EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0139

2012/139/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2012 li tistabilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2009

ĠU L 66, 6.3.2012, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/139(1)/oj

6.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2012

li tistabilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009

(2012/139/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għall-istabilità tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1), li kien adottat sabiex jgħin il-korrezzjoni fil-pront tad-defiċits eċċessivi tal-amministrazzjoni pubblika.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2004/918/KE (2) li ttieħdet fil-5 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fl-Ungerija kien hemm defiċit eċċessiv (3).

(4)

Fil-5 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, irrakkomanda, skont l-Artikolu 104(7) TKE li l-awtoritajiet Ungeriżi jieħdu azzjoni f’qafas ta’ terminu medju sabiex iġibu d-defiċit taħt it-3 % tal-PDG sal-2008. Permezz tad-Deċiżjoni 2005/348/KE (4) li ttieħdet fit-18 ta’ Jannar 2005 il-Kunsill, skont l-Artikolu 104(8) TKE, il-Kunsill stabbilixxa li l-Ungerija ma kienitx ħadet azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(5)

Fit-8 ta’ Marzu 2005, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta t-tieni rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE, fejn ikkonferma l-iskadenza tal-2008 għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Wara deterjorament sostanzjali tal-prospetti baġitarji fl-Ungerija, permezz tad-Deċiżjoni 2005/843/KE (5) li ttieħdet fit-8 ta’ Novembru 2005 il-Kunsill, skont l-Artikolu 104(8) TKE, stabbilixxa li l-Ungerija għat-tieni darba kienet naqset milli tieħu azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

(6)

Għaldaqstant, fl-10 ta’ Ottubru 2006, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta t-tielet rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE indirizzata lill-Ungerija, fejn ippospona l-iskadenza tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2009. Fis-7 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill fir-rakkomnadazzjoni tiegħu adottata skont l-Artikolu 104(7) TKE kkonkluda li l-awtoritajiet Ungeriżi jistgħu jitqiesu li ħadu azzjoni effikaċi b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet minn Ottubru 2006. Fl-isfond tat-tnaqqis qawwi fir-rittmu ekonomiku fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, fl-istess rakkomandazzjoni l-Kunsill ħareġ verżjoni riveduta tat-tielet rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 talbet lill-awtoritajiet Ungeriżi li jtemmu s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2011. Inter alia, l-Ungerija kellha rakkomandazzjoni (i) biex tillimita d-deterjorament tal-pożizzjoni fiskali fl-2009 billi tiżgura implimentazzjoni rigoruża tal-miżuri korrettivi adottati u mħabbra biex tinżamm il-mira ta’ 3,9 % tal-PDG; (ii) biex mill-2010 jiġu implimentati rigorożament il-miżuri ta’ konsolidament neċessarji biex jiżguraw tnaqqis kontinwu tad-defiċit strutturali u tnaqqis mill-ġdid tad-defiċit nominali, b’aktar irbit ta’ miżuri strutturali sabiex ikun ggarantit titjib dejjiemi fil-finanzi pubbliċi; (iii) biex jiġu speċifikati u adotatti propizjożament il-miżuri ta’ konsolidament neċessarji biex tintlaħaq il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2011; (iv) biex jiġi żgurat sforz fiskali kumulattivi ta’ 0,5 % tal-PDG matul l-2010 u l-2011; (v) biex jiżguraw li l-proporzjoni tad-dejn pubbliku gross jinġieb f’perkors ta’ tnaqqis konsitenti.

(8)

Fis-27 ta’ Jannar 2010 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill (6) li tikkonkludi li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument, l-Ungerija ħadet azzjoni effikaċi b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009. Il-Kummissjoni wslet għal din il-konklużjoni billi ħadet kont, b’mod partikolari, il-miżuri ta’ konsolidament ta’ 1,5 % tal-PDG biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit tal-2009 ta’ 3,9 % tal-PDG, ir-riformi strutturali fil-pensjonijiet u s-sistema tal-benefiċċji soċjali b’appoġġ biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit tal-2010 ta’ 3,8 % tal-PDG, u l-progress fir-rigward tal-implementazzjoni tal-qafas fiskali ġdid, imma fl-istess ħin, il-Kummissjoni wissiet dwar riskji konsiderevoli.

(9)

Fil-15 ta’ Diċembru 2011 l-Ungerija ppreżentat ir-Rapport tagħha dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, Diċembru 2011 (rapport ta’ progress tal-PDE, Diċembru 2011) lill-Kummissjoni u l-Kunsill. Abbażi, inter alia, ta’ dak ir-rapport ta’ progress, valutazzjoni aġġornata tal-azzjoni meħuda mill-Ungerija biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2011 b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009, twassal għal dawn il-konklużjonijiet:

(a)

fl-2010 id-defiċit baġitarju reali eċċeda l-mira b’0.4 % tal-PDG filwaqt li t-tkabbir ekonomiku kien akbar fl-2010 milli previst mit-tbassir tar-rebbiegħa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li kien serva bħala l-bażi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009. Fl-2011, il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika huwa mistenni (kemm mill-gvern kif ukoll mit-tbassir tal-ħarifa 2011 tas-servizzi tal-Kummissjoni - “tbassir tal-ħarifa 2011”) li jkun f’surplus, imma grazzi għal dħulijiet ta’ darba ta’ 9,75 % tal-PDG marbuta mat-trasferiment tal-assi tal-pensjonijiet mill-iskemi ta’ pensjoni privati lill-pilastru tal-istat u 0,9 % tal-PDG mil-levies settorjali (fuq is-setturi tat-telekom, l-enerġija, il-konsum u finanzjarji). Mingħajr il-miżuri ta’ darba d-defiċit ilaħħaq madwar 6 % tal-PDG u jaqbeż sew il-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat. Fin-notifika tagħhom tal-PDE tal-ħarifa 2011, l-awtoritajiet Ungeriżi pproġettaw surplus ta’ 3,9 % tal-PDG. It-tbassir tal-ħarifa 2011 pproġettaw surplus kemmxejn iżgħar (notevolment 3,6 % tal-PDG), minħabba li inkludiet l-assunzjoni ta’ parti mid-dejn tal-kumpaniji tat-trasport pubbliku (0,2 % tal-PDG). Abbażi tal-informazzjoni dwar dħulijiet ta’ darba li jaslu wara d-data ta’ skadenza tat-tbassir tal-ħarifa 2011, is-surplus jista’ jkun saħansitra iżgħar. Id-defiċit strutturali ddeterjora b’1,5 % fl-2010 u b’1,25 % fl-2011, 2,75 % kumulattivi tal-PDG, kuntrarju għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 li rrakkomandat li jiġi żgurat, tal-anqas, sforz fiskali kumulattiv ta’ 0,5 % tal-PDG fuq l-istess sentejn kif meħtieġ biex jiġi kkoreġut id-defiċit sal-iskadenza tal-2011 b’mod sostenibbli. Dan id-deterjorament strutturali huwa riflessjoni tal-fatt li t-tnaqqisiet ta’ taxxa li ammontaw għal aktar minn 2 % tal-PDG ma kinux ikkumpensati biżżejjed minn miżuri strutturali;

(b)

fir-rigward tal-2012, l-abbozz tal-baġit jimmira għal defiċit ta’ 2,5 % tal-PDG b’konformità mal-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Konverġenza. Sabiex jintlaħaq dan, il-proposta tal-baġit fiha bosta miżuri, li flimkien iqarrbu l-4 % tal-PDG skont l-awtoritajiet, filwaqt li twarrab 0,7 % tal-PDG bħala bafer ta’ riżerva straordinarja. B’kuntrast ma’ dan, it-tbassir tal-ħarifa 2011 jipproġetta li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika għall-2012 jilħaq it-2,8 % tal-PDG u li d-defiċit strutturali jitjieb b 2,4 % tal-PDG. Meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit, dawn iċ-ċifri ogħla tad-defiċit jirriflettu, fost fatturi oħra, proġettazzjoni iċken tat-tkabbir ekonomiku għall-2012 b'punt perċentwali 1 kif ukoll valutazzjoni aktar prudenti tal-iżviluppi fid-dħul u n-nefqa. Fl-istess waqt, l-abbozz tal-baġit jassumi b’konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti li r-riserva straordinarja mhijiex mistennija tintnefaq. Madankollu, il-livell limitu tad-defiċit ta’ 3 % tal-PDG ser jintlaħaq biss grazzi għal dħul ta’ darba ta’ kważi 0,9 % tal-PDG mil-levies settorjali straordinarji diġà msemmija;

(c)

skont it-tbassir tal-ħarifa 2011, u abbażi tal-assunzjoni solita tal-ebda bidla fil-politika, id-defiċit baġitarju kien proġettat li jerġa’ jiddeterjora għal 3,7 % fl-2013. Dan huwa primarjament dovut għall-fatt li l-eliminazzjoni gradwali tal-levies straordinarji ta’ madwar 0,9 % tal-PDG mhuwiex mistenni jissalda b’iffrankar addizzjonali mill-programm ta’ riforma strutturali għal dik is-sena;

(d)

Abbażi tal-iżviluppi baġitarji sa mill-pubblikazzjoni tat-tbassir tal-ħarifa 2011, il-proġettazzjonijiet tal-2012 ta’ defiċit ġenerali tal-gvern ta’ 2,8 % tal-PDG xorta waħda jidhru plawsibbli (mingħajr ma jitqies id-deterjorament reċenti fl-ambjent makroekonomiku). Dan huwa spjegat mill-fatt li l-impatt li jnaqqas id-defiċit tal-pakkett ta’ konsolidament il-ġdid ta’ 0,4 % tal-PDG adottat mill-gvern fil-15 ta’ Diċembru 2011 huwa ġeneralment saldat mill-emendi li jżidu d-defiċit adottati fl-abbozz tal-baġit kif ukoll mill-kosijiet baġitarji netti tal-ftehim mas-settur bankarju konkluż fil-15 ta’ Diċembru 2011 li għadhom ma tpaċewx kif xieraq b’miżuri addizzjonali ta’ konsolidament;

(e)

għall-2013, meta jitqiesu xi speċifikazzjonijiet oħra tal-programm ta’ riforma strutturali (deċiżjonijiet tal-gvern u Parlamentari relatati huma ddettaljati fir-rapport ta’ progress tal-Ungerija ta’ Diċembru 2011), l-effet bażilari pożittiv mill-2012 u l-kost nett li joħroġ mill-ftehim mas-settur bankarju, il-proġettazzjoni tad-defiċit għall-2013 inkluża fit-tbassir tal-ħarifa 2011 tista’ tkun anqas minn 3,7 % tal-PDG sa 3,25 % tal-PDG, li, madankollu, huwa ċarament ogħla mil-livell limitu tad-defiċit ta’ 3 % tal-PDG. Id-differenza bejn din il-valutazzjoni aġġornata u l-mira uffiċjali (2,2 % tal-PDG) stabbilita fil-Programm ta’ Konverġenza ta’ April 2011 tal-Ungerija notevolment toħroġ mill-fatt li n-nuqqas ta’ passi speċifiċi, madwar nofs mill-programm ta’ riforma strutturali, ma tistax tiġi kkunsidrata. Il-bqija tad-differenza mqabbla mal-mira uffiċjali hija marbuta ma’ tbassir ta’ nefqa ogħla partikolarment fil-qasam tal-intrapriżi statali tat-trasport u l-manutenzjoni tat-toroq u tinkopora wkoll xi differenzi fl-assunzjonijiet tat-tkabbir. Riformi strutturali ulterjuri huma ppjanati, li jistgħu jnaqqsu t-tbassir tad-defiċit, iżda għadhom mhumiex speċifikati b’mod suffiċenti;

(f)

ir-riskji għal dawn il-proġettazzjonijiet ta’ terminu medju aġġornati jxaqilbu lejn il-lat negattiv. Hemm xi riskju pożittiv, partikolarment mill-kontinwazzjoni ta’ influssi ta’ dħul aħjar minn dawk mistennija fl-2012 u 2013. Madankollu, ir-riskji negattivi huma mistennija li jkunu ogħla mir-riskji pożittivi kompensatorji. Partikolarment, ir-rati tal-imgħax għall-maturitajiet kollha żdiedu, ir-rata tal-kambju ddgħajfet, u l-prospetti ekonomiċi ta’ terminu medju jidhru li ħżienu minn meta t-tbassir tal-ħarifa 2011 ġie ppubblikat fl-10 ta’ Novembru 2011. Kumplessivament, jekk jitqiesu dawn il-fatturi, il-proġettazzjonijiet tad-defiċit kemm fl-2012 u fl-2013 jiżdiedu aktar b’0,5 % tal-PDG, li jwassal għal defiċits ta’ ftit aktar minn 3 % tal-PDG u 3,75 % tal-PDG, rispettivament;

(g)

skont it-tbassir tal-ħarifa 2011, id-dejn pubbliku gross, fid-dawl taċ-ċifri tad-defiċit fit-tbassir u l-assunzjonijiet tar-rati tal-kambju, huwa mistenni li jerġa’ jiżdied għal 77 % tal-PDG sal-2013, wara tnaqqis temporanju fl-2011 minħabba l-akkwiżizzjoni totali tal-assi tal-pensjonijiet privati. Jekk il-proġettazzjonijiet baġitarji ta’ terminu medju jiġu aġġornati biss abbażi tal-miżuri l-ġodda adottati wara d-data ta’ skadenza tat-tbassir, il-proporzjon tad-dejn proġettat tal-2012 ma tantx jinbidel u jitjieb biss ħarira fl-2013. Madankollu, aktar reviżjonijiet possibbli fil-proġettazzjonijiet baġitarji, fejn jitqiesu l-aktar ir-redditi akbar, ir-rata tal-kambju HUF/EUR fi tmiem l-2011 ta’ 311 (li hija madwar 12 % anqas mill-assunzjoni teknika użata fit-tbassir tal-ħarifa 2011) kif ukoll, l-ambjent makroekonomiku aktar dgħajjef, iwasslu għal proporzjon tad-dejn ta’ madwar 80 % fl-2011, u wara dan jistabilizza għal madwar 78,5 % fl-2012 u 2013 filwaqt li l-Kunsill irrakkomanda li l-proporzjon tad-dejn gross għandu jinġieb fuq perkors ta’ tnaqqis konsistenti.

(10)

Il-konklużjoni kumplessiva hija filwaqt li l-Ungerija formalment tirrispetta l-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG sal-2011, dan ma jkunx ibbażat fuq korrezzjoni strutturali u sostenibbli. Is-surplus baġitarju fl-2011 jiddependi minn dħuljiet sostanzjali ta’ darba ta’ aktar minn 10 % tal-PDG u huwa akkumpanjat minn deterjorament strutturali kumulattiv fl-2010 u l-2011 ta’ 2,75 % tal-PDG meta mqabbel ma’ rakkomandazzjoni ta’ titjib fiskali kumulattiv ta’ 0,5 % tal-PDG. Barra minn hekk, l-awtoritajiet qed jimplimentaw miżuri strutturali sostanzjali fl-2012 li jnaqqsu d-defiċit strutturali għal 2,6 % tal-PDG; il-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG jerġa’ jiġi osservat biss grazzi għal miżuri ta’ darba ta’ madwar 1 % tal-PDG. Fl-aħħar nett, fl-2013, id-defiċit (ta’ 3,25 % tal-PDG) huwa mistenni li jaqbeż il-limitu tad-defiċit ta’ 3 % tal-PDG, ukoll anki meta jitqiesu l-miżuri addizzjonali mħabbra wara t-bassir tal-ħarifa 2011. Id-defiċit ogħla fl-2013 huwa prinċipalment marbut mal-fatt li dħulijiet temporanji ta’ ta’ darba qed jiġu eliminati gradwalment kif pjanat, filwaqt li mhux ir-riformi strutturali pjanati kollha ġew speċifikati biżżejjed. Kumplessivament, dan isostni l-konklużjoni li r-reazzjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 adottata skont l-Artikolu 104(7) TKE kienet insuffiċjenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Ungerija ma ħaditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 skont l-Artikolu 104(7) TKE fil-perijodu stipulat f’dik ir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 389, 30.12.2004, p. 27.

(3)  Id-dokumenti kollha marbuta mal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (PDE) fl-Ungerija jinsabu fis-sit tal-Internet li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/index_en.htm.

(4)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 42.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2005, p. 18.

(6)  COM/2010/0010 finali.


Top