes fuq il-polz,

saljatura għall-iffissar tal-apparat ta’ monitoraġġ tar-ritmu tal-qalb mal-manku ta’ xi rota.

Il-polz li jinqabad mis-sensur u d-dejta korrispondenti tiġi trażmessa bla wajers mal-apparat ta' monitoraġġ li jikkalkula r-ritmu tal-qalb (attwali, massimu jew medja) u li juri r-riżultat.

It-tagħmir jaħdem ukoll bħala arloġġ u faċiltà ta’ stopwatch.

 (*) Ara l-immaġni 1

9031 80 38

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 90 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9031 , 9031 80  u 9031 80 38 .

Is-sensur tal-polz u l-apparat ta' monitoraġġ tar-ritmu tal-qalb huma maħsuba biex jikkontribwixxu flimkien għal funzjoni definita b'mod ċar fi ħdan it-tifsira tan-nota 3 tal-Kapitolu 90 flimkien man-nota 4 tat-Taqsima XVI bħas-sensur tal-polz u li jibgħat is-sinjali mal-apparat ta' monitoraġġ għall-ipproċessar u t-turija.

It-tagħmir ikun magħmul minn prodotti komposti li huma magħmula minn komponenti klassifikati skont il-Kapitolu 90 (apparat ta' kejl jew iċċekkjar) u l-Kapitolu 91 (arloġġ). Bis-saħħa tar-regola 3(b) għandu jkun ikklassifikat daqslikieku kien jikkonsisti mill-komponent li jagħti lill-apparat il-karatteristika essenzjali tiegħu.

Meta wieħed iqis il-karatteristiċi oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-parti l-kbira tal-komponenti bil-funzjoni ta’ kejl u monitoraġġ tal-polz, il-karattru essenzjali tat-tagħmir huwa mogħti mill-komponenti ta' kejl. Il-funzjoni ta' arloġġ tat-tagħmir hija anċillari għall-funzjoni tiegħu bħala apparat ta’ kejl peress li apparat għall-kejl ibbażat fuq il-ħin (polz kull minuta) jiddependi fuq arloġġ għall-istabbiliment ta' tqabbil tal-ħin meta jiġi pproċessat il-kejl. Konsegwentement, il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 9102 hija eskluża.

Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 9018 bħala strument jew apparat mediku hija eskluża wkoll minħabba li l-apparat huwa ġeneralment mhux użat fil-prattika tal-professjoni medika (ara wkoll l-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9018 ).

Jitwettaq kejl fir-rigward ta’ fattur taż-żmien (id-determinazzjoni tar-ritmu tal-qalb jew polz kull minuta) ma jgħoddx l-ammont totali ta’ unitajiet ta’ kull tip (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 9029 , il-punt (A)). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni skont is-sottointestatura 9029 10 00 bħala apparat li jgħodd id-dawran, apparat li jgħodd waqt il-produzzjoni, tassimetri, milometri, pedometri u apparat simili hija eskluża.

Id-determinazzjoni tar-ritmu tal-qalb (polz kull minuta) mhix id-determinazzjoni tal-veloċità tad-dawran jew il-veloċità lineari (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 9029 , il-punt (B)). B'konsegwenza, il-klassifikazzjoni skont is-sottointestatura 9029 20 bħala indikaturi ta’ veloċità u takometri hija eskluża wkoll.

L-apparat għandu, għalhekk, jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 9031 80 38 bħala parti minn strumenti, tagħmir u magni tal-iċċekkjar oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor fil-Kapitolu 90.

2.

Sensur tal-polz u trażmettitur mingħajr wajers, inkorporat f'ċinga għas-sider intenzjonat li jitlibbes mas-sider għall-ksib ta' polz.

Il-prodott isib il-polz u jittrażmetti d-dejta korrispondenti mingħajr wajers għal apparat ta’ monitoraġġ tar-ritmu tal-qalb li mhuwiex inkluż mal-preżentazzjoni.

 (*) Ara l-immaġni 2

9031 90 85

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali, minn 1 sa 6, għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda bin-nota 2(b) tal-Kapitolu 90, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9031 , 9031 90  u 9031 90 85 .

Il-prodott huwa adattat għall-użu biss jew prinċipalment ma’ tagħmir ta’ kejl polz tal-intestatura 9031 . Huwa komponent essenzjali għall-funzjonament ta’ tagħmir ta’ kejl tal-polz minħabba li dan tal-aħħar ma jistax jaħdem mingħajru.

Il-prodott għandu, għalhekk, jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 9031 90 85 bħala parti minn strumenti, tagħmir u magni tal-iċċekkjar, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor fil-Kapitolu 90.


Image

Image


(*)  L-immaġnijiet huma biss għal finijiet ta’ informazzjoni.


Top