EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1089

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2012 tad- 19 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 323, 22.11.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1089/oj

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1089/2012

tad-19 ta’ Novembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku (l-hekk imsejjaħ “multi-switch”) f’qafas b’dimensjoni ta’ madwar 26 × 12 × 7 cm, mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:

4 inputs ta’ frekwenza intermedja b’regolatur tal-livell għal konverturi block ta’ ħoss baxx (LNB),

input wieħed b’aġġustatur tal-livell għal erjal tat-TV terrestri,

4 outputs għall-konnessjoni ta’ riċevituri tas-satellita.

Fih amplifikatur intern li jikkumpensa għat-telf tal-kejbil.

L-apparat huwa ddiżinjat għall-użu f’sistemi b’diversi utenti għar-riċezzjoni tat-televiżjoni permezz tas-satellita, bħal sistemi “quad LNB”. Huwa jippermetti bosta riċevituri tas-satellita biex jirċievu sinjali tat-televiżjoni differenti permezz ta’ dixx wieħed tas-satellita, iżda la jikkonverti u lanqas jibdel is-sinjali.

L-apparat jippermetti wkoll distribuzzjoni ta’ sinjal tat-televiżjoni terrestri wieħed.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8543 , 8543 70  u 8543 70 90 .

Billi l-apparat jippermetti biss id-distribuzzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u, billi l-erjal tas-satellita tista’ tiffunzjona mingħajr l-apparat, l-apparat mhux ikkunsidrat bħala essenzjali għall-funzjonament tal-erjal. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni bħala parti minn antenna tal-intestatura 8529 hija eskluża.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħal apparat mekkaniku ieħor b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor fil-Kapitolu 85.


Top